This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008AP0082
Mobilisation of the European Union's Solidarity Fund#European Parliament resolution of 11 March 2008 on the proposal for a decision of the European Parliament and of the Council on the mobilisation of the EU Solidarity Fund in application of point 26 of the Interinstitutional Agreement of 17 May 2006 between the European Parliament, the Council and the Commission on budgetary discipline and sound financial management (COM(2008)0014 - C6-0036/2008 - 2008/2019(ACI))
Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 11 ta' Marzu 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea skond il-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas- 17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2008)0014 - C6-0036/2008 - 2008/2019(ACI))
Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 11 ta' Marzu 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea skond il-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas- 17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2008)0014 - C6-0036/2008 - 2008/2019(ACI))
ĠU C 66E, 20.3.2009, p. 89–91
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
20.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 66/89 |
Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea
P6_TA(2008)0082
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea skond il-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2008)0014 — C6-0036/2008 — 2008/2019(ACI))
(2009/C 66 E/26)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0014), |
— |
Wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikulari l-punt 26 tagħha, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A6-0065/2008), |
1. |
japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni; |
2. |
jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea; |
3. |
jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien ma' l-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1. Ftehima kif emendata bid-Deċiżjoni 2008/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 6, 10.1.2008, p. 7).
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-11 ta' Marzu 2008
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà ta' l-UE dwar l-applikazzjoni tal-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikulari l-punt 26 tagħha,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea (2),
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
L-Unjoni Ewropea ħolqot Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea (il-“Fond”) biex tesprimi s-solidarjetà tagħha fir-rigward tal-popolazzjoni ta' reġjuni milquta minn katastrofi. |
(2) |
Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond sa l-ammont annwali massimu ta' EUR 1 biljun. |
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 fih id-dispożizzjonijiet li jippermettu l-mobilizzazzjoni tal-Fond. |
(4) |
Ir-Renju Unit ippreżenta talba bil-għan li jimmobilizza l-Fond, dwar diżastru kkawżat minn għargħar f'Ġunju u f'Lulju 2007, |
JIDDEĊIEDU:
Artikolu 1
Fil-qafas tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea stabbilit għas-sena finanzjarja 2008, il-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea għandu jiġi mobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta' EUR 162 387 985 fi krediti ta' impenn u ta' ħlas.
Artikolu 2
Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Strasburgu, 11 ta' Marzu 2008.
Għall-Parlament
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1. Ftehima kif emendata bid-Deċiżjoni 2008/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 6, 10.1.2008, p. 7).