Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008AP0079

It-tqegħid fis-suq ta' ħxejjex ta' propagazzjoni u materjal taż-żrigħ (verżjoni kkodifikata)
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' ħxejjex ta' propagazzjoni u materjal taż-żrigħ, barra ż-żerriegħa (COM(2007)0852 - C6-0038/2008 - 2007/0296(CNS))

ĠU C 66E, 20.3.2009, p. 87–87 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 66/87


It-tqegħid fis-suq ta' ħxejjex ta' propagazzjoni u materjal taż-żrigħ (verżjoni kkodifikata) *

P6_TA(2008)0079

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' ħxejjex ta' propagazzjoni u materjal taż-żrigħ, barra ż-żerriegħa (COM(2007)0852 — C6-0038/2008 — 2007/0296(CNS))

(2009/C 66 E/23)

(Proċedura ta' konsultazzjoni — kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0852),

wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0038/2008),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali ta' l-20 ta' Diċembru 1994 – Metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali ta' testi leġiżlattivi (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Legali (A6-0056/2008),

1.

japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.

jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


Top