This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022R2258
Commission Delegated Regulation (EU) 2022/2258 of 9 September 2022 amending and correcting Annex III to Regulation (EC) No 853/2004 of the European Parliament and of the Council on specific hygiene requirements for food of animal origin as regards fishery products, eggs and certain highly refined products, and amending Commission Delegated Regulation (EU) 2019/624 as regards certain bivalve molluscs (Text with EEA relevance)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2258 tad-9 ta’ Settembru 2022 li jemenda u jikkoreġi l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali fir-rigward tal-prodotti tas-sajd, tal-bajd u ta’ ċerti prodotti raffinati ħafna, u li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/624 fir-rigward ta’ ċerti molluski bivalvi (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2258 tad-9 ta’ Settembru 2022 li jemenda u jikkoreġi l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali fir-rigward tal-prodotti tas-sajd, tal-bajd u ta’ ċerti prodotti raffinati ħafna, u li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/624 fir-rigward ta’ ċerti molluski bivalvi (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2022/4999
ĠU L 299, 18.11.2022, p. 5–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
18.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 299/5 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2258
tad-9 ta’ Settembru 2022
li jemenda u jikkoreġi l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali fir-rigward tal-prodotti tas-sajd, tal-bajd u ta’ ċerti prodotti raffinati ħafna, u li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/624 fir-rigward ta’ ċerti molluski bivalvi
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(1), it-tieni subparagrafu, il-punti (d), (e) u (g), tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 18(7), il-punt (g), tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistabbilixxi regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali għall-operaturi tan-negozji tal-ikel. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jippermetti t-tbiċċir fir-razzett tal-pollam soġġett għal ċerti rekwiżiti, inkluż ir-rekwiżit li l-annimali mbiċċra jrid ikollhom ċertifikat f’konformità mal-mudell stabbilit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 (3). Madankollu, l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jirreferi għaċ-ċertifikat żbaljat, u għalhekk dik ir-referenza jenħtieġ li tiġi kkoreġuta. |
(3) |
Ir-Regolament (UE) 2017/625, kif emendat bir-Regolament (UE) 2021/1756 (4), jestendi l-possibbiltà ta’ deroga mir-rekwiżit li ż-żoni ta’ produzzjoni u ta’ żamma jiġu kklassifikati għall-ekinodermi kollha li mhumiex organiżmi filtraturi, u mhux biss għall-Holothuroidea. Minħabba f’hekk, il-Kapitoli IX u X tat-Taqsima VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jenħtieġ li jiġu emendati biex iqisu dik il-possibbiltà. |
(4) |
Barra minn hekk, l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistabbilixxi rekwiżiti dwar it-temperatura u l-kundizzjonijiet tat-trasport għall-prodotti tas-sajd. Fost l-oħrajn jipprevedi li l-prodotti tas-sajd iridu jinġarru f’temperatura tas-silġ qed jdub, jekk ikunu mkessħa, jew f’temperatura ta’ -18 °C, jekk ikunu ffriżati. Tekniki ġodda tat-trasport li jbaxxu t-temperatura tal-ħut għal bejn il-punt inizjali tal-iffriżar tal-ħut u madwar 1 sa 2 °C inqas u li jippermettu t-trasport f’kaxxi mingħajr silġ issa huma disponibbli, bħalma hu s-supertkessiħ. Dawn it-tekniki ġodda jenħtieġ li jiġu previsti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 u l-użu tagħhom jenħtieġ li jkun permess filwaqt li titqies l-Opinjoni Xjentifika tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-EFSA) tat-28 ta’ Jannar 2021 dwar l-użu tal-hekk imsejħa teknika “supertkessiħ” għat-trasport tal-prodotti tas-sajd friski (5). |
(5) |
F’konformità mal-Parti A tal-Kapitolu III tat-Taqsima VIII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, il-prodotti tas-sajd friski jridu jinħażnu fis-silġ f’faċilitajiet xierqa, u jenħtieġ li jiżdied is-silġ kull darba li jkun hemm bżonn. Barra minn hekk, il-prodotti tas-sajd friski sħaħ u mnaddfa jistgħu jinġarru u jinħażnu fl-ilma mkessaħ sakemm jaslu fl-ewwel stabbiliment fuq l-art li jwettaq kwalunkwe attività għajr it-trasport jew l-issortjar. |
(6) |
L-operaturi tan-negozji tal-ikel li joperaw fis-settur tal-prodotti tas-sajd talbu li l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jiġi emendat biex jippermetti t-trasport tal-prodotti tas-sajd friski sħaħ u mnaddfa fl-ilma mkessaħ wara l-wasla tagħhom fl-ewwel stabbiliment fuq l-art. Dan it-trasport jenħtieġ li jsir fil-“banjijiet”, jiġifieri f’kaxxi tal-polietilen bi tliet saffi, mimlija bl-ilma u bis-silġ. |
(7) |
Fid-19 ta’ Marzu 2020, l-EFSA adottat Opinjoni Xjentifika dwar l-użu tal-banjijiet għat-trasport u l-ħżin tal-prodotti tas-sajd friski (6). F’dik l-Opinjoni, l-EFSA kkonkludiet li ma hemm l-ebda differenza sostanzjali għas-saħħa pubblika bejn il-ħżin u t-trasport tal-prodotti tas-sajd friski f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti A tal-Kapitolu III tat-Taqsima VIII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u l-użu tal-banjijiet, u tat xi rakkomandazzjonijiet għall-użu tagħhom. Għaldaqstant, l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jenħtieġ li jiġi emendat biex jippermetti l-użu tal-banjijiet għat-trasport tal-prodotti tas-sajd friski sħaħ u mnaddfa fl-ilma u fis-silġ wara li jaslu fl-ewwel stabbiliment fuq l-art li jwettaq kwalunkwe attività għajr it-trasport jew l-issortjar. |
(8) |
Il-Kapitolu VIII tat-Taqsima VIII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistabbilixxi regoli dettaljati għat-trasport tal-prodotti tas-sajd. B’mod partikolari, il-prodotti tas-sajd friski jridu jinżammu waqt it-trasport f’temperatura li toqrob lejn dik tas-silġ qed idub, u l-prodotti tas-sajd iffriżati jridu jinżammu waqt it-trasport f’temperatura sa – 18 °C fil-partijiet kollha tal-prodott, possibbilment b’varjazzjonijiet qosra ’l fuq sa 3 °C. |
(9) |
Fl-10 ta’ Diċembru 2020, l-EFSA adottat Opinjoni Xjentifika dwar l-użu tal-hekk imsejħa teknika “supertkessiħ” għat-trasport tal-prodotti tas-sajd friski (7). F’dik l-Opinjoni, l-EFSA qabblet it-temperatura tal-prodotti tas-sajd friski superimkessħin ġo kaxxi bla silġ, mal-prodotti soġġetti għall-prattika awtorizzata bħalissa fil-kaxxi bis-silġ. L-EFSA kkonkludiet li, f’kundizzjonijiet xierqa, ma hemm l-ebda differenza mill-perspettiva tas-saħħa pubblika bejn it-temperaturi tat-trasport tradizzjonali u t-tekniki tas-supertkessiħ. Fir-rigward tal-metodi analitiċi li kapaċi jidentifikaw jekk ħut li qabel kien iffriżat hux qed jiġi ppreżentat kummerċjalment bħala superimkessaħ, l-EFSA identifikat ħames metodi li jistgħu jitqiesu adattati għall-iskop tagħhom. Għalhekk, l-użu tat-teknika tas-supertkessiħ jenħtieġ li jkun permess f’ċerti kundizzjonijiet għat-trasport tal-prodotti tas-sajd friski msemmija fil-punt 1 tal-Kapitolu VIII tat-Taqsima VIII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. |
(10) |
Il-Kapitolu I tat-Taqsima X tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistabbilixxi regoli ta’ iġjene għall-produzzjoni tal-bajd. Il-patoġenu ewlieni li joħloq riskju kbir ta’ mard li jinġarr mill-bajd fl-Unjoni hu s-Salmonella Enteritidis, u t-tkabbir tiegħu fil-bajd hu influwenzat b’mod pożittiv mit-temperatura waqt il-ħżin u t-trasport tal-bajd. Peress li f’ħafna Stati Membri ma hemm l-ebda rekwiżit dwar il-kundizzjonijiet tal-ħin u tat-temperatura waqt il-ħżin u t-trasport tal-bajd, hu importanti li fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tiġi stabbilita “data ta’ durabbiltà minima”, kif definit fl-Artikolu 2(2), il-punt (r), tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) għall-bajd, biex tingħata bażi uniformi għall-konsumaturi finali ħalli jagħmlu għażliet infurmati u jużaw l-ikel tagħhom bl-aktar mod sikur. L-Opinjoni tal-EFSA tal-10 ta’ Lulju 2014 dwar ir-riskji għas-saħħa pubblika tal-bajd tal-mejda minħabba d-deterjorament u l-iżvilupp ta’ patoġeni (9) tikkonkludi li d-data ta’ durabbiltà minima għall-bajd prodott mit-tiġieġ tal-ispeċi Gallus gallus jenħtieġ li tiġi stabbilita għal massimu ta’ 28 jum, għax kwalunkwe ħin addizzjonali ta’ dan il-bajd fuq l-ixkaffa wara t-28 jum ikun qed iżid ir-riskju relattiv tal-mard. Ir-rekwiżit attwali stabbilit fil-Kapitolu I tat-Taqsima X tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 li l-bajd irid jasal għand il-konsumatur f’perjodu sa 21 jum wara li jinbied hu standard tal-kummerċjalizzazzjoni b’influwenza limitata fuq is-sikurezza tal-bajd filwaqt li jikkontribwixxi għall-ħela tal-ikel fil-livell tal-bejgħ bl-imnut. L-estensjoni ta’ dan il-perjodu minn 21 jum għal 28 jum tnaqqas ġmielha din il-ħela tal-ikel, l-aktar għall-bajd prodott mit-tiġieġ tal-ispeċi Gallus gallus għax dan il-bajd jitneħħa mill-bejgħ fl-istess ħin meta tiskadilu d-data ta’ durabbiltà minima. |
(11) |
It-Taqsima XVI tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi għall-produzzjoni ta’ ċerti prodotti raffinati ħafna maħsuba għall-konsum mill-bniedem meta trattament tal-materja prima jelimina kwalunkwe riskju għas-saħħa pubblika jew tal-annimali. Anki ċerti derivattivi tax-xaħam, bħall-kolesterol u l-Vitamina D3 derivati mil-lanolina huma soġġetti għal trattamenti speċifiċi, li jeliminaw dawn ir-riskji u għalhekk jenħtieġ li jitqiesu bħala prodotti raffinati ħafna. |
(12) |
L-aromatizzanti jintużaw fl-ikel f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). Il-proċess tal-manifattura tagħhom jinkludi proċess fiżiku, enzimatiku jew mikrobijoloġiku kumpless li jelimina, abbażi tal-evidenza xjentifika disponibbli, kwalunkwe riskju għas-saħħa pubblika jew tal-annimali. Għalhekk, l-aromatizzanti derivati minn prodotti li joriġinaw mill-annimali jenħtieġ li jitqiesu bħala prodotti raffinati ħafna. |
(13) |
Għalhekk, l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
(14) |
Barra minn hekk, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/624 (11) jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar il-prestazzjoni tal-kontrolli uffiċjali msemmija fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) 2017/625. B’mod aktar partikolari, l-Artikolu 1, il-punt (a)(v), u l-Artikolu 11 ta’ dak ir-Regolament Delegat jikkonċernaw regoli għal derogi mill-Artikolu 18(6) tar-Regolament (UE) 2017/625 dwar il-klassifikazzjoni taż-żoni ta’ produzzjoni u ta’ żamma b’rabta mal-Pectinidae, il-gasteropodi tal-baħar u l-Holothuroidea. L-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2017/625, kif emendat bir-Regolament (UE) 2021/1756, jestendi l-possibbiltà għal derogi mir-rekwiżit li ż-żoni ta’ produzzjoni u ta’ żamma jiġu kklassifikati għall-ekinodermi kollha li mhumiex organiżmi filtraturi, u mhux biss għall-Holothuroidea. Għaldaqstant, ir-Regolament Delegat (UE) 2019/624 jenħtieġ li jiġi emendat biex il-klassifikazzjoni taż-żoni ta’ produzzjoni u ta’ żamma ma tkunx meħtieġa fir-rigward tal-ħsad tal-ekinodermi li mhumiex organiżmi filtraturi. |
(15) |
Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 u r-Regolament Delegat (UE) 2019/624 jenħtieġ li jiġu emendati permezz ta’ Regolament Delegat uniku, peress li għadd ta’ emendi li jridu jsirulhom huma relatati mal-emendi riċenti li saru fir-Regolament (UE) 2017/625 bir-Regolament (UE) 2021/1756. Barra minn hekk, l-emenda li trid issir fir-Regolament Delegat (UE) 2019/624 dwar l-ekinodermi għandha natura anċillari għax hija biss allinjament ma’ emenda li saret fir-Regolament (UE) 2017/625 bir-Regolament (UE) 2021/1756. Barra minn hekk, għall-fini ta’ konsistenza mar-regoli tal-Unjoni, l-emendi li jridu jsiru fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 u fir-Regolament Delegat (UE) 2019/624 jenħtieġ li jidħlu fis-seħħ fl-istess data. |
(16) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 u r-Regolament Delegat (UE) 2019/624 jenħtieġ li jiġu emendati skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi u korrezzjonijiet għar-Regolament (KE) Nru 853/2004
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 hu emendat u kkoreġut f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Emendi għar-Regolament Delegat (UE) 2019/624
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/624 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 1, il-punt (a)(v) huwa ssostitwit b’dan li ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 11 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 11 Kontrolli uffiċjali fuq il-Pectinidae, il-gasteropodi tal-baħar u l-ekinodermi, li mhumiex organiżmi filtraturi, li jinħasdu minn żoni tal-produzzjoni li mhumiex ikklassifikati f’konformità mal-Artikolu 18(6) tar-Regolament (UE) 2017/625 B’deroga mill-Artikolu 18(6) tar-Regolament (UE) 2017/625, il-klassifikazzjoni taż-żoni ta’ produzzjoni u ta’ żamma ma għandhiex tkun meħtieġa b’rabta mal-ħsad tal-Pectinidae, il-gasteropodi tal-baħar u l-ekinodermi, li mhumiex organiżmi filtraturi, meta l-awtoritajiet kompetenti jwettqu kontrolli uffiċjali fuq dawn l-annimali fl-irkanti tal-ħut, fiċ-ċentri ta’ spedizzjoni u fl-istabbilimenti tal-ipproċessar. Dawn il-kontrolli uffiċjali għandhom jivverifikaw il-konformità ma’:
|
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Settembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 tas-16 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali u mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti, ċertifikazzjoni uffiċjali dwar dawn iċ-ċertifikati u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 599/2004, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 636/2014 u (UE) 2019/628, id-Direttiva 98/68/KE u d-Deċiżjonijiet 2000/572/KE, 2003/779/KE u 2007/240/KE (ĠU L 442, 30.12.2020, p. 1).
(4) Ir-Regolament (UE) 2021/1756 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ottubru 2021 li jemenda r-Regolament (UE) 2017/625 fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali fuq annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali li jiġu esportati minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-projbizzjoni ta’ ċerti użi ta’ antimikrobiċi u r-Regolament (KE) Nru 853/2004 fir-rigward tal-provvista diretta ta’ laħam tal-pollam u tal-lagomorfi (ĠU L 357, 8.10.2021, p. 27).
(5) EFSA Journal 2021;19(1):6378.
(6) EFSA Journal 2020;18(4):6091.
(7) EFSA Journal 2021;19(1):6378.
(8) Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18).
(9) EFSA Journal 2014;12(7):3782.
(10) Ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34).
(11) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/624 tat-8 ta’ Frar 2019 rigward ir-regoli speċifiċi għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fuq il-produzzjoni tal-laħam u għaż-żoni ta’ produzzjoni u fejn jinżammu l-molluski bivalvi ħajjin skont ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 131, 17.5.2019, p. 1).
ANNESS
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 huwa emendat u kkoreġut kif ġej:
(1) |
fit-Taqsima II, fil-Kapitolu VI, il-punt 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(2) |
It-Taqsima VII hija emendata kif ġej:
|
(3) |
It-Taqsima VIII hija emendata kif ġej:
|
(4) |
It-Taqsima X hija emendata kif ġej:
|
(5) |
It-Taqsima XVI hija sostitwita b’dan li ġej: “TAQSIMA XVI: PRODOTTI RAFFINATI ĦAFNA
(*1) Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16)." (*2) Ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34).”." |
(*1) Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16).
(*2) Ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34).”.”