This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011AE1587
Opinion of the European Economic and Social Committee on the ‘Proposal for a regulation of the European Parliament and of the Council amending Council Regulation (EC) No 1083/2006 as regards repayable assistance and financial engineering’ COM(2011) 483 final — 2011/0210 (COD)
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 fir-rigward tal-għajnuna li trid titħallas lura u l-inġinerija finanzjarja” COM(2011) 483 finali — 2011/0210 (COD)
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 fir-rigward tal-għajnuna li trid titħallas lura u l-inġinerija finanzjarja” COM(2011) 483 finali — 2011/0210 (COD)
ĠU C 24, 28.1.2012, p. 78–78
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 24/78 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 fir-rigward tal-għajnuna li trid titħallas lura u l-inġinerija finanzjarja”
COM(2011) 483 finali — 2011/0210 (COD)
2012/C 24/14
Relatur Ġenerali: is-Sur SMYTH
Nhar it-2 ta’ Settembru 2011 u nhar il-5 ta’ Ottubru 2011, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew rispettivament iddeċiedew, b'konformità mal-Artikolu 177 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 fir-rigward tal-għajnuna li trid titħallas lura u l-inġinerija finanzjarja
COM(2011) 483 finali 2011/0210 (COD).
Nhar l-20 ta’ Settembru 2011, il-Bureau tal-Kumitat inkariga lis-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali sabiex tipprepara l-ħidma tiegħu dwar is-suġġett.
Minħabba l-urġenza tal-ħidma, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda matul l-475 sessjoni plenarja tiegħu tas-26 u s-27 ta’ Ottubru 2011 (seduta tas-27 ta’ Ottubru 2011) li jaħtar lis-Sur SMYTH bħala relatur ġenerali, u adotta din l-opinjoni b'87 vot favur, l-ebda vot kontra u 7 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 |
Il-KESE jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni biex jiġi emendat il-Regolament 1083/2006 fir-rigward tal-għajnuna li trid titħallas lura u l-inġinerija finanzjarja, li għandha bħala għan iċ-ċarezza u ċ-ċertezza legali meħtieġa. |
1.2 |
Il-KESE japprova l-proposta. |
2. Raġuni
2.1 |
L-Artikolu 28 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 1260/1999, li jirregola l-fondi strutturali u l-politika ta’ koeżjoni għall-perjodu 2000-2006, identifika tipi varji ta’ għajnuna, inkluża l-għajnuna diretta li trid titħallas lura u li ma tridx titħallas lura, u li jistgħu jiġu pprovduti permezz tal-fondi strutturali tal-UE. L-Artikolu 44 tar-Regolament ġenerali tal-Kunsill (KE) 1083/2006 għall-politika ta’ koeżjoni, li jistipola r-regoli għall-perjodu ta’ programmazzjoni attwali (2007-2013) jittratta strumenti tal-inġinerija finanzjarja, iżda madankollu, ma fihx lingwaġġ legali adegwati li jiddefinixxi l-għajnuna, kemm dik li trid titħallas lura kif ukoll dik li ma tridx titħallas lura. |
2.2 |
L-Istati Membri qed jużaw tipi ta’ għajnuna li trid titħallas lura b'mod pjuttost estensiv, ċertament wara l-esperjenzi pożittivi li ġarrbu b'dan l-istrument matul il-perjodu ta’ programmazzjoni preċedenti (2000-2006). |
2.3 |
Għaldaqstant, jidher ċar li huwa neċessarju li jiġi emendat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) 1083/2006 sabiex jinkludi definizzjoni ġenerali ta’ għajnuna li trid titħallas lura, u fir-rigward tal-inġinerija finanzjarja, li jiġu kkjarifikati għadd ta’ prattiki tekniċi billi bħalissa qed jintużaw tipi ta’ finanzi rinnovabbli għal firxa usa' ta’ attivitajiet barra minn sempliċement l-inġinerija finanzjarja. |
Brussell, 27 ta’ Ottubru 2011.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON