Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013PC0586

    Rakkomandazzjoni għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tikkonċerna l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Konvenzjoni tat-23 ta' Lulju 1990 dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja f'konnessjoni mal-aġġustament tal-qligħ ta' intrapriżi assoċjati

    /* COM/2013/0586 final - 2013/ () */

    52013PC0586

    Rakkomandazzjoni għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tikkonċerna l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Konvenzjoni tat-23 ta' Lulju 1990 dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja f'konnessjoni mal-aġġustament tal-qligħ ta' intrapriżi assoċjati /* COM/2013/0586 final - 2013/ () */


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    L-Artikolu 3(4) tal-Att tal-2011 ta’ Adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea jipprovedi li l-Kroazja taderixxi mal-konvenzjonijiet u l-protokolli elenkati fl-Anness I għall-Att tal-Adeżjoni u li dawk il-konvenzjonijiet u l-protokolli għandhom jidħlu fis-seħħ fir-rigward tal-Kroazja fid-data deċiża mill-Kunsill. Skont l-Artikolu 3(5) tal-Att tal-Adeżjoni, il-Kunsill, li jaġixxi b’mod unanimu fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew, għandu jiddeċiedi li jagħmel l-aġġustamenti kollha meħtieġa minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja ma’ dawn il-konvenzjonijiet u l-protokolli u li jippubblika t-testi adattati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Il-lista ta’ konvenzjonijiet u protokolli fl-Anness I għall-Att tal-Adeżjoni tinkludi l-Konvenzjoni 90/436/KEE tat-23 ta’ Lulju 1990 dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja inkonnessjoni mal-aġġustament tal-qligħ ta’ intrapriżi assoċjati (il-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ), il-Konvenzjoni tal-21 ta’ Diċembru 1995 dwar l-adeżjoni tal-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja mal-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ, il-Protokoll tal-25 ta’ Mejju 1999 li jemenda l-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ u l-Konvenzjoni tat-8 ta’ Diċembru 2004 dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, mal-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ. Il-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ ġiet emendata mill-Protokoll tal-25 ta’ Mejju 1999, u mill-Konvenzjonijiet tal-21 ta’ Diċembru 1995 u tat-8 ta’ Diċembru 2004.

    Il-Bulgarija u r-Rumanija ssieħbu mal-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ bis-saħħa tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005. Id-Deċiżjoni 2008/492/KE tat-23 ta’ Ġunju 2008 għamlet l-aġġustamenti meħtieġa minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija mal-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ, u ddeterminat id-data tad-dħul fis-seħħ tagħha, kif emendata, fir-rigward tal-Bulgarija u r-Rumanija.

    Din ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill hija intenzjonata biex tagħmel l-aġġustamenti meħtieġa minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ, u li tiġi ddeterminata d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha, kif emendata, fir-rigward tal-Kroazja, skont l-Artikoli 3(4) u 3(5) tal-Att tal-Adeżjoni 2011.

    Rakkomandazzjoni għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    li tikkonċerna l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Konvenzjoni tat-23 ta' Lulju 1990 dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja f'konnessjoni mal-aġġustament tal-qligħ ta' intrapriżi assoċjati

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni tal-Kroazja u b'mod partikolari l-Artikoli 3(4) u 3(5) tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea[1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[2],

    Billi:

    (1)       Il-Konvenzjoni 90/436/KEE[3] (minn issa 'l quddiem imsejħa “il-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ”) ġiet iffirmata fi Brussell fit-23 ta’ Lulju 1990 u daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1995.

    (2)       Il-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ ġiet emendata minn Protokoll[4] iffirmat fil-25 ta’ Mejju 1999, minn Konvenzjoni ffirmata fil-21 ta’ Diċembru 1995[5], minn Konvenzjoni ffirmata fit-8 ta’ Diċembru 2004[6], kif ukoll bid-Deċiżjoni 2008/492/KE tat-23 ta’ Ġunju 2008[7].

    (3)       L-Artikolu 3(4) tal-Att ta' Adeżjoni tal-2011[8] jipprevedi li l-Kroazja tissieħeb mal-konvenzjonijiet u l-protokolli konklużi bejn l-Istati Membri elenkati fl-Anness I għall-Att ta' Adeżjoni. Dawn għandhom jidħlu fis-seħħ għall-Kroazja fid-data deċiża mill-Kunsill.

    (4)       Skont l-Artikolu 3(5) tal-Att ta' Adeżjoni tal-2011, il-Kunsill għandu jagħmel l-aġġustamenti kollha meħtieġa minħabba l-adeżjoni lil dawk il-konvenzjonijiet u l-protokolli u jippubblika t-testijiet adattati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ hija emendata kif ġej:

    (1) Fl-Artikolu 2(2), il-punti (i) sa (xxvii) jinbidlu b'dan li ġej:

    "(i) fil-Belġju:

    (a) impôt des personnes physiques/personenbelasting

    (b) impôt des sociétés/vennootschapsbelasting

    (c) impôt des personnes morales/rechtspersonenbelasting

    (d) impôt des non-résidents/belasting der niet-verblijfhouders

    (e) taxe communale et la taxe d'agglomération additionnelles à l'impôt des personnes physiques/aanvullende gemeentebelasting en agglomeratiebelasting op de personenbelasting

    (ii) fil-Bulgarija:

    (a) данък върху доходите на физическите лица

    (b) корпоративен данък

    (iii) fir-Repubblika Ċeka:

    (a) daň z přijmů fyzických osob

    (b) daň z přijmů právnických osob

    (iv) fid-Danimarka:

    (a) indkomstskat til staten

    (b) den kommunale indkomstskat

    (c) den amtskommunale indkomstskat

    (v) fil-Ġermanja:

    (a) Einkommensteuer

    (b) Koerperschaftsteuer

    Gewerbesteuer, safejn din it-taxxa tkun ibbażata fuq qligħ min-negozju

    (vi) fl-Estonja:

    (a) tulumaks

    (vii) fl-Irlanda:

    (a) Cáin Ioncaim

    (b) Cáin Chorparáide

    (viii) fil-Greċja:

    (a) φόρος εισοδήματος φυσικών προσώπων

    (b) φόρος εισοδήματος νομικών προσώπων

    (c) εισφορά υπέρ των επιχειρήσεων ύδρευσης και αποχέτευσης

    (ix) fi Spanja:

    (a) Impuesto sobre la Renta de las Personas Fisicas

    (b) Impuesto sobre Sociedades

    (c) Impuesto sobre la Renta de no Residentes

    (x) fi Franza:

    (a) impôt sur le revenu

    (b) impôt sur les sociétés

    (xi) fil-Kroazja:

    (a) porez na dohodak

    (b) porez na dobit

    (xii) fl-Italja:

    (a) imposta sul reddito delle persone fisiche

    (b) imposta sul reddito delle società

    (c) imposta regionale sulle attività produttive

    (xiii) f'Ċipru:

    (a) Φόρος Εισοδήματος

    (b) Έκτακτη Εισφορά για την Άμυνα της yημοκρατίας

    (xiv) fil-Latvja:

    (a) uzħēmumu ienākuma nodoklis

    (b) iedzīvotāju ienākuma nodoklis

    (xv) fil-Litwanja:

    (a) Gyventojų pajamų mokestis

    (b) Pelno mokestis

    (xvi) fil-Lussemburgu:

    (a) impôt sur le revenu des personnes physiques

    (b) impôt sur le revenu des collectivités

    impôt commercial, safejn din it-taxxa tkun ibbażata fuq qligħ min-negozju

    (xvii) fl-Ugerija:

    (a) személyi jövedelemadó

    (b) társasági adó

    (c) osztalékadó

    (xviii) f'Malta:

    (a) taxxa fuq l-income

    (xix) fil-Pajjiżi l-Baxxi:

    (a) inkomstenbelasting

    (b) vennootschapsbelasting

    (xx) fl-Awstrija:

    (a) Einkommensteuer

    (b) Körperschaftsteuer

    (xxi) fil-Polonja:

    (a) podatek dochodowy od osób fizycznych

    (b) podatek dochodowy od osób prawnych

    (xxii) fil-Portugall:

    (a) imposto sobre o rendimento das pessoas singulares

    (b) imposto sobre o rendimento das pessoas colectivas

    (c) derrama para os municípios sobre o imposto sobre o rendimento das pessoas colectivas

    (xxiii) fir-Rumanija:

    (a) impozitul pe venit

    (b) impozitul pe profit

    (c) impozitul pe veniturile obținute din România de nerezidenți

    (xxiv) fis-Slovenja:

    (a) dohodnina

    (b) davek od dobička pravnih oseb

    (xxv) fis-Slovakkja:

    (a) daň z príjmov právnických osôb

    (b) daň z príjmov fyzických osôb

    (xxvi) fil-Finlandja:

    (a) valtion tuloverot/de statliga inkomstskatterna

    (b) yhteisöjen tulovero/inkomstskatten för samfund

    (c) kunnallisvero/kommunalskatten

    (d) kirkollisvero/kyrkoskatten

    (e) korkotulon lähdevero/källskatten å ränteinkomst

    (f) rajoitetusti verovelvollisen lähdevero/källskatten för begränsat skattskyldig

    (xxvii) fl-Iżvezja:

    (a) statlig inkomstskatt

    (b) kupongskatt

    (c) kommunal inkomstskatt

    (xxviii) fir-Renju Unit:

    (a) Income Tax

    (b) Corporation Tax."

    (2) Fl-Artikolu 3(1), il-lista tinbidel b'dan li ġej:

    "– fil-Belġju:

    De Minister van financiën jew rappreżentant awtoriżżat,

    Le Ministre des finances jew rappreżentant awtoriżżat,

    – fil-Bulgarija:

    Министъра на финансите или негов упълномощен

    представител,

    – fir-Repubblika Ċeka:

    Ministr financí jew rappreżentant awtorizzat,

    – fid-Danimarka:

    Skatteministeren jew rappreżentant awtoriżżat,

    – fil-Ġermanja:

    Der Bundesminister der Finanzen jew rappreżentant awtoriżżat,

    – fl-Estonja:

    Rahandusminister jew rappreżentant awtorizzat

    – fl-Irlanda:

    TheRevenue Commissioners jew rappreżentant awtorizzat,

    – fil-Greċja:

    Ο Υπουργός των Οικονομικών jew raġġreżemtant awtorizzat,

    – fi Spanja:

    El Ministro de Economía y Hacienda jew rappreżentant awtoriżżat,

    – fi Franza:

    Le Ministre chargé du budget jew rappreżentant awtoriżżat,

    – fil-Kroazja:

    Ministar financija jew rappreżentant awtorizzat,

    – fl-Italja:

    Il Capo del Dipartimento per le Politiche Fiscali jew rappreżentant awtorizzat,

    – f'Ċipru:

    Ο Υπουργός Οικονομικών jew rappreżentant awtorizzat,

    – fil-Latvja:

    Valsts ieņēmumu dienests,

    – fil-Litwanja:

    Finansu ministras jew rappreżentant awtorizzat,

    – fil-Lussemburgu:

    Le Ministre des Finances jew rappreżentant awtoriżżat,

    – fl-Ungerija:

    a pénzügyminiszter or an authorised representative,

    – f'Malta:

    Il-Ministru responsabbli għall-Finanzi jew rappreżentant awtorizzat,

    – fil-Pajjiżi l-Baxxi:

    De Minister van financiën jew rappreżentant awtoriżżat,

    – fl-Awstrija:

    Der Bundesminister für Finanzen jew rappreżentant awtoriżżat,

    – fil-Polonja:

    Minister Finansów jew rappreżentant awtorizzat,

    – fil-Portugall:

    O Ministro das Finanças jew rappreżentant awtoriżżat,

    – fir-Rumanija:

    Preşedintele Agenţiei Naţionale de Administrare Fiscală sau un reprezentant autorizat,

    – fis-Slovenja:

    Ministrstvo za finance jew rappreżentant awtorizzat

    – fis-Slovakkja:

    Minister financií jew rappreżentant awtorizzat,

    – fil-Finlandja:

    Valtiovarainministeriö jew rappreżentant awtoriżżat,

    Finansministeriet jew rappreżentant awtoriżżat,

    – fl-Isvezja:

    Finansministern jew rappreżentant awtoriżżat,

    – fir-Renju Unit:

    he Commissioners of Inland Revenue jew rappreżentant awtorizzat,

    Artikolu 2

    It-testi tal-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ u tal-Protokoll tal-25 ta' Mejju 1999, flimkien mal-Konvenzjonijiet tal-21 ta' Diċembru 1995 u tat-8 ta' Diċembru 2004, u d-Deċiżjoni 2008/492/KE mfasslin fil-lingwa Kroata[9] għandhom ikunu awtentiċi skond l-istess kondizzjonijiet bħall-verżjonijiet lingwistiċi l-oħrajn ta' dawn it-testi.

    Artikolu 3

    Il-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ, kif emendata mill-Protokoll tal-25 ta’ Mejju 1999, mill-Konvenzjonijiet tal-21 ta’ Diċembru 1995 u tat-8 ta’ Diċembru 2004, mid-Deċiżjoni 2008/492/KE, kif ukoll minn din id-Deċiżjoni, tidħol fis-seħħ fi XXX[data] bejn il-Kroazja u kull Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell,

                                                                           Għall-Kunsill

                                                                           Il-President

    [1]               ĠU L […], […], p. […].

    [2]               ĠU L […], […], p. […].

    [3]               Il-Konvenzjoni dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja f'konnessjoni ma' l-aġġustament tal-qligħ ta' intrapriżi assoċjati (ĠU L 225, 20.8.1990, p. 10)

    [4]               Il-Protokoll li jemenda l-Konvenzjoni tat-23 ta' Lulju 1990 dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja f'konnessjoni ma' l-aġġustament tal-qligħ ta' intrapriżi assoċjati (ĠU C 202, 16.7.1999, p. 1)

    [5]               Il-Konvenzjoni dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju tal-Isvezja mal-Konvenzjoni dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja f'konnessjoni mal-aġġustament tal-qligħ ta' intrapriżi assoċjati (ĠU C 26, 31.1.1996, p. 1)

    [6]               Il-Konvenzjoni dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka mal-Konvenzjoni dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja inkonnessjoni ma’ l-aġġustament tal-qligħ ta’ intrapriżi assoċjati (ĠU C 160, 30.6.2005, p. 1).

    [7]               Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ Ġunju 2008 dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Konvenzjoni tat-23 ta' Lulju 1990 dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja inkonnessjoni ma' l-aġġustament tal-qligħ ta' intrapriżi assoċjati (ĠU L 174, 3.7.2008, p. 1)

    [8]               L-Att dwar il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u l-aġġustamenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU L 112, 24.4.2012, p. 21).

    [9]               It-testi tal-konvenzjonijiet u tal-Protokoll u tad-Deċiżjoni 2008/492/KE għandhom jiġu ppubblikati f’edizzjoni speċjali tal-Ġurnal Uffiċjali f’data aktar tard.

    Top