Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R0008

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/8 tas-6 ta’ Jannar 2022 li jemenda għat-326 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

    C/2022/92

    ĠU L 4, 7.1.2022, p. 1–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/8/oj

    7.1.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 4/1


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/8

    tas-6 ta’ Jannar 2022

    li jemenda għat-326 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet ISIL (Da’esh) u Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

    (2)

    Fit-3 ta’ Jannar 2022, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi ħames entrati mil-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar tal-assi u tar-riżorsi ekonomiċi.

    (3)

    Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ nhar il-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Jannar 2022.

    Għall-Kummissjoni

    F’isem il-President

    Id-Direttur Ġenerali

    Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabilità Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali


    (1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


    ANNESS

    Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, l-entrati li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni fiżika” jitħassru:

    (1)

    ‘Mevlüt Kar (psewdonimu (a) Mevluet Kar, (b) Abu Obaidah, (c) Obeidah Al Turki, (d) Al-Turki, (e) Al Turki Kyosev, (f) Yanal Yusov, (g) Abu Udejf el-Turki, (h) Abu Obejd el-Turki, (i) Abdurrahman Almanci). Data tat-twelid: 25.12.1978. Post tat-twelid: Ludwigshafen, il-Ġermanja. Nazzjonalità: Torka. Passaport Nru: TR-M842033 Passaport Tork maħruġ fit-2 ta’ Mejju 2002 f’Mainz, il-Ġermanja mill-Konsulat Ġenerali Tork, skada fit-24 ta’ Lulju. 2007). Informazzjoni oħra: (a) Indirizz preċedenti (sa Awwissu 2009): Güngören Merkez Mahallesi Toros Sokak 6/5, Istanbul, it-Turkija; (b) Assoċat mal-Grupp Jihad Iżlamiku. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 25.1.2012.’

    (2)

    ‘Denis Mamadou Gerhard Cuspert (alias Abu Talha al-Almani). Data tat-twelid: 18.10.1975. Post tat-twelid: Berlin, il-Ġermanja. Nazzjonalità: Ġermaniża. Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: 2550439611 (numru ta’ identifikazzjoni nazzjonali Ġermaniża, maħruġa fid-Distrett Friedrichshain-Kreuzberg ta’ Berlin, il-Ġermanja, maħruġ fit- 22.4.2010, jiskadi fil-21.4.2020). Indirizz: Karl-Marx-Str. 210, 12055 Berlin, il-Ġermanja. Informazzjoni oħra: (a) Deskrizzjoni fiżika: kulur tal-għajnejn: kannella; kulur tax-xagħar: iswed; tul: 178cm. Tpinġijiet: BROKEN DREAMS f’ittri (fuq wara) u l-pajsaġġ tal-Afrika (fuq il-lemin tal-parti ta’ fuq tad-driegħ); (b) Isem il-missier: Richard Luc-Giffard; (c) Isem l-omm: Sigrid Cuspert; (d) Jinsab fiż-żona tas-Sirja/it-Turkija (sa Jannar 2015). Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 10.2.2015.’

    (3)

    ‘Nayef Salam Muhammad Ujaym Al-Hababi (psewdonimu (a) Nayf Salam Muhammad Ujaym al-Hababi, (b) Faruq al-Qahtani, (c) Faruq al-Qatari, (d) Farouq al-Qahtani al Qatari, (e) Sheikh Farooq al-Qahtani, (f) Shaykh Imran Farouk, (g) Sheikh Faroq al-Qatari). Data tat-twelid: (a) 1981, (b) Bejn wieħed u ieħor fl-1980. Post tat-twelid: L-Arabja Sawdija. Nazzjonalità: (a) l-Arabja Sawdija, (b) il-Qatar. Passaport Nru: 592667 (passaport tal-Qatar maħruġ fit-3 ta’ Mejju 2007). Indirizz: L-Afganistan (mill-2009). Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 28.3.2016.’

    (4)

    ‘Turki Mubarak Abdullah Ahmad Al-Binali (psewdonimu (a) Turki Mubarak Abdullah Al Binali, (b) Turki Mubarak al-Binali (c) Turki al-Benali, (d) Turki al-Binali, (e) Abu Human Bakr ibn Abd al-Aziz al-Athari, (f) Abu Bakr al-Athari, (g) Abu Hazm al-Salafi (h) Abu Hudhayfa al-Bahrayni, (i) Abu Khuzayma al-Mudari, (j) Abu Sufyan al-Sulami, (k) Abu Dergham, (l) Abu Human al-Athari). Data tat-twelid: 3.9.1984. Post tat-twelid: AL Muharraq, il-Bahrain. Nazzjonalità: Il-Bahrain (ċittadinanza revokata f’Jannar 2015). Passaport Nru: (a) 2231616 Numru tal-Passaport tal-Bahrain maħruġ fit-2.1.2013 jiskadi fit-2.1.2023, (b) 1272611 Numru tal-Passaport preċedenti tal-Bahrain, maħruġ fl-1.4.2003, (c) 840901356 Numru ta’ identifikazzjoni nazzjonali. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 20.4.2016.’

    (5)

    ‘Tuah Febriwansyah (alias (a) Tuah Febriwansyah bin Arif Hasrudin, (b) Tuwah Febriwansah (c) Muhammad Fachri (d) Muhammad Fachria (e) Muhammad Fachry). Data tat-twelid: 18.2.1968. Post tat-twelid: Jakarta, l-Indoneżja. Nazzjonalità: Indoneżjana. Indirizz: Jalan Baru LUK, No 1, RT 05/07, Kelurahan Bhakti Jaya, Setu Sub-district, Pamulang District, Tangerang Selatan, Banten Province, l-Indoneżja. Numru tal-karta tal-identità nazzjonali Indoneżjana 09.5004.180268.0074. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 20.4.2016.’


    Top