Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008AP0533

Fond ta' garanzija għall-azzjonijiet esterni (verżjoni kodifikata)
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat- 18 ta’ Novembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi Fond ta’ garanzija għall-azzjonijiet esterni (verżjoni kodifikata) (COM(2008)0365 — C6-0273/2008 — 2008/0117(CNS))

ĠU C 16E, 22.1.2010, p. 82–82 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 16/82


Fond ta' garanzija għall-azzjonijiet esterni (verżjoni kodifikata) *

P6_TA(2008)0533

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Novembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi Fond ta' garanzija għall-azzjonijiet esterni (verżjoni kodifikata) (COM(2008)0365 — C6-0273/2008 — 2008/0117(CNS))

(2010/C 16 E/26)

(Proċedura ta' konsultazzjoni — kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0365),

wara li kkunsidra l-Artikolu 308 tat-Trattat KE, skond liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6-0273/2008),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0387/2008),

A.

billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,

1.   Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


Top