This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52015AP0047
P8_TA(2015)0047 European long-term investment funds ***I European Parliament legislative resolution of 10 March 2015 on the proposal for a regulation of the European Parliament and of the Council on European Long-term Investment Funds (COM(2013)0462 — C7-0209/2013 — 2013/0214(COD)) P8_TC1-COD(2013)0214 Position of the European Parliament adopted at first reading on 10 March 2015 with a view to the adoption of Regulation (EU) 2015/… of the European Parliament and of the Council on European long-term investment funds
P8_TA(2015)0047 Il-Fondi ta' Investiment Ewropej fuq Terminu Twil ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Marzu 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fondi ta’ Investiment Ewropej fuq Terminu Twil (COM(2013)0462 – C7-0209/2013 – 2013/0214(COD)) P8_TC1-COD(2013)0214 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta' Marzu 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2015 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fondi ta’ investiment ewropej fuq terminu twil
P8_TA(2015)0047 Il-Fondi ta' Investiment Ewropej fuq Terminu Twil ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Marzu 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fondi ta’ Investiment Ewropej fuq Terminu Twil (COM(2013)0462 – C7-0209/2013 – 2013/0214(COD)) P8_TC1-COD(2013)0214 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta' Marzu 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2015 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fondi ta’ investiment ewropej fuq terminu twil
ĠU C 316, 30.8.2016, pp. 217–218
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
30.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 316/217 |
P8_TA(2015)0047
Il-Fondi ta' Investiment Ewropej fuq Terminu Twil ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Marzu 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fondi ta’ Investiment Ewropej fuq Terminu Twil (COM(2013)0462 – C7-0209/2013 – 2013/0214(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2016/C 316/31)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0462), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0209/2013), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta’ Ottubru 2013 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-30 ta' Jannar 2014 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-10 ta' Diċembru 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 u l-Artikolu 61(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0211/2014), |
|
— |
wara li kkunsidra l-emendi li adotta fis-seduta tiegħu tas-17 ta' April 2014 (3), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-18 ta’ Settembru 2014 dwar ħidma mhux mitmuma mis-seba' leġiżlatura, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport supplimentari tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0021/2015), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(2) ĠU C 126, 26.4.2014, p. 8.
(3) Testi adottati ta' dik id-data, P7_TA(2014)0448.
P8_TC1-COD(2013)0214
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta' Marzu 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2015 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fondi ta’ investiment ewropej fuq terminu twil
(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Regolament (UE) 2015/760.)