EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D1802

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1802 tal-20 ta’ Settembru 2023 li tistabbilixxi l-arranġamenti tekniċi għaż-żamma tad-data

C/2023/6253

ĠU L 233, 21.9.2023, p. 85–87 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/1802/oj

21.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 233/85


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1802

tal-20 ta’ Settembru 2023

li tistabbilixxi l-arranġamenti tekniċi għaż-żamma tad-data

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(10) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2018/1240 jistabbilixxi s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (“ETIAS”), applikabbli għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi eżenti mill-obbligu tal-viża li jkunu qed ifittxu li jidħlu fit-territorju tal-Istati Membri.

(2)

L-għan ta’ din id-Deċiżjoni huwa li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-implimentazzjoni tal-kundizzjonijiet taż-żamma tad-data previsti fl-Artikolu 24(6), il-punt (c)(ii) u fl-Artikolu 54(1), il-punt (b) tar-Regolament (UE) 2018/1240, biex tippermetti verifiki awtomatizzati li jiddependu fuq il-Portal Ewropew tat-Tfittxija (“ESP”).

(3)

Skont l-Artikoli 24(6) u 54(1) tar-Regolament (UE) 2018/1240, jenħtieġ li s-Sistema Ċentrali tal-ETIAS tivverifika perjodikament u awtomatikament li l-kundizzjonijiet għaż-żamma tal-fajls ta’ applikazzjoni jkunu ssodisfati.

(4)

Sabiex jiġi ssodisfat dan l-obbligu, jenħtieġ li s-Sistema Ċentrali tal-ETIAS taderixxi mal-perjodu ta’ żamma tal-fajl ta’ applikazzjoni, jiġifieri ħames snin mill-aħħar deċiżjoni li tirrifjuta, tannulla jew tirrevoka l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar.

(5)

Fil-każ li d-data kollha li twassal għad-deċiżjoni li tirrifjuta, tannulla jew tirrevoka l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar titħassar qabel l-iskadenza tal-perjodu ta’ żamma ta’ ħames snin, jenħtieġ li s-Sistema Ċentrali tal-ETIAS awtomatikament tħassar il-fajl tal-applikazzjoni fi żmien tlett ijiem. Għal din ir-raġuni, u sabiex jiġi limitat l-ammont ta’ pproċessar, jenħtieġ li s-sistema tivverifika kuljum il-konformità mar-regoli dwar iż-żamma tad-data. Barra minn hekk, fil-każ fejn jenħtieġ li jitħassar rekord, dan għandu jsir fi żmien tlett ijiem.

(6)

Ġaladarba r-Regolament (UE) 2018/1240 jimxi fuq il-passi tal-acquis ta’ Schengen, f’konformità mal-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka nnotifikat l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1240 fil-liġi nazzjonali tagħha. Għalhekk id-Danimarka hija marbuta b’din id-Deċiżjoni.

(7)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom l-Irlanda ma tiħux sehem. Din id-Deċiżjoni ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (2). Għalhekk l-Irlanda mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhix marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(8)

Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawk iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (3), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt A, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (4).

(9)

Fir-rigward tal-Iżvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (5), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt A, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (6).

(10)

Fir-rigward tal-Liechtenstein, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (7), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt A, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (8).

(11)

Fir-rigward ta’ Ċipru, il-Bulgarija u r-Rumanija, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jimxi fuq il-passi tal-acquis ta’ Schengen, jew li b’xi mod ieħor huwa relatat miegħu, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 u l-Artikolu 4(1) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2005, rispettivament

(12)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u ta l-opinjoni tiegħu fid-9 ta’ Settembru 2022.

(13)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Fruntieri Intelliġenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-arranġamenti tekniċi għall-implimentazzjoni tal-perjodu taż-żamma tad-data u t-tħassir tal-fajls ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 24(6), il-punt (c)(ii), u l-Artikolu 54(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2018/1240.

Artikolu 2

Mekkaniżmi u proċeduri għaż-żamma tad-data

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 24(6), il-punt (c)(ii), u l-Artikolu 54(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2018/1240, is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha kuljum tivverifika awtomatikament il-kundizzjonijiet taż-żamma tad-data msemmija f’dawk l-Artikoli.

2.   Sabiex tagħmel dan, is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tivverifika mas-sistemi msemmija fl-Artikolu 24(6), il-punt (c)(ii), u l-Artikolu 54(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2018/1240 permezz tan-numru ta’ referenza uniku, imsemmi fl-Artikolu 11(8) ta’ dak ir-Regolament, jekk id-data li wasslet għad-deċiżjoni li tirrifjuta, tannulla jew tirrevoka l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar għadhiex teżisti fis-sistema rispettiva.

3.   Jekk is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS tiddetermina li l-kundizzjonijiet għaż-żamma jkunu għaddew, is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tħassar awtomatikament il-fajl ta’ applikazzjoni rilevanti:

(a)

immedjatament, meta l-perjodu ta’ żamma ta’ ħames snin mill-aħħar deċiżjoni li tirrifjuta, tannulla jew tirrevoka l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar ikun għadda;

(b)

meta l-perjodu ta’ żamma ta’ ħames snin imsemmi fil-punt (a) ma jkunx għadda, fi żmien tlett ijiem mill-verifika awtomatika msemmija fil-paragrafu (1) li tindika li d-data f’rekord, fajl jew allert irreġistrat f’waħda mis-sistemi msemmija fl-Artikolu 24(6), il-punt (c)(ii), u l-Artikolu 54(1), il-punt (b), li twassal għad-deċiżjoni li tirrifjuta, tannulla jew tirrevoka l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, tkun tħassret.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Settembru 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 236, 19.9.2018, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(3)   ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).

(5)   ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).

(7)   ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).

(9)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


Top