This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023R1451
Commission Implementing Regulation (EU) 2023/1451 of 13 July 2023 amending Implementing Regulation (EU) 2020/2002 as regards disease notification and the information to be submitted by the Member States for the approval and reporting of compulsory and optional eradication programmes and in applications for disease-free status (Text with EEA relevance)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1451 tat-13 ta’ Lulju 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2002 fir-rigward tan-notifikar tal-mard u l-informazzjoni li trid tiġi sottomessa mill-Istati Membri għall-approvazzjoni u għar-rapportar tal-programmi ta’ eradikazzjoni obbligatorji u fakultattivi u fl-applikazzjonijiet għall-istatus ta’ ħelsien mill-mard (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1451 tat-13 ta’ Lulju 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2002 fir-rigward tan-notifikar tal-mard u l-informazzjoni li trid tiġi sottomessa mill-Istati Membri għall-approvazzjoni u għar-rapportar tal-programmi ta’ eradikazzjoni obbligatorji u fakultattivi u fl-applikazzjonijiet għall-istatus ta’ ħelsien mill-mard (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2023/4630
ĠU L 179, 14.7.2023, p. 48–56
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
14.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 179/48 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1451
tat-13 ta’ Lulju 2023
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2002 fir-rigward tan-notifikar tal-mard u l-informazzjoni li trid tiġi sottomessa mill-Istati Membri għall-approvazzjoni u għar-rapportar tal-programmi ta’ eradikazzjoni obbligatorji u fakultattivi u fl-applikazzjonijiet għall-istatus ta’ ħelsien mill-mard
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 23, 35 u 40 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi r-regoli rigward il-mard tal-annimali li hu trażmissibbli lill-annimali jew lill-bnedmin, inkluż id-dispożizzjonijiet dwar in-notifikar u r-rapportar tal-mard, dwar il-programmi ta’ sorveljanza, u ta’ eradikazzjoni tal-Unjoni, u dwar l-istatus ta’ ħelsien mill-mard. |
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 u jistabbilixxi r-regoli dwar is-sorveljanza, il-programmi ta’ eradikazzjoni u l-istatus ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard tal-annimali elenkat u li qed ifeġġ. |
(3) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi fl-Unjoni tad-dispożizzjonijiet dwar in-notifikar u r-rapportar tal-mard, dwar il-programmi ta’ sorveljanza u ta’ eradikazzjoni tal-Unjoni, u dwar l-istatus ta’ ħelsien mill-mard stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/429 u fir-Regolament Delegat (UE) 2020/689, ir-regoli ta’ implimentazzjoni dwar l-informazzjoni, il-formati u r-rekwiżiti proċedurali għall-programmi ta’ sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istatus ta’ ħelsien mill-mard huma stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2002 (3). |
(4) |
L-esperjenza li nkisbet permezz tas-sottomissjoni ta’ informazzjoni dwar l-eżitu tal-programmi ta’ eradikazzjoni approvati, u l-applikazzjonijiet għall-istatus ta’ ħelsien mill-mard fil-perjodu mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2002, u speċjalment fid-dawl tad-data diġà disponibbli fis-Sistema kompjuterizzata ta’ Informazzjoni dwar il-Mard tal-Annimali (ADIS) prevista fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2016/429, turi li ċerti elementi tal-informazzjoni li attwalment huma meħtieġa minn dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni mhumiex essenzjali biex il-Kummissjoni tivvaluta l-applikazzjonijiet għall-istatus ta’ ħelsien mill-mard. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri jenħtieġ li dawk l-elementi ma jkunux meħtieġa. Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2002 jiġi emendat skont dan. |
(5) |
L-informazzjoni li trid tingħata dwar ir-riżultati tal-implimentazzjoni tal-programmi ta’ eradikazzjoni hija disponibbli fl-ADIS. L-abbozzi tal-programmi ta’ eradikazzjoni sottomessi lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni jenħtieġ li jiġu sottomessi wkoll b’mod elettroniku permezz tal-ADIS, sabiex tiġi żgurata l-koerenza. |
(6) |
Barra minn hekk, l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2002, indikat li jenħtieġ li jiġu ċċarati ċerti dispożizzjonijiet tal-Annessi V, VI u VII tiegħu, biex jiġi żgurat li jkun ċar li l-ambitu territorjali ta’ programm ta’ eradikazzjoni approvat li jikkonċerna l-annimali akkwatiċi, u l-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għal dawk l-annimali, ikunu jistgħu japplikaw fil-livell tal-Istat Membru, taż-żona jew tal-kompartiment. Għalhekk jenħtieġ li l-Annessi V, VI u VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2002 jiġu emendati skont dan. |
(7) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/689 jipprevedi diversi derogi li huma rilevanti għas-sottomissjoni ta’ programm ta’ eradikazzjoni għal marda tal-kategorija B jew C tal-annimali akkwatiċi f’konformità mat-Taqsima 4 tal-Anness VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2002. Fil-present, deroga waħda biss minn dawn hija msemmija f’dak l-Anness. Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2002 jiġi emendat biex ikun żgurat li d-derogi rilevanti kollha jissemmew fit-Taqsima 4 tal-Anness VII tiegħu. |
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2002 huwa emendat kif ġej:
1. |
L-Artikolu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 7 Rapportar tal-Unjoni dwar ir-riżultati annwali tal-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni approvati 1. Sat-30 ta’ April ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni r-rapporti dwar ir-riżultati tal-implimentazzjoni tal-programmi ta’ eradikazzjoni approvati tagħhom li jkollhom għaddejjin. 2. Ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1, għal kull sena, li tkopri s-sena kalendarja preċedenti, għandu jkun fihom l-informazzjoni speċifikata:
3. Ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu sottomessi b’mod elettroniku permezz tal-ADIS.”; |
(2) |
fl-Artikolu 8, il-paragrafu (2) jitħassar; |
(3) |
l-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
fl-Artikolu 11, il-frażi introduttorja tal-paragrafu 1 hija ssostitwita b’dan li ġej: “Meta japplikaw lill-Kummissjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard f’konformità mat-Taqsimiet 1 u 2 tal-Kapitolu 4 tal-Parti II tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689, fl-applikazzjonijiet tagħhom, bl-eċċezzjoni tal-informazzjoni li tkun ingħatat fir-rapporti msemmija fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jinkludu l-informazzjoni rilevanti speċifikata fi:”; |
(5) |
L-Annessi V, VI u VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2002 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 211).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2002 tas-7 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notifika tal-Unjoni u r-rapportar tal-Unjoni ta’ mard elenkat, tal-formati u l-proċeduri għas-sottomissjoni u għar-rapportar tal-programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni u tal-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard, u tas-sistema ta’ informazzjoni kompjuterizzata (ĠU L 412, 8.12.2020, p. 1).
ANNESS
L-Annessi V, VI u VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2002 huma emendati kif ġej:
(1) |
Fl-Anness V:
|
(2) |
L-Anness VI huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
L-Anness VII huwa emendat kif ġej:
|
(*1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 211).”;”