Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017DP0137

    Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-ħatra proposta ta' Ildikó Gáll-Pelcz bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C8-0110/2017 – 2017/0802(NLE))

    ĠU C 298, 23.8.2018, p. 345–345 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.8.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 298/345


    P8_TA(2017)0137

    Nomina ta' membri tal-Qorti tal-Awdituri

    Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-ħatra proposta ta' Ildikó Gáll-Pelcz bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C8-0110/2017 – 2017/0802(NLE))

    (Konsultazzjoni)

    (2018/C 298/49)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0110/2017),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 121 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0166/2017),

    A.

    billi l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament evalwa l-kwalifiki tal-kandidata proposta, b'mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

    B.

    billi waqt il-laqgħa tiegħu tat-12 ta' April 2017, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema' lill-kandidata proposta mill-Kunsill għall-kariga ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

    1.

    Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta' Ildikó Gáll-Pelcz bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar tal-Istati Membri.

    Top