This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012IP0031
EU competition policy European Parliament resolution of 2 February 2012 on the Annual Report on EU Competition Policy (2011/2094(INI))
Il-Politika tal-Kompetizzjoni tal-UE Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat- 2 ta' Frar 2012 dwar ir-Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni (2011/2094(INI))
Il-Politika tal-Kompetizzjoni tal-UE Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat- 2 ta' Frar 2012 dwar ir-Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni (2011/2094(INI))
ĠU C 239E, 20.8.2013, p. 97–108
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
20.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 239/97 |
Il-Ħamis 2 ta’ Frar 2012
Il-Politika tal-Kompetizzjoni tal-UE
P7_TA(2012)0031
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Frar 2012 dwar ir-Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni (2011/2094(INI))
2013/C 239 E/15
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra r-Rapport tal-UE tal-2010 dwar Koerenza tal-Politika għall-Iżvilupp (COM(2011)0328 finali) u d-Dokument ta’ Ħidma tal-Istaff tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SEC(2011)0690), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni stabbiliti fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (1), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Merġers) (2), |
— |
wara li kkunsidra l-Linjigwida tal-Kummissjoni dwar il-metodu kif jiġu ffissati multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (3) (il-Linjigwida dwar il-Multi), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Ottubru 2008 dwar “L-applikazzjoni ta’ regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal miżuri meħuda fejn jidħlu istituzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja preżenti” (4) (il-Komunikazzjoni Bankarja), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Diċembru 2008 bl-isem “Ir-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-kriżi finanzjarja preżenti: limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu meħtieġ u protezzjoni kontra distorsjonijiet mhux xieraq ta’ kompetizzjoni” (5) (il-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Frar 2009 dwar “It-Trattament tal-Assi Danneġġati fis-Settur Bankarju Komunitarju (6)” (il-Komunikazzjoni dwar Assi Indebboliti), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Lulju 2009 dwar “ir-ritorn għall-vijabbiltà u l-valutazzjoni ta' miżuri ta' ristrutturar fis-settur finanzjarju fil-kriżi attwali taħt ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat (7)” (il-Komunikazzjoni dwar ir- Ristrutturar), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Diċembru 2008 bl-isem “Qafas Temporanju għal miżuri ta' għajnuna mill-Istat biex isostnu l-appoġġ għall-finanzjament fil-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali (8) (il-Qafas Temporanju oriġinali), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Diċembru 2010 dwar “Qafas temporanju għal miżuri ta’ għajnuna mill-Istat biex isostnu l-appoġġ għall-finanzjament fil-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali” (9) (il-Qafas Temporanju ġdid li jissostitwixxi dak li spiċċa fil-31 ta’ Diċembru 2010), |
— |
wara li kkunsidra l-istudju ta’ Ġunju 2011 bl-isem “Għajnuna tal-Istat – Regoli dwar kriżijiet għas-settur finanzjarju u l-ekonomija reali” (10), ikkummissjonat mill-Parlament, |
— |
wara li kkunsidra l-karta ta’ ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tal-5 ta' Ottubru 2011, bl-isem “L-effetti tar-regoli temporanji għal għajnuna mill-Istat adottati fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja u ekonomika” (SEC(2011)1126), |
— |
wara li kkunsidra l-abbozz tar-regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 rigward is-simplifikazzjoni tal-obbligi ta’ rappurtar tal-Istati Membri,, |
— |
wara li kkunsidra d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni bl-isem “Konsultazzjoni pubblika: Lejn Approċċ Koerenti Ewropew għal Rimedju Kollettiv’ (SEC(2011)0173), |
— |
wara li kkunsidra d-dokument tad-DĠ Kompetizzjoni bl-isem “L-aħjar Prattiċi għat-tmexxija ta’ proċeduri li jirrigwardaw l-Artikoli 101 u 102 TFUE” (11), |
— |
wara li kkunsidra d-dokument tad-DĠ Kompetizzjoni bl-isem “Gwida għall-proċeduri ta’ Uffiċjali Responsabbli għas-Smigħ li jirrigwardaw l-Artikoli 101 u 102 TFUE” (12), |
— |
wara li kkunsidra d-dokument tad-DĠ Kompetizzjoni bl-isem “L-aħjar prattiċi għat-tressiq ta’ provi ekonomiċi u ġbir ta’ dejta f’każijiet li jirrigwardaw l-applikazzjoni tal-Artikolu 101 u 201 TFUE u f’każijiet ta’ merġers (13).” |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Qafas tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni (14) (riferut hawnhekk bħala “il-Ftehim ta’ Qafas”) b’mod partikolari l-paragrafi 12 (15) u 16 (16) tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' April, 2007 dwar il-Green Paper dwar azzjonijiet ta' riżarċiment tad-danni għal ksur tar-regoli tal-KE dwar l-antitrust (17) u tas-26 ta' Marzu 2009 dwar il-White Paper dwar Azzjonijiet għad-danni għal ksur tar-regoli tal-KE dwar l-antitrust (18) u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-20 ta' Ottubru 2011 dwar "Lejn Approċċ Koerenti għal Rimedju Kollettiv", |
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2011 dwar ir-riforma tar-Regoli tal-UE dwar l-Għajnuna mill-Istat għal Servizzi ta’ Interess Ekonomiku Ġenerali (19), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Frar 2005 dwar ir-Rapport Nru XXXIII tal-Kummissjoni dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni 2003 (20), tal-4 ta’ April 2006 dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni 2004 (21), tad-19 ta’ Ġunju 2007 dwar ir-Rapport dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni 2005 (22), tal-10 ta’ Marzu 2009 dwar ir-Rapporti dwar il-Kompetizzjoni tal-2006 u l-2007 (23), tad-9 ta’ Marzu 2010 dwar ir-Rapport dwar il-Kompetizzjoni 2008 (24) u tal-20 ta’ Jannar 2011 dwar ir-Rapport dwar il-Kompetizzjoni 2009 (25), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni (INT/594 - CESE 1461/2011), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur kif ukoll tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0424/2011), |
A. |
billi l-kriżi finanzjarja u ekonomika li seħħet fil-ħarifa tal-2008 għadha ma ngħelbitx; billi t-taqlib finanzjarju u l-biża’ ta’ reċessjoni laħqu għal darba oħra l-ogħla livell matul dawn l-aħħar xhur; |
B. |
billi l-Kummissjoni wieġbet għal din il-kriżi b'mod pront u raġonevoli bl-adozzjoni ta’ regoli għal għajnuna tal-Istat u bl-użu tal-politika tal-kompetizzjoni bħala għodda għall-ġestjoni tal-kriżijiet; billi din kienet, u għadha, maħsuba li tkun skema temporanja għalkemm l-iskeda ta’ żmien qabżet iż-żmien mistenni oriġinarjament; |
C. |
billi bejn l-1 ta’ Ottubru 2008 u l-1 ta’ Ottubru 2010 l-Kummissjoni adottat aktar minn 200 deċiżjoni dwar l-għajnuna tal-Istat għas-settur finanzjarju; billi fl-2009 l-ammont nominali ta’ għajnuna għas-settur finanzjarju li ntuża mill-Istati Membri ammonta għal EUR 1 107 biljun (9.3% tal-PDG tal-UE); billi l-volum massimu ta’ miżuri li ġew approvati mill-Kummissjoni mill-bidu tal-kriżi sal-1 ta’ Ottubru 2010 (inklużi ż-żewġ skemi u interventi ad hoc) jammonta għal EUR 4 588,90 biljun; |
D. |
billi mill-1 ta’ Jannar 2011 il-Kummissjoni introduċiet rekwiżit biex jiġi ppreżentat pjan ta’ ristrutturar għal kull benefiċjarju ta’ rikapitalizzazzjoni jew miżura tal-assi indeboliti, irrispettivament minn jekk il-bank jitqiesx bħala fundamentalment b’saħħtu jew altrimenti jinsabx f’diffikultà; |
E. |
billi ammonti mdaqqsa ta’ għajnuna tal-Istat mogħtija waqt il-kriżi fil-forma ta’, pereżempju, skemi ta’ garanzija, skemi tar-rikapitalizzazzjoni u forom kumplimentari ta’ appoġġ tal-likwidità fir-rigward tal-finanzjament tal-bank, ikkontribwixxew għal żbilanċi serji fil-finanzi pubbliċi; billi għadu mhux magħruf sa fejn sa jwassal fil-futur l-impatt ta’ din l-għajnuna tal-Istat u tal-garanziji pprovduti lill-banek jekk fil-fatt jintalab li jitħallsu xi wħud minn dawn il-garanziji; |
F. |
billi l-protezzjoniżmu u n-nuqqas ta’ infurzar tar-regoli tal-kompetizzjoni jservu biss biex japprofondixxu l-kriżi u jtawluha; billi l-politika ta' kompetizzjoni hija għodda essenzjali biex l-UE jkun jista' jkollha suq intern dinamiku, effiċjenti u innovattiv u biex tkun kompetittiva fuq ix-xena globali, |
G. |
billi, minkejja l-isforzi kollha biex niffaċċjaw il-kriżi, il-kartelli jibqgħu l-akbar theddida serja għall-kompetizzjoni, il-benessri tal-konsumatur u l-funzjonament kif suppost tas-swieq u b’konsegwenza ma jistgħux jiġu aċċettati lanqas waqt kriżi ekonomika; |
Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni 2010
1. |
Jilqa’ r-Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni 2010; jenfasizza, fl-okkażjoni tal-40 anniversarju ta’ dan ir-rapport, li l-politika tal-kompetizzjoni ġabet bosta benefiċċji f’termini ta’ benessri tal-konsumatur u tibqa’ għodda essenzjali fit-tneħħija tal-ostakoli għall-moviment ħieles ta' beni, servizzi, persuni u kapital; jinnota li l-politika tal-kompetizzjoni tibqa' għodda essenzjali għaż-żamma tas-suq uniku u l-protezzjoni tal-interess tal-konsumatur; jenfasizza li xi regoli jeħtieġ li jiġu aġġornati biex jiffaċċjaw sfidi ġodda; |
2. |
Jinnota l-effett ta’ prinċipji riġidi u proċeduri flessibbli flimkien jippermetti li l-politika tal-kompetizzjoni tkun fattur kostruttiv u stabblizzanti fis-sistema finanzjarja tal-UE u fl-ekonomija reali inġenerali; |
Rakkomandazzjonijiet tal-politika tal-komnpetizzjoni
3. |
Jemmen li t-trasparenza mtejba tal-prezzijiet hija essenzjali biex il-kompetizzjoni tkun stimolata fis-suq uniku u biex tiġi offruta għażla reali lill-konsumaturi; |
4. |
Jilqa' l-iskambju eżistenti bejn il-Kummissjoni u l-assoċjazzjonijiet tal-konsumatur fil-qasam tal-liġi Ewropea tal-kompetizzjoni u jinkoraġġihom sabiex jippromwovu aktar dawn l-iskambji, inkluż ta' parteċipanti interessati oħrajn kif xieraq; |
Għajnuna tal-Istat
5. |
Jilqa' l-abbozz ta' karta ta’ ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni biex jiġu evalwati l-effetti tar-regoli temporanji għal għajnuna mill-Istat adottati fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja u ekonomika, Jieħu nota tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-għajnuna mill-Istat kienet ġeneralment "effettiva biex tnaqqas l-instabilità finanzjarja, biex ittejjeb il-funzjonament tas-swieq finanzjarji u biex ittaffi l-effetti tal-kriżi fuq l-ekonomija reali"; madankollu, jistaqsi jekk din l-analiżi ottimista tistax tiġi sostnuta; |
6. |
Jenfasizza li r-reġim temporanju applikabbli għall-għajnuna tal-Istat kien pożittiv bħala reazzjoni inizjali għall-kriżi, iżda dan ma tistax jittawwal bla bżonn; jenfasizza l-ħtieġa li ma jitkomplewx miżuri u eżenzjonijiet temporanji malajr kemm jista' jkun u hekk tif is-sitwazzjoni ekonomika tkun tippermetti; |
7. |
Jinnota li tenħtieġ sistema regolatorja permanenti ġdid għall-implimentazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat sabiex jiġu trattati difetti fis-sistema legali ta' qabel il-kriżi, b'mod partikolari fir-rigward tas-settur finanzjarju, kif ukoll biex jingħata rimedju għat-tagħwiġ maħluq tul il-kriżi ekonomika u finanzjarja; |
8. |
Jinnota t-tħabbira ta’ linjigwida speċifiċi għas-salvataġġ u r-ristrutturar tas-settur bankarju; jirrakkomanda lill-Kummissjoni li tikkunsidra l-impatt, f’termini ta’ tagħwiġ tal-kompetizzjoni, għall-għajnuna ta' likwidità pprovdut lill-banek ċentrali fl-istadju tas-salvataġġ, u tieħu ħsieb ir-ristrutturar bil-galbu tal-banek, bl-involviment tal-azzjonisti, qabel ma ssir injezzjoni ta’ kapital pubbliku; |
9. |
Iħeġġeġ għalhekk lill-Kummissjoni biex torbot l-estenzjoni tal-għajnuna temporanja tal-Istat mas-settur bankarju lil hinn mill-2011 b’kundizzjonijiet imtejba u aktar stretti li jirrigwardaw it-tnaqqis fil-kompożizzjoni u d-daqs tal-karta tal-bilanċ filwaqt li tingħata attenzjoni xierqa lis-self individwali kif ukoll lil restrizzjonijiet aktar b’saħħithom fuq il-bonusijiet u d-distribuzzjoni tad-dividendi u ta' fatturi kruċjali oħrajn; iqis li dawn il-kundizzjonijiet għandhom ikunu ċari u l-Kummissjoni għandha tevalwhom u tissintettizzhom fuq bażi ex post; |
10. |
Jinnota l-miżuri li l-Kummissjoni adottat s’issa biex iċċekken id-daqs tal-karta tal-bilanċ ta’ ċerti istituzzjonijiet, li huma "interkonnessi jew kbar wisq biex ifallu", li rċivew għajnuna tal-Istat matul il-kriżi; iqis li għal dan l-għan jeħtieġ li jittieħdu aktar miżuri; |
11. |
Jenfasizza madankollu li l-konsolidazzjoni kontinwa fis-settur bankarju fil-fatt żiedet is-sehem tas-suq ta’ diversi istituzzjonijiet finanzjarji ewlenin u, għalhekk, iħeġġeġ lill-Kummissjoni tissorvelja mill-qrib lis-settur sabiex tissaħħaħ il-kompetizzjoni fis-swieq bankarji Ewropej, inkluż billi jiġu imposti pjanijiet ta’ ristrutturar li jfissru s-separazzjoni tal-attivitajiet bankarji fejn id-depożiti individwali jippermettu lil dawn l-istituzzjonijiet jisffinanzjaw l-attivitajiet bankarji ta’ investiment aktar riskjużi; |
12. |
Jinnota li l-BĊE, matul il-kriżi, wettaq diversi injezzjonijiet ta’ likwidità mhux standard; jieħu nota tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li din it-tip ta' miżura strettament ma titqiesx bħala għajnuna mill-Istat, kif imsemmi mill-Kummissjoni fl-istudju tagħha; jenfasizza, madankollu, li l-azzjoni politika fil-livell tal-UE għandha tkun ikkoordinata u l-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-effetti tal-għajnuna mill-BĊE jew minn banek ċentrali oħrajn u ta' interventi pubbliċi oħrajn fl-evalwazzjoni tal-għajnuna mill-Istat mogħtija lill-banek li jkunu ukoll benefiċjarji ta' appoġġ mill-BĊE jew minn banek ċentrali oħrajn; |
13. |
Jinnota li l-effetti tal-għajnuna mill-BĊE u minn interventi pubbliċi oħrajn milqugħa mill-banek tul il-kriżi ma ġewx inklużi fil-valutazzjoni ta' kompatibilità tal-Kummissjoni; jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta dawn l-operazzjonijiet fuq bażi ex-post; |
14. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex malajr kemm jista’ jkun tippreżenta l-proposta leġiżlattiva prevista li tindirizza r-riżoluzzjoni ta’ banek inadempjenti f’qafas Ewropew reali filwaqt li tiggarantixxi regoli komuni, kif ukoll sett komuni ta’ għodod u stimuli għal azzjoni, u tillimita kemm jista’ jkun l-involviment tal-kontribwenti, b’mod partikolari permezz tal-ħolqien ta’ fondi ta’ riżoluzzjoni tal-industrija li jkunu armonizzati u awtofinanzjati (approċċ ibbażat fuq ir-riskju); |
15. |
Jenfasizza li l-għajnuna tal-Istat għandha tiġi allokata b’mod li la jgħawweġ il-kompetizzjoni u lanqas ma jiffavorixxi kumpaniji stabbiliti b’detriment għal dawk li għadhom qed jiżviluppaw; |
16. |
Hu tal-opinjoni li l-għajnuna mill-Istat għandha tappoġġa r-raggruppamenti ta' innovazzjoni u ta' riċerka u b'hekk tappoġġa l-intraprenditorija; |
17. |
Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li s-simplifikazzjoni maħsuba tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat għas-SIEĠ mhijiex se twassal għad-deterjorament tas-sorveljanza tal-kumpens żejjed; |
18. |
Jinnota l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tintroduċi arranġament “de minimis” fir-rigward tal-għajnuna tal-Istat għas-SIEĠ; jenfasizza l-ħtieġa ta’ kriterji ċari u mhux ambigwi li jiddeterminaw liema servizzi jistgħu jiġu koperti minnu; |
19. |
Jinsisti li kwalunkwe proposta biex jiġu eżentati, fil-prinċipju, aktar kategoriji tas-SIEĠ mir-rekwiżit tan-notifika, għandha tiġi bbażata fuq l-evidenza li tali eżenzjoni mir-regoli hija ġustifikata u meħtieġa, u li ma tagħwiġx il-kompetizzjoni bla bżonn; |
20. |
Jenfasizza l-importanza li titrawwem il-kompetizzjoni fis-setturi kollha u mhux b’inqas fis-settur tas-servizzi li jikkostitwixxi 70% tal-ekonomija Ewropea; ikompli jenfasizza d-dritt li jiġu stabbiliti kumpaniji u servizzi ġodda; |
Antitrust
21. |
Jissuġġerixxi, jekk il-Kummissjoni tippreżenta proposta għal qafas orrizonali li jirregola r-rimedju kollettiv, li meta jkun xieraq, jista' jiġi adottat prinċipju ta' azzjoni ta' segwitu li bih l-infurzar privat taħt ir-rimedju kollettiv jista' jiġi implimentat jekk kien hemm deċiżjoni ta' ksur preċedenti mill-Kummissjoni jew minn awtorità tal-kompetizzjoni nazzjonali; jinnota li t-twaqqif tal-prinċipju ta' azzjoni ta' segwitu ma jipprekludix il-possibilità li jkunu previsti kemm l-azzjonijiet iżolati kif ukoll dawk ta' segwitu; |
22. |
Jindika li l-mekkaniżmi tal-ADR ħafna drabi jiddependu mir-rieda tal-kummerċjant li jikkoopera u jemmen li d-disponibilità ta’ sistema effettiva ta’ rimedju ġudizzjarju tkun inċentiv b’saħħtu biex il-partijiet jaslu għal kompromess barra mill-qorti, u dan x’aktarx jelimina għadd kbir ta’ każijiet u b’hekk jiġi evitat il-volum ta' litigazzjoni; jinkoraġġixxi l-ħolqien ta’ mekkaniżmi ADR f’livell Ewropew sabiex ikun possibbli li tinstab riżoluzzjoni rapida u rħisa bħala possibbiltà aktar attraenti meta mqabbla ma’ proċeduri ġudizzjarji; jenfasizza madankollu, li dawn il-mekkaniżmi għandhom jibqgħu, kif jindika sew l-isem, sempliċiment alternattiva għar-rimedju ġudizzjarju, u mhux prekundizzjoni; |
23. |
Jenfasizza li insegwitu tas-sentenzi tal-Qorti fil-Kawżi 360/09, Pfleiderer, and 437/08, CDC Hydrogen Peroxider, il-Kummissjoni għandha tiżgura li r-rimedju kollettiv ma jippreġudikax l-effikaċja tas-sistema ta' klemenza tal-liġi tal-kompetizzjoni u l-proċedura ta’ riżoluzzjoni; |
24. |
Jemmen li għandhom jitqiesu b'mod xieraq l-kwistjonijiet speċifiċi li jinħolqu fil-kamp tal-kompetizzjoni u li kwalunkwe strument applikabbli għar-rimedju kollettiv irid iqis b'mod sħiħ u xieraq l-ispeċifiċitajiet tas-settur tal-'antitrust'; |
25. |
Itenni li, fir-rigward tar-rimedju kollettiv fil-politika tal-kompetizzjoni, għandhom jiġu stabbiliti salvagwardji sabiex jiġi evitat l-iżvilupp sistema ta’ proċeduri kollettivi li jinvolvu klejms frivolużi u litigazzjoni eċċessiva u sabiex tiġi ggarantita l-ugwaljanza tal-partijiet fi proċeduri ġudizzjarji; jenfasizza li tali salvagwardji għandhom ikopru, inter alia, dawn il-punti li ġejjin:
|
26. |
Jenfasizza li kwalunkwe qafas orizzontali jrid jiżgura l-konformità ma' żewġ premessi bażiċi:
|
27. |
Jilqa' l-istrument leġiżlattiv imħabbar mill-Kummissjoni fil-Programm ta' Ħidma tiegħu għall-2012 li jkopri l-azzjonijiet għal danni minħabba ksur tal-liġi antitrust; jenfasizza li dan għandu jqis ir-riżoluzzjonijiet preċedenti tal-Parlament dwar is-suġġett, u jenfasizza li dan għandu jiġi adottat permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja; |
28. |
Jemmen li politika ta' multi hi għodda importanti għall-infurzar pubbliku u bħala deterrant; |
29. |
Jinnota li l-imġibiet mhumiex immotivati biss mill-multi iżda ukoll billi titħeġġeġ il-konformità; jiffavorixxi approċċ li jservi ta' deterrent effettiv filwaqt li jħeġġeġ il-konformità; |
30. |
Jenfasizza li politika ta’ multi kbar mhijiex u m’għandhiex tibqa' tintuża bħala mekkaniżmu alternattiv ta’ finanzjament tal-baġit tal-UE; |
31. |
Jinnota li l-metodu għat-tfassil ta' multi hu nkluż fi strument non-leġiżlattiv – il-Linjigwida għall-Multi tal-2006 – u għal darb'oħra jħeġġeġ lill-Kummissjoni tinkorpora bażi dettaljata għal kalkolazzjoni tal-multi, flimkien ma' prinċipji ġodda għall-multi fir-Regolament (KE) Nru 1/2003; |
32. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrevedi l-linjigwida tagħha għall-multi u jissuġġerixxi li din tevalwa prinċipji bħall-:
|
33. |
Huwa preokkupat bin-numru akbar ta’ talbiet għal tnaqqis ta’ multi minħabba inabilità ta’ ħlas, partikolarment minn impriżi ta’ monoprodotti u SMEs; iqis li sistema ta’ ħlasijiet tardivi u/jew maqsuma tista’ titqies bħala alternattiva għat-tnaqqis tal-multa sabiex l-imprżi ma jitqiegħdux f'pożizzjoni li ma jibqgħux fin-negozju; |
34. |
Jistenna adattament tal-linjigwida għall-multi rigward impriżi ta' "mono-prodotti" u SMEs, kif imħabbar mill-Viċi President tal-Kummissjoni Joaquín Almunia; |
35. |
Jilqa’ l-użu tal-proċedura ta’ riżoluzzjoni f’każijiet ta’ krietel biex tagħmel il-proċess iktar effiċjenti; |
36. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, meta tivvaluta abbużi possibbli minn pożizzjonijiet dominanti, u ssib li l-pożizzjoni dominanti ma ġietx abbużata, tagħti ħarsa aktar mill-qrib lejn l-hekk imsejjaħ “trickle down economics”; |
Kontroll tal-amalgamazzjonijiet
37. |
Jemmen li l-kriżi ekonomika u finanzjarja m’għandhiex tiġġustifika laxkar tal-politiki tal-UE dwar il-kontroll ta’ amalgamazzjonijiet; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li amalgamazzjonijiet u b’mod partikolari amalgamazzjonijiet maħsuba sabiex isalvaw jew jirristrutturaw banek fil-perikolu ma joħolqux istituzzjonijiet li huma “kbar wisq biex ifallu” u sistematiċi b’mod aktar ġenerali; |
38. |
Jenfasizza li l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni għall-merġers għandha tiġi vvalutata mill-perspettiva tas-suq intern kollu kemm hu; |
Kooperazzjoni internazzjonali
39. |
Jenfasizza l-importanza li tisseddaq il-konverġenza globali ta’ regolamenti ta’ kompetizzjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tipparteċipa attivament fin-Netwerk Internazzjonali tal-Kompeitzzjoni; |
40. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tikkonkludi ftehimiet ta’ kooperazzjoni bilaterali dwar l-infurzar ta’ kompetizzjoni; jilqa’ t-tħabbir ta’ negozjati dwar ftehim simili mal-Isvizzera u jinkuraġġixxi koordinazzjoni akbar ta’ azzjonijiet ta’ politika u infurzar; |
Setturi speċifiċi
41. |
Jieħu nota tal-inizjattiva tal-Kummissjoni Enerġija 2020; iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex issegwi l-implimentazzjoni sħiħa tal-pakkett intern għas-suq tal-enerġija; iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex, billi għadu ma nkisibx b’mod sħiħ suq intern uniku u kompetittiv tal-enerġija, timmoniterja attivament il-kompetizzjoni fis-swieq tal-enerġija, l-aktar kull meta l-privatizzazzjoni tal-utilitajiet pubbliċi toħloq swieq monopolistiċi jew oligopolistiċi privati; |
42. |
Ifakkar fl-istedina tiegħu lill-Kummissjoni fil-passi bikrija tal-implimentazzjoni tat-tielet pakkett tal-enerġija biex tissorvelja mill-qrib il-livell tal-kompetizzjoni billi l-akbar tliet atturi għadhom jirrappreżentaw madwar 75% (l-elettriku) u aktar minn 60% (il-gass) tas-suq minkejja l-ftuħ gradwali tas-swieq f’nofs id-disgħinijiet; jistieden lill-Kummissjoni tippubblika linjigwida sabiex ittejjeb l-aċċess tar-riżorsi rinnovabbli għan-netwerk tal-enerġija; |
43. |
Ifakkar fl-istedina tiegħu lill-Kummissjoni sabiex teżamina, fir-rapport annwali li jmiss, sa liema punt il-konċentrazzjoni tal-fornituri tal-materja prima kritika tista' tkun ta' ħsara għall-attività tas-setturi klijenti u għal ekonomija aktar ekoeffiċjenti peress li wħud minn dawn huma ta' importanza fundamentali għall-implimentazzjoni ta' teknoloġiji ekoeffiċjenti bħalma huma l-pannelli fotovoltajċi u l-batteriji tal-joni tal-litju; |
44. |
Jitlob lill-Kummissjoni tinvestiga bir-reqqa l-kompetizzjoni fis-suq tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-ostakli għad-dħul, l-allegati prattiki kollużivi u abbuż minn pożizzjonijiet dominanti; jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jikkonformaw mal-ogħla standards ta' integrità, żvelar, trasparenza u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess kif stipulati fir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu (26) sabiex tiġi żgurata l-kwalità tal-klassifikazzjonijiet; |
45. |
Jitlob lill-Kummissjoni tissorvelja b’mod attiv l-iżviluppi fis-swieq li jirrigwardaw il-komodità wara l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2008 (paragrafu 40) u biex tressaq proposti leġiżlattivi ambizzjużi fir-reviżjoni tal-qafas tal-MiFID u tal-MAD biex jingħelbu prattiki spekulattivi li jaffettwaw b’mod negattiv l-industrija Ewropea u jiġġeneraw tagħwiġ fis-Suq Uniku; |
46. |
Jenfasizza li l-investigazzjonijiet reċenti mwettqa minn regolaturi tal-Istati Uniti, ir-Renju Unit u tal-Ġappun żvelaw li matul il-kriżi deher li l-banek tal-Istati Uniti u dawk Ewropej immanipulaw ir-rati LIBOR; għalhekk jinsab imħasseb dwar it-tagħwiġ potenzjali tas-suq iġġenerat minn tali prattiki; |
47. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinvestiga s-sitwazzjoni tal-kompetizzjoni fis-settur tal-bejgħ bl-imnut, b’mod partikolari, il-konsegwenzi tal-allegat abbuż mis-saħħa fis-suq minn katini ta’ ħwienet tal-imnut dominanti b’konsegwenzi negattivi għall-bejjiegħa bl-imnut u l-produtturi żgħar, b'mod partikolari fis-settur agrikolu u dak alimentari; |
48. |
Ifakkar fit-talbiet tiegħu biex il-Kummissjoni twettaq inkjesta tal-kompetizzjoni fl-industrija tal-agriikel biex tinvestiga l-effett tas-saħħa fis-suq li l-fornituri u l-bejjiegħa bl-imnut il-kbar għandhom fuq il-funzjonament ta’ dak is-suq; |
49. |
Jinnota l-kumplessità tal-katina tal-provvista tal-ikel u n-nuqqas ta' trasparenza fil-prezzijiet tal-ikel; jemmen li analiżi mtejba tal-ispejjeż, tal-proċessi, tal-valur miżjud, tal-volumi, tal-prezzijiet u tal-marġini fit-taqsimiet kollha tal-katina tal-provvista tal-ikel, inkluż kwalità ta' trasparenza miżjuda b'konformità mal-liġi tal-kompetizzjoni u l-kunfidenzjalità kummerċjali, għandha ittejjeb l-informazzjoni disponibbli għall-konsumaturi u t-trasparenza tal-mekkaniżmi tal-prezzijiet tal-katina tal-provvista tal-ikel u l-għażla għall-konsumaturi, filwaqt li tevita diskriminazzjoni inġusta lill-konsumatur; jilqa' t-twaqqif ta' Forum ta’ Livell Għoli għat-Tħaddim Aħjar tal-Katina tal-Provvista tal-Ikel kif ukoll l-effetti pożitivi li dan għandu fuq it-titjib fil-prattiki tal-kummerċ; |
50. |
Itenni t-talba tiegħu biex il-Kummissjoni tagħmel inkjesta fis-settur dwar ir-reklamar onlajn u l-magni tat-tiftix; |
51. |
Itenni t-talba tiegħu biex issir inkjesta fl-applikazzjoni tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku, u dwar jekk id-differenzi nazzjonali jwasslux għal tagħwiġ fil-kompetizzjoni; |
52. |
Jisħaq li t-twettiq tas-suq intern għall-modi kollha tat-trasport jeħtieġ li jkun u jibqa' l-għan prinċipali tal-politika tat-trasport Ewropew; |
53. |
Jikkondividi l-opinjoni tal-Kummissjoni li l-UE għad ma għandhiex netwerk ta’ infrastrutturi transkonfinali interkonnessi, interoperabbli u effiċjenti biżżejjed, li huwa indispensabbli għall-kompetizzjoni ġusta fil kuntest tat-twettiq tas-suq intern; |
54. |
Iqis li l-politika tal-kompetizzjoni għandha tikkontribwixxi għall-promozzjoni u l-infurzar ta’ standards u interoperabilità miftuħin sabiex jiġi evitat il-ħabi tat-teknoloġija tal-konsumaturi u tal-klijenti minn minoranza ta’ atturi tas-suq; |
55. |
Jinnota n-nuqqas ta' kompetizzjoni fis-suq tar-roaming u jenfasizza l-ħtieġa ta' trasparenza mtejba tal-prezzijiet; jilqa' f'dan ir-rigward ir-regoli ta' qafas ġodda tal-UE dwar it-telekomunikazzjoni kif ukoll il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament Roaming III (COM(2011)0402) li jipproponu miżuri strutturali li jtejbu l-kompetizzjoni tal-bejgħ bl-ingrossa, b'benefiċċji mistennija fuq il-kompetizzjoni tal-bejgħ bl-imnut, il-prezzijiet u l-għażla għall-konsumaturi; iħeġġeġ b'mod partikolari lill-Kummissjoni sabiex tilħaq l-objettiv stabbilit fl-Aġenda Diġitali għall-Ewropa (COM(2010)0245 finali/2) fejn id-differenzi bejn it-tariffi tar-roaming u dawk nazzjonali għandhom jiġu eliminati sal-2015; |
56. |
Jenfasizza li ż-żieda fil-kompetizzjoni tas-settur tal-broadband hi essenzjali biex jintlaħaq l-għan tal-Ewropa 2020 għal aċċess sħiħ għaċ-ċittadini Ewropej, li huwa ta' benefiċċju għall-konsumaturi u n-negozji; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tinvestiga każijiet possibbli fejn is-servizzi tal-broadband kienu limitati fuq bażi nazzjonali; |
57. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni teżamina sa fejn allokazzjoni ta’ permessi EUA (Allowances tal-Unjoni Ewropea) bla ħlas, li tkun ġeneruża żżejjed f’ċerti setturi, tista’ tgħawweġ il-kompetizzjoni, minħabba li dawn il-permessi, li l-effikaċja tagħhom naqset minn meta naqset l-attività, iġġeneraw profitti kbar għal ċerti kumpaniji filwaqt li naqsilhom l-inċentiv li jagħtu sehemhom fit-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoeffiċjenti; |
58. |
Ifakkar li l-Kummissjoni nediet numru ta' proċeduri ta' ksur kontra l-Istati Membri li ma implimentawx sew l-Ewwel Pakkett Ferrovjarju; |
59. |
Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li ftehimiet bilaterali, bejn il-pajjiżi fis-settur tat-trasport bl-ajru ma jagħtux preferenzi formali lil ajruport speċifiku għal titjiriet minn pajjiż għal ieħor; |
60. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tanalizza is-settur tal-avjazzjoni, b’mod partikolari l-ftehimiet dwar il-kondiviżjoni tal-kodiċi tat-titjiriet bejn il-linji tal-ajru li f’ħafna każijiet ma jkun ta’ ebda benefiċċju għall-konsumaturi imma jikkontribwixxi biss għal aktar restrizzjoni tas-suq, li twassal għal abbużi u għal pożizzjonijiet dominanti u prattiki miftiehma bejn l-impriżi minflok li jaġixxu b’mod kompetittiv bejniethom; |
61. |
Iħares 'il quddiem għar-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika dwar l-applikazzjoni tal-Linjigwida dwar it-Trasport bl-Ajru tal-2005; iħeġġeġ lill-Kummissjoni teżamina bir-reqqa d-dispożizzjonijiet għall-evalwazzjoni tal-għajnuna soċjali u għar-ristrutturar għal-linji tal-ajru sabiex jiġi ċċarat dwar jekk dawn għadhomx jistgħu jipprovdu kundizzjonijiet ta' parità għat-trasportaturi tal-ajru fil-kundizzjonijiet attwali tas-suq, jew jekk jeħtiġux reviżjoni; |
62. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu azzjoni kontra kwalunkwe politika diskriminatorja li tista’ tiġi applilkata fil-kuntest ta' ftehimiet bejn l-UE u pajjiżi terzi, sabiex jiġu evitati distorsjonijiet kompetittivi bejn il-linji tal-ajru internazzjonali u għaldaqstant tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta; |
63. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jitlesta l-Ajru Uniku Ewropew, li jistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni li tiggarantixxi t-trasparenza fis-servizz tal-iffissar tal-prezzijiet; |
64. |
Itenni li r-regoli dwar l-obbligu li jintwerew il-prezzijiet reali, trasparenti u sħaħ tal-biljetti tal-ajru għandu jkun infurzat b'mod strett favur kompetizzjoni intermodali u intramodali aktar ġusta; |
65. |
Iħares 'il quddiem għar-riżultati tal-istudji tal-Kummissjoni u tal-Parlament dwar l-iffinanzjar tal-istrutturi tal-portijiet, li għandhom jippermettu liż-żewġ istituzzjonijiet sabiex jevalwaw jekk ir-regoli attwali humiex applikati b’mod koerenti jew jekk għandhomx jiġu ddefiniti mill-ġdid; |
Djalogu dwar il-kompetizzjoni bejn il-Parlament u l-Kummissjoni
Djalogu dwar il-Kompetizzjoni
66. |
Jilqa’ l-attendenza tal-Viċi President tal-Kummissjoni Joaquín Almunia fi skambju ta’ opinjonijiet mal-Parlament, flimkien mal-kooperazzjoni pożitiva murija din is-sena permezz sessjonijiet ta’ tagħrif organizzati mid-DĠ COMP; huwa tal-fehma li laqgħa annwali bejn l-MEPs u d-Direttur Ġenerali tad-DĠ COMP hija prattika tajba li għandha titkompla; |
67. |
Jitlob, fl-okkażjoni tal-40 anniversarju tar-Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Politika tal-kompetizzjoni għall-konklużjoni ta’ ftehim bejn il-Parlament u l-Kummissjoni li għandu jsaħħaħ l-irwol tal-Parlament Ewropew bħala korp elett b’mod dirett li jirrappreżenta liċ-ċittadini Ewropej; jinnota li dan il-ftehim prattiku għandu japprofondixxi d-djalogu eżistenti u forsi jista' jistituzzjonalizza, mingħajr preġudizzju għas-setgħat esklussivi tal-Kummissjoni skont it-Trattat, id-djalogu regolari bejn il-Parlament u l-Kummissjoni bit-tfassil ta' proċeduri u impenji rigward is-segwity mogħti għar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament; |
Rapport Annwali dwar il-Kompetizzjoni
68. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni li fir-Rapport Annwali tagħha tinkludi:
|
Programm Annwali ta’ Xogħol rigward Kompetizzjoni
69. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta Programm ta’ Xogħol rigward Kompetizzjoni fil-bidu tas-sena, inkluża lista dettaljata ta’ strumenti vinkolanti u mhux vinkolanti li jkunu mistennija jiġu adottati fis-sena li tkun dieħla u l-konsultazzjonijiet pubbliċi ppjanati; |
70. |
Jenfasizza li kemm ir-rapport, kif ukoll il-Programm ta’ Xogħol rigward Kompetizzjoni għandhom ikunu ppreżentati lill-Kumitat ECON mill-Kummissarju għall-Kompetizzjoni; |
*
* *
71. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(4) ĠU C 270, 25.10.2008, p. 8.
(7) ĠU C 195, 19.8.2009, p. 9.
(10) http://www.europarl.europa.eu/activities/committees/studies/download.do?language=en&file=42288
(11) http://ec.europa.eu/competition/consultations/2010_best_practices/best_practice_articles.pdf.
(12) http://ec.europa.eu/competition/consultations/2010_best_practices/best_practice_articles.pdf.
(13) http://ec.europa.eu/competition/consultations/2010_best_practices/best_practice_submissions.pdf
(14) ĠU L 304, 20.11.2010, p. 47.
(15) “Kull Kummissarju jrid jiżgura li jkun hemm skambju regolari u dirett ta' tagħrif bejn il-Kummissarju u l-Presidenti tal-kumitat parlamentari relevanti.”
(16) Fi żmien tliet xhur wara l-adozzjoni ta' riżoluzzjoni parlamentari, il-Kummissjoni għandha tipprovdi tagħrif bil-miktub lill-Parlament dwar l-azzjoni meħuda bħala tweġiba għal talba speċifika indirizzata lilha mir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament, inkluż f'każijiet fejn ma setgħatx tieħu azzjoni skont il-fehmiet tiegħu. […]’
(17) ĠU C 74 E, 20.3.2008, p. 653.
(18) ĠU C 117 E, 6.5.2010, p. 161.
(19) Testi adottati, P7_TA(2011)0494.
(20) ĠU C 304 E, 1.12.2005, p. 114.
(21) ĠU C 293 E, 2.12.2006, p. 143.
(22) ĠU C 146 E, 12.6.2008, p. 105.
(23) ĠU C 87 E, 1.4.2010, p. 43.
(24) ĠU C 349 E, 22.12.2010, p. 16.
(25) Testi adottati, P7_TA(2011)0023.
(26) ĠU L 302, 17.11.2009, p. 1.