Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017BP0113

    Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' April 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/435 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza (COM(2016)0607 – C8-0387/2016 – 2016/2233(BUD))

    ĠU C 298, 23.8.2018, p. 293–295 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.8.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 298/293


    P8_TA(2017)0113

    Mobilizzazzjoni tal-Marġni ta’ Kontinġenza

    Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' April 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/435 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza (COM(2016)0607 – C8-0387/2016 – 2016/2233(BUD))

    (2018/C 298/33)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0607 – C8-0387/2016),

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 6 u 13 tiegħu,

    wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (2), u b'mod partikolari l-punt 14 tiegħu,

    wara li kkunsidra l-ftehim fil-prinċipju tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2017 dwar ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020 (3),

    wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2015/435 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2014 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza (4),

    wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Diċembru 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza fl-2014 (5),

    wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2016 dwar it-tħejjija tar-reviżjoni postelettorali tal-QFP 2014-2020: l-input tal-Parlament qabel il-proposta tal-Kummissjoni (6), u tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar ir-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP 2014-2020 (7),

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0104/2017),

    A.

    billi fl-2014 il-Parlament Ewropew u l-Kunsill immobilizzaw il-marġni ta' kontinġenza b'ammont ta' EUR 3 168 233 715 f'approprjazzjonijiet ta' pagament; billi ammont ta' EUR 350 miljun kien inkluż fil-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza fl-istennija ta' ftehim dwar it-trattament ta' pagamenti għal strumenti speċjali;

    B.

    billi ġie deċiż li matul il-perjodu 2018-2020 jiġi kkumpensat l-ammont ta' EUR 2 818 233 715 u l-Kummissjoni tiġi mistiedna tippreżenta fi żmien xieraq proposta dwar l-ammont li jifdal ta' EUR 350 miljun;

    C.

    billi, skont it-tbassir dwar il-pagamenti fuq terminu ta' żmien medju ppreżentat fil-kuntest tal-analiżi/reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP, hija mistennija pressjoni fuq il-limiti tal-pagamenti annwali għas-snin 2018-2020;

    D.

    billi l-baġit għas-sena 2017 juri marġni taħt il-limitu ta' pagament ta' EUR 9,8 biljun, u dan jippermetti li jiġi kkumpensat l-ammont sħiħ mobilizzat fl-2014;

    1.

    Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li jiġu ppreżentati bħala parti mill-pakkett ta' analiżi/reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP;

    2.

    Jikkunsidra li l-kumpens ta' ammont totali ta' EUR 2 818 233 715 mobilizzat fl-2014 mill-marġni taħt il-limitu massimu għas-sena 2017 se jipprovdi aktar flessibbiltà għat-tieni parti tal-QFP u se jgħin biex tkun evitata kriżi ġdida tal-pagamenti;

    3.

    Jenfasizza li l-esklużjoni tal-bqija tal-ammont ta' EUR 350 miljun mill-kumpens jikkonferma l-pożizzjoni li ilu jieħu l-Parlament li l-approprjazzjonijiet ta' pagament għal strumenti speċjali huma magħduda oltre l-limiti massimi tal-QFP;

    4.

    Jilqa' pożittivament, fil-prinċipju, il-ftehim tal-Kunsill għad-deċiżjoni annessa li huwa konformi mal-interpretazzjoni tal-Parlament;

    5.

    Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

    6.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

    7.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

    (1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

    (2)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

    (3)  7030/2017 u 7031/2017 COR1.

    (4)  ĠU L 72, 17.3.2015, p. 4.

    (5)  ĠU C 294, 12.8.2016, p. 65.

    (6)  Testi adottati, P8_TA(2016)0309.

    (7)  Testi adottati, P8_TA(2016)0412.


    ANNES

    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/435 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza

    (It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2017/1331.)


    Top