Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020AP0333

    P9_TA(2020)0333 Eliminazzjoni tad-dazji doganali fuq ċerti prodotti ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Novembru 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-eliminazzjoni tad-dazji doganali fuq ċerti prodotti (COM(2020)0496 – C9-0284/2020 – 2020/0253(COD)) P9_TC1-COD(2020)0253 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' Novembru 2020 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2020/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-eliminazzjoni tad-dazji doganali fuq ċerta merkanzija

    ĠU C 425, 20.10.2021, p. 185–185 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.10.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 425/185


    P9_TA(2020)0333

    Eliminazzjoni tad-dazji doganali fuq ċerti prodotti ***I

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Novembru 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-eliminazzjoni tad-dazji doganali fuq ċerti prodotti (COM(2020)0496 – C9-0284/2020 – 2020/0253(COD))

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

    (2021/C 425/28)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2020)0496),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0284/2020),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-18 ta' Novembru 2020 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A9-0217/2020),

    1.

    Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni;

    2.

    Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

    P9_TC1-COD(2020)0253

    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' Novembru 2020 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2020/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-eliminazzjoni tad-dazji doganali fuq ċerta merkanzija

    (Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2020/2131.)


    Top