Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013AP0538

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (12005/2/2013 – C7-0376/2013 – 2011/0194(COD))

ĠU C 468, 15.12.2016, pp. 237–238 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/237


P7_TA(2013)0538

L-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura ***II

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (12005/2/2013 – C7-0376/2013 – 2011/0194(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

(2016/C 468/47)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (12005/2/2013 – C7-0376/2013),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-28 ta' Marzu 2012 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-4 ta’ Mejju 2012 (2),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0416),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 72 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0413/2013),

1.

Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.

Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament u tal-Kunsill mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

6.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 181, 21.6.2012, p. 183.

(2)  ĠU C 225, 27.7.2012, p. 20.

(3)  Testi adottati 12.9.2012, P7_TA(2012)0333.


ANNESS TAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill dwar ir-regoli ta' kontroll fil-qasam tat-traċċabbiltà tal-prodotti u l-informazzjoni għall-konsumatur

Bħala segwiti għar-riforma tar-Regolament dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni Ewropea biex tippreżentalhom proposta li għandha l-għan li temenda r-Regolament dwar il-Kontroll (Regolament (KE) Nru 1224/2009). Tali emenda għandha tqis il-ħtieġa għar-regolamentazzjoni tal-għoti ta' informazzjoni dwar it-tip ta' tagħmir għal dan li jirrigwarda l-prodotti derivati mis-sajd ta' ħut selvaġġ.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu wkoll lill-Kummissjoni biex tadotta, fil-ħin debitu, l-emendi neċessarji għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 fir-rigward tal-informazzjoni obbligatorja lill-konsumatur sabiex jittieħed kont tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, kif emendat, u r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-għoti ta’ informazzjoni fuq l-ikel lill-konsumaturi.


Top