Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018AP0468

    Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fid-29 ta' Novembru 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-impenn mill-ġdid tal-ammonti li jkun għad fadal, li ġew impenjati biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill (UE) 2015/1523 u (UE) 2015/1601, jew l-allokazzjoni tagħhom għal azzjonijiet oħra skont il-programmi nazzjonali (COM(2018)0719 – C8-0448/2018 – 2018/0371(COD))

    ĠU C 363, 28.10.2020, p. 371–378 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.10.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 363/371


    P8_TA(2018)0468

    Il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni: L-impenn mill-ġdid tal-ammonti li jkun għad fadal ***I

    Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fid-29 ta' Novembru 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-impenn mill-ġdid tal-ammonti li jkun għad fadal, li ġew impenjati biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill (UE) 2015/1523 u (UE) 2015/1601, jew l-allokazzjoni tagħhom għal azzjonijiet oħra skont il-programmi nazzjonali (COM(2018)0719 – C8-0448/2018 – 2018/0371(COD)) (1)

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

    (2020/C 363/40)

    Emenda 1

    Proposta għal regolament

    Premessa 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (1)

    L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jippermetti l-impenn mill-ġdid tal-ammonti li fadal, li ġew impenjati biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill (UE) 2015/1523 u (UE) 2015/1601, kif previst skont ir-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) jew l-allokazzjoni tagħhom għal azzjonijiet oħra skont il-programmi nazzjonali f'konformità mal-prijoritajiet tal-Unjoni u l-ħtiġijiet tal-Istati Membri fl-oqsma tal-migrazzjoni u l-asil.

    (1)

    L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jippermetti l-impenn mill-ġdid tal-ammonti li fadal, li ġew impenjati biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill (UE) 2015/1523 u (UE) 2015/1601, kif previst skont ir-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) jew l-allokazzjoni tagħhom għal azzjonijiet oħra skont il-programmi nazzjonali f'konformità mal-prijoritajiet tal-Unjoni u l-ħtiġijiet tal-Istati Membri f'oqsma speċifiċi tal-migrazzjoni u l-asil. L-għan huwa wkoll li jiżgura li tali impenn mill-ġdid jew allokazzjoni jsiru b'mod trasparenti.

    Emenda 2

    Proposta għal regolament

    Premessa 4

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (4)

    Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jużaw l-ammonti msemmija hawn fuq biex ikomplu jimplimentaw ir-rilokazzjoni billi jimpenjaw mill-ħdid l-ammonti għall-istess azzjoni fil-programmi nazzjonali. Barra minn hekk , jenħtieġ li jkun possibbli, jekk ikun ġustifikat kif xieraq fir-reviżjoni tal-programmi nazzjonali tal-Istati Membri, li dan il-finanzjament jintuża wkoll biex jindirizza sfidi oħra fil-qasam tal-migrazzjoni u l-asil, skont ir-Regolament dwar il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni. Il-ħtiġijiet tal-Istati Membri f'dawn l-oqsma jibqgħu sinifikanti. Jenħtieġ li l-impenji mill-ġdid tal-ammonti msemmija hawn fuq għall-istess azzjoni, jew it-trasferiment tagħhom għal azzjonijiet oħrajn taħt il-programm nazzjonali, ikunu possibbli biss darba u bl-approvazzjoni tal-Kummissjoni.

    (4)

    Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jużaw l-ammonti msemmija hawn fuq biex ikomplu jimplimentaw ir-rilokazzjoni billi jimpenjaw mill-ġdid l-ammonti għall-istess azzjoni fil-programmi nazzjonali. Bħala minimu, jenħtieġ li l-Istati Membri jerġgħu jimpenjaw 20 % ta' dawk l-ammonti għal azzjonijiet fi programmi nazzjonali, għar-rilokazzjoni ta' applikanti għal protezzjoni internazzjonali jew għar-rilokazzjoni ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, jew għar-risistemazzjoni u għal forom oħra ta' ammissjoni umanitarja ad hoc. Għall-bqija ta' dawk l-ammonti, , jenħtieġ li jkun possibbli, fejn ikun debitament ġustifikat fir-reviżjoni tal-programmi nazzjonali tal-Istati Membri, li jiġu ffinanzjati azzjonijiet speċifiċi previsti fil-Kapitoli II u III fil-qasam tal-migrazzjoni u l-asil, skont ir-Regolament dwar il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni , speċjalment għall-iżvilupp ta' aspetti tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil, b'mod partikolari r-riunifikazzjoni tal-familji jew għall-appoġġ tal-migrazzjoni legali lejn l-Istati Membri u l-promozzjoni tal-integrazzjoni effikaċi ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi . Il-ħtiġijiet tal-Istati Membri f'dawk l-oqsma jibqgħu sinifikanti. Jenħtieġ li l-impenji mill-ġdid tal-ammonti msemmija hawn fuq għall-istess azzjoni, jew it-trasferiment tagħhom għal azzjonijiet oħrajn taħt il-programm nazzjonali, ikunu possibbli biss darba u bl-approvazzjoni tal-Kummissjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-allokazzjoni tal-fondi sseħħ b'rispett sħiħ tal-prinċipji stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, b'mod partikolari dawk tal-effiċjenza u t-trasparenza.

    Emenda 3

    Proposta għal regolament

    Premessa 5

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (5)

    Il-grupp fil-mira eliġibbli għal rilokazzjoni jenħtieġ li jiġi estiż biex tingħata aktar flessibbiltà lill-Istati Membri li jwettqu r-rilokazzjonijiet.

    (5)

    Il-grupp fil-mira eliġibbli għal rilokazzjoni , kif ukoll il-pajjiżi li fihom issir ir-rilokazzjoni, jenħtieġ li jiġu estiżi biex tingħata aktar flessibbiltà lill-Istati Membri li jwettqu r-rilokazzjonijiet. Jenħtieġ li l-prijorità tingħata lir-rilokazzjoni ta' minorenni mhux akkumpanjati, ta' applikanti vulnerabbli oħra u ta' membri tal-familja ta' benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali.

    Emenda 4

    Proposta għal regolament

    Premessa 7

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (7)

    Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom biżżejjed żmien biex jużaw l-ammonti impenjati mill-ġdid għall-istess azzjoni jew ittrasferiti għal azzjonijiet oħra qabel id-diżimpenn ta' dawn l-ammonti. Għalhekk, meta tali impenji mill-ġdid jew trasferimenti ta' ammonti taħt il-programm nazzjonali jiġu approvati mill-Kummissjoni, l-ammonti kkonċernati għandhom jitqiesu li kienu twettqu fis-sena tar-reviżjoni tal-programm nazzjonali li japprova l-impenn mill-ġdid jew it-trasferiment ikkonċernat.

    (7)

    Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom biżżejjed żmien biex jużaw l-ammonti impenjati mill-ġdid għall-istess azzjoni jew ittrasferiti għal azzjonijiet speċifiċi oħra qabel id-diżimpenn ta' dawn l-ammonti. Għalhekk, meta tali impenji mill-ġdid jew trasferimenti ta' ammonti taħt il-programm nazzjonali jiġu approvati mill-Kummissjoni, l-ammonti kkonċernati għandhom jitqiesu li kienu twettqu fis-sena tar-reviżjoni tal-programm nazzjonali li japprova l-impenn mill-ġdid jew it-trasferiment ikkonċernat.

    Emenda 5

    Proposta għal regolament

    Premessa 7a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (7a)

    Jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rigward l-applikazzjoni ta' riżorsi għat-trasferiment ta' applikanti għal protezzjoni internazzjonali u ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, b'mod partikolari rigward it-trasferimenti għal azzjonijiet oħra fl-ambitu tal-programm nazzjonali u tal-impenji mill-ġdid.

    Emenda 6

    Proposta għal regolament

    Premessa 12a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (12a)

    Mingħajr emendar tar-Regolament (UE) Nru 516/2014 qabel tmiem l-2018, il-finanzjament rilevanti mhux se jibqa' disponibbli għall-użu tal-Istati Membri fl-ambitu tal-programmi nazzjonali sostnuti mill-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni. Minħabba l-urġenza tal-emendar tar-Regolament (UE) Nru 516/2014, huwa xieraq li tkun prevista eċċezzjoni għall-perjodu ta' tmien ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika.

    Emenda 7

    Proposta għal regolament

    Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt - 1 (ġdid)

    Regolament (UE) Nru 516/2014

    Artikolu 18 – titolu

    Test fis-seħħ

    Emenda

     

    (-1)

    It-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    Riżorsi għat-trasferiment tal-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali

    “Riżorsi għat-trasferiment ta' applikanti għal protezzjoni internazzjonali jew tal-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali”;

    Emenda 8

    Proposta għal regolament

    Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

    Regolament (UE) Nru 516/2014

    Artikolu 18 – paragrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (1)

    Fil-paragrafu 1, il-kliem “benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali” huwa sostitwit bil-kliem “applikant għal protezzjoni jew benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali”;

    imħassar

    Emenda 9

    Proposta għal regolament

    Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

    Regolament (UE) Nru 516/2014

    Artikolu 18 – paragrafu 1

    Test fis-seħħ

    Emenda

     

    (1a)

    Il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

    “1.   Bil-ħsieb li jiġi implimentat il-prinċipju tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni ġusta ta' responsabbiltajiet u fid-dawl tal-iżviluppi tal-politika tal-Unjoni fil-perijodu tal-implimentazzjoni tal-Fond, l-Istati Membri għandhom jirċievu, minbarra l-allokazzjoni tagħhom ikkalkolata f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 15(1), ammont addizzjonali kif stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 15(2) li jkun ibbażat fuq is-somma sħiħa ta' EUR 6 000 għal kull benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali trasferit minn Stat Membru ieħor.”

    “1.   Bil-ħsieb li jiġi implimentat il-prinċipju tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni ġusta ta' responsabbiltajiet u fid-dawl tal-iżviluppi tal-politika tal-Unjoni fil-perijodu tal-implimentazzjoni tal-Fond, l-Istati Membri għandhom jirċievu, minbarra l-allokazzjoni tagħhom ikkalkolata f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 15(1), ammont addizzjonali kif stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 15(2) li jkun ibbażat fuq is-somma sħiħa ta' EUR 10 000 għal kull applikant għal protezzjoni internazzjonali u kull benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali ttrasferit minn Stat Membru ieħor.”

    Emenda 10

    Proposta għal regolament

    Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

    Regolament (UE) Nru 516/2014

    Artikolu 18 – paragrafu 3

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    3.   L-ammonti addizzjonali msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri għall-ewwel darba fid-deċiżjonijiet individwali ta' finanzjament li japprovaw il-programm nazzjonali tagħhom f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 u aktar tard f'deċiżjoni ta' finanzjament li għandha tiġi annessa mad-deċiżjoni li tapprova l-programm nazzjonali tagħhom. L-impenji mill-ġdid ta' dawk l-ammonti għall-istess azzjoni taħt il-programm nazzjonali jew ta' trasferimenti tagħhom taħt il-programm nazzjonali għandhom ikunu possibbli fejn ikun ġustifikat kif xieraq fir-reviżjoni tal-programm nazzjonali rispettiv. Ammont jista' jiġi impenjat mill-ġdid jew ittrasferit darba biss. Il-Kummissjoni għandha tapprova l-impenn mill-ġdid jew it-trasferiment permezz tar-reviżjoni tal-programm nazzjonali.

    3.   L-ammonti addizzjonali msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri għall-ewwel darba fid-deċiżjonijiet individwali ta' finanzjament li japprovaw il-programm nazzjonali tagħhom f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 u aktar tard f'deċiżjoni ta' finanzjament li għandha tiġi annessa mad-deċiżjoni li tapprova l-programm nazzjonali tagħhom. L-impenji mill-ġdid ta' dawk l-ammonti għall-istess azzjoni taħt il-programm nazzjonali jew ta' trasferimenti tagħhom għal azzjonijiet speċifiċi oħra previsti skont il-Kapitolu II u l-Kapitolu III ta' dan ir-Regolament taħt il-programm nazzjonali għandhom ikunu possibbli fejn ikun debitament ġustifikat fir-reviżjoni tal-programm nazzjonali rispettiv. Ammont jista' jiġi impenjat mill-ġdid jew ittrasferit darba biss. Il-Kummissjoni għandha tapprova l-impenn mill-ġdid jew it-trasferiment permezz tar-reviżjoni tal-programm nazzjonali. Il-finanzjament għandu jiġi allokat b'mod trasparenti u effiċjenti bi qbil mal-objettivi tal-programm nazzjonali.

     

    Fir-rigward tal-ammonti li jirriżultaw mill-miżuri provviżorji stabbiliti bid-Deċiżjonijiet (UE) 2015/1523 u (UE) 2015/1601, tal-anqas 20 % tal-ammonti għall-impenn mill-ġdid għandhom jiġu impenjati mill-ġdid għal azzjonijiet taħt il-programmi nazzjonali għar-rilokazzjoni tal-applikanti għal protezzjoni internazzjonali jew għar-rilokazzjoni ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, jew għar-risistemazzjoni u għal forom oħra ta' ammissjoni umanitarja ad hoc.

    Emenda 11

    Proposta għal regolament

    Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

    Regolament (UE) Nru 516/2014

    Artikolu 18 – paragrafu 3a

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    3a   . Għall-għan tal-Artikolu 50(1) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, meta l-ammonti li joriġinaw mill-miżuri proviżorji stabbiliti mid-Deċiżjonijiet (UE) Nru 2015/1523 u (UE) Nru 2015/1601 huma impenjati mill-ġdid għall-istess azzjoni taħt il-programm nazzjonali jew ittrasferiti għal azzjonijiet oħra taħt il-programm nazzjonali skont il-paragrafu 3, l-ammonti kkonċernati għandhom jitqiesu li ġew impenjati fis-sena tar-reviżjoni tal-programm nazzjonali li tapprova l-impenn mill-ġdid jew it-trasferiment inkwistjoni.

    3a.    Għall-fini tal-Artikolu 50(1) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, meta l-ammonti li joriġinaw mill-miżuri proviżorji stabbiliti mid-Deċiżjonijiet (UE) Nru 2015/1523 u (UE) Nru 2015/1601 jiġu impenjati mill-ġdid għall-istess azzjoni taħt il-programm nazzjonali jew ittrasferiti għal azzjonijiet speċifiċi oħra taħt il-programm nazzjonali skont il-paragrafu 3, l-ammonti kkonċernati għandhom jitqiesu li ġew impenjati fis-sena tar-reviżjoni tal-programm nazzjonali li tapprova l-impenn mill-ġdid jew it-trasferiment inkwistjoni.

    Emenda 12

    Proposta għal regolament

    Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

    Regolament (UE) Nru 516/2014

    Artikolu 18 – paragrafu 3c (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    3c.     Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, b'mod partikolari rigward it-trasferimenti ta' ammonti għal azzjonijiet oħra taħt il-programmi nazzjonali u l-impenji mill-ġdid.

    Emenda 13

    Proposta għal regolament

    Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

    Regolament (UE) Nru 516/2014

    Artikolu 18 – paragrafu 4

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (4)

    Fil-paragrafu 4, il-kliem “benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali” huma sostitwiti bil-kliem “applikanti għal protezzjoni internazzjonali jew benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali”.

    imħassar

    Emenda 14

    Proposta għal regolament

    Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)

    Regolament (UE) Nru 516/2014

    Artikolu 18 – paragrafu 4

    Test fis-seħħ

    Emenda

     

    (4a)

    Il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:

    4.   Biex jinkisbu b'mod effettiv l-objettivi tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 80 TFUE, u fil-limiti tar-riżorsi disponibbli, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 26 ta' dan ir-Regolament biex taġġusta s-somma sħiħa msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, b'mod partikolari b'kont meħud tar-rati kurrenti tal-inflazzjoni, l-iżviluppi rilevanti fil-qasam tat-trasferiment ta' benefiċjarji minn protezzjoni internazzjonali minn Stat Membru għal ieħor kif ukoll il-fatturi li jistgħu jottimizzaw l-użu tal-inċentiv finanzjarju pprovdut mis-somom sħaħ.

    4.   Biex jinkisbu b'mod effettiv l-objettivi tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 80 TFUE, u fil-limiti tar-riżorsi disponibbli, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 26 ta' dan ir-Regolament biex taġġusta s-somma sħiħa msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, b'mod partikolari fil-qies tar-rati kurrenti tal-inflazzjoni, l-iżviluppi rilevanti fil-qasam tat-trasferiment ta' applikanti għal protezzjoni internazzjonali u ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali minn Stat Membru għal ieħor u għar-risistemazzjoni u għal forom oħra ta' ammissjoni umanitarja ad hoc, kif ukoll il-fatturi li jistgħu jottimizzaw l-użu tal-inċentiv finanzjarju pprovdut mis-somom sħaħ.


    (1)  Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A8-0370/2018).

    (8)  Ir-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014. li jistabbilixxi l-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 573/2007/KE u Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/435/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 168).

    (8)  Ir-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 573/2007/KE u Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/435/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 168).


    Top