EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005CA0132

Kawża C-132/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas- 26 ta' Frar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Regolament (KEE) Nru 2081/92 — Protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti ta' l-ikel — Ġobon Parmigiano Reggiano — Użu tad-denominazzjoni parmesan — Obbligu għal Stat Membru li jissanzjona ex officio l-użu abużiv ta' denominazzjoni ta' l-oriġini protetta)

ĠU C 92, 12.4.2008, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 92/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta' Frar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-132/05) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Regolament (KEE) Nru 2081/92 - Protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti ta' l-ikel - Ġobon “Parmigiano Reggiano’ - Użu tad-denominazzjoni “parmesan’ - Obbligu għal Stat Membru li jissanzjona ex officio l-użu abużiv ta' denominazzjoni ta' l-oriġini protetta)

(2008/C 92/03)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: E. de March, S. Grünheid u B. Martenczuk, aġenti]

Partijiet intervenjenti in sostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka [rappreżentanti: I. M. Braguglia, agent, u G. Aiello, avvocato dello Stato]

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja [rappreżentanti: M. Lumma, A. Dittrich, aġenti, u M. Loschelder, Rechtsanwalt]

Partijiet intervenjenti in sostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tad-Danimarka [rappreżentanti: E. Riedl, aġent]

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Numru 2081/92, ta' l-14 ta' Lulju 1992, dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta' l-origini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti ta' l-ikel (ĠU L 208, p. 1) — Nuqqas ta' miżuri sabiex jiġi pprojbit l-użu tad-denominazzjoni “Parmesan” għal prodotti li ma jissodisfawx l-ispeċifikazzjonijiet tad-denominazzjoni ta' l-oriġini protetta “Parmigiano Reggiano”

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.

3)

Ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Taljana kif ukoll ir-Repubblika ta' l-Awstrija għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 132, 28.5.2005.


Top