This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022D2319
Council Decision (CFSP) 2022/2319 of 25 November 2022 concerning restrictive measures in view of the situation in Haiti
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2319 tal-25 ta’ Novembru 2022 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Haiti
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2319 tal-25 ta’ Novembru 2022 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Haiti
ST/13984/2022/INIT
ĠU L 307, 28.11.2022, p. 135–141
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 26/06/2024
28.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 307/135 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/2319
tal-25 ta’ Novembru 2022
dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Haiti
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-21 ta’ Ottubru 2022, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (il-“Kunsill tas-Sigurtà”) adotta r-Riżoluzzjoni 2653 (2022), li tafferma mill-ġdid l-impenn qawwi tiegħu għas-sovranità, l-indipendenza, l-integrità territorjali u l-unità tal-Haiti. |
(2) |
Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 2653 (2022) tfakkar ir-riżoluzzjonijiet preċedenti kollha tal-Kunsill tas-Sigurtà dwar il-Haiti, b’mod partikolari UNSCR 2645 (2022) tiegħu, li fost l-oħrajn talbet il-waqfien immedjat tal-vjolenza bejn il-gruppi organizzati u l-attività kriminali, u esprimiet ir-rieda tal-Kunsill tas-Sigurtà li jieħu miżuri xierqa, kif meħtieġ, kontra dawk involuti jew li jappoġġaw il-vjolenza bejn il-gruppi organizzati, l-attivitajiet kriminali jew l-abbużi kontra d-drittijiet tal-bniedem jew min b’xi mod ieħor jieħu azzjoni li ddgħajjef l-paċi, l-istabbiltà, u s-sigurtà tal-Haiti u r-reġjun. |
(3) |
Filwaqt li tiddetermina li s-sitwazzjoni fil-Haiti tkompli tikkostitwixxi theddida għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali, il-UNSCR 2653 (2022) teħtieġ li r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar jiġu applikati għal persuni deżinjati mill-Kumitat stabbilit permezz tal-paragrafu 19 tal-UNSCR 2653 (2022) (il-Kumitat tas-Sanzjonijiet), li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha ta’ persuni jew entitajiet deżinjati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jiġu ffriżati, u li jiġi applikat embargo fuq l-armi għal persuni jew entitajiet deżinjati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet. |
(4) |
Hija meħtieġa azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-provvista, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni diretti jew indiretti ta’ armi u materjal relatat ta’ kull tip, inkluż armi u munizzjoni, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari u spare parts tal-imsemmija hawn fuq, jew għall-benefiċċju tal-persuni u l-entitajiet deżinjati mill-Kumitat stabbiliti permezz tal-paragrafu 19 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 2653 (2022) (il-Kumitat tas-Sanzjonijiet), minn ċittadini ta’ Stati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri jew l-użu tal-bastimenti jew l-ajruplani tal-bandiera tagħhom, għandhom jiġu pprojbiti joriġinawx fit-territorji tagħhom jew le.
Il-persuni u l-entitajiet imsemmija f’dan il-paragrafu huma elenkati fl-Anness.
2. Għandu jkun ipprojbit li:
(a) |
jingħataw assistenza teknika, taħriġ jew assistenza oħra, inkluż il-forniment ta’ persunal merċenarju armat, relatat ma’ attivitajiet militari jew mal-forniment, il-manutenzjoni jew l-użu ta’ kwalunkwe arma u materjal relatat, direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1; |
(b) |
jingħataw finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati ma’ attivitajiet militari, inkluż b’mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni għal kwalunkwe bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta’ armi u materjal relatat, jew għall-forniment ta’ assistenza teknika relatata jew assistenza oħra, direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1. |
3. F’konformità mal-awtoritajiet nazzjonali u l-leġiżlazzjoni tagħhom u b’mod konsistenti mal-liġi internazzjonali, l-Istati Membri għandhom jispezzjonaw il-merkanzija kollha lejn il-Haiti fit-territorju tagħhom, inkluż portijiet u ajruporti, jekk ikollhom informazzjoni li tipprovdi bażi raġonevoli biex wieħed jemmen li l-merkanzija tinkludi oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti skont dan l-Artikolu.
4. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw fil-ħin każijiet ta’ ksur tal-miżuri skont il-paragrafi 1 u 2 lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ miżuri adegwati ta’ mmarkar u żamma ta’ rekords biex jiġu rintraċċati l-armi, inkluż armi ħfief u ta’ kalibru żgħir, f’konformità mal-istrumenti internazzjonali u reġjonali li għalihom huma partijiet, u biex jikkunsidraw kif l-aħjar jassistu, fejn rilevanti u fuq talba tagħhom, lill-pajjiżi ġirien fil-prevenzjoni u l-identifikazzjoni ta’ traffikar illeċitu u devjazzjoni bi ksur tal-miżuri imposti fil-paragrafi 1 u 2.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu d-dħul fit-territorji tagħhom jew it-tranżitu minnhom ta’ persuni deżinjati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet bħala responsabbli li kienu involuti jew li kienu kompliċi direttament jew indirettament f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tal-Haiti, inkluż iżda mhux limitat għal:
(a) |
l-involviment, dirett jew indirett, f’attivitajiet kriminali u vjolenza li tinvolvi gruppi armati u networks kriminali li jippromwovu l-vjolenza, inkluż ir-reklutaġġ furzat ta’ tfal minn tali gruppi u networks, ħtif ta’ persuni, traffikar ta’ persuni u faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali, u omiċidji u vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru, jew l-appoġġ għalihom; |
(b) |
l-appoġġ għat-traffikar illeċitu u d-devjazzjoni ta’ armi u materjal relatat, jew flussi finanzjarji illeċiti relatati magħhom; |
(c) |
li jaġixxu għal jew f’isem, jew taħt id-direzzjoni, jew jappoġġaw b’mod ieħor jew jiffinanzjaw persuna jew entità deżinjata b’konnessjoni mal-attività deskritta fil-punti (a) u (b), inkluż bl-użu dirett jew indirett tar-rikavat mill-kriminalità organizzata, inkluż rikavati mill-produzzjoni illeċita u t-traffikar tad-drogi u tal-prekursuri tagħhom li joriġinaw fil-Haiti jew li jgħaddu minnha, it-traffikar ta’ persuni u l-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali mill-Haiti, jew il-kuntrabandu u t-traffikar ta’ armi lejn jew mill-Haiti; |
(d) |
li jaġixxu bi ksur tal-embargo fuq l-armi jew li jkunu fornew, biegħu jew trasferew direttament jew indirettament armi jew kwalunkwe materjal relatat, jew kwalunkwe parir tekniku, taħriġ, jew assistenza, inkluż finanzjament u assistenza finanzjarja, lil gruppi armati jew networks kriminali fil-Haiti, jew ikunu rċevew xi wieħed/waħda minn dawn, b’rabta mal-attivitajiet vjolenti ta’ gruppi armati jew networks kriminali fil-Haiti; |
(e) |
l-ippjanar, it-tmexxija jew it-twettiq ta’ atti li jiksru l-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jew atti li jikkostitwixxu abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż dawk li jinvolvu eżekuzzjoni ekstraġudizzjarja, inkluż tan-nisa u tat-tfal, u l-ikkummissjonar ta’ atti ta’ vjolenza, is-sekwestru ta’ persuna, l-għajbien furzat jew il-ħtif ta’ persuna għal riskatt fil-Haiti; |
(f) |
l-ippjanar, it-tmexxija jew it-twettiq ta’ atti li jinvolvu vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru, inkluż stupru u skjavitù sesswali, fil-Haiti; |
(g) |
l-ostakolazzjoni tal-provvista ta’ assistenza umanitarja lill-Haiti jew l-aċċess għall-assistenza umanitarja jew id-distribuzzjoni tagħha fil-Haiti; |
(h) |
l-attakk fuq il-persunal jew bini ta’ missjonijiet u operazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Haiti, jew il-forniment ta’ appoġġ għal attakki bħal dawn. |
Il-persuni msemmijin f’dan il-paragrafu huma elenkati fl-Anness.
2. Il-paragrafu 1 ma għandux jobbliga lil Stat Membru biex jirrifjuta d-dħul fit-territorju tiegħu ta’ nazzjonali tiegħu.
3. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fejn id-dħul jew it-tranżitu huwa meħtieġ biex isir proċess ġudizzjarju.
4. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fejn il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jiddetermina skont il-każ li:
(a) |
id-dħul jew it-tranżitu huwa ġustifikat għal raġunijiet ta’ ħtieġa umanitarja, inkluż l-obbligu reliġjuż; |
(b) |
eżenzjoni tgħin biex ikompli jintlaħqu l-objettivi ta’ paċi u stabbiltà fil-Haiti. |
5. F’każijiet fejn, skont il-paragrafi 3 jew 4, Stat Membru jawtorizza d-dħul fit-territorju tiegħu, jew it-tranżitu minnu, minn persuni elenkati fl-Anness, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-iskop li għalih tkun ingħatat u għall-persuni kkonċernati mill-awtorizzazzjoni.
Artikolu 3
1. Il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu jew li huma kkontrollati direttament jew indirettament minn persuni jew entitajiet deżinjati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet bħala responsabbli għal jew li kienu kompliċi, jew li kienu involuti, direttament jew indirettament, f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tal-Haiti, inkluż iżda mhux limitat għal:
(a) |
l-involviment dirett jew indirett f’attivitajiet kriminali u vjolenza li tinvolvi gruppi armati u networks kriminali li jippromwovu l-vjolenza, inkluż ir-reklutaġġ furzat ta’ tfal minn tali gruppi u networks, ħtif ta’ persuni, traffikar ta’ persuni u faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali, u omiċidji u vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru, jew l-appoġġ għalihom; |
(b) |
l-appoġġ għat-traffikar illeċitu u d-devjazzjoni ta’ armi u materjal relatat, jew flussi finanzjarji illeċiti relatati magħhom; |
(c) |
li jaġixxu għal jew f’isem, jew taħt id-direzzjoni, jew jappoġġaw b’mod ieħor jew jiffinanzjaw persuna jew entità deżinjata b’konnessjoni mal-attività deskritta fil-punti (a) u (b), inkluż bl-użu dirett jew indirett tar-rikavat mill-kriminalità organizzata, inklużi rikavati mill-produzzjoni illeċita u t-traffikar tad-drogi u tal-prekursuri tagħhom li joriġinaw fil-Haiti jew li jgħaddu minnha, it-traffikar ta’ persuni u l-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali mill-Haiti, jew il-kuntrabandu u t-traffikar ta’ armi lejn jew mill-Haiti; |
(d) |
li jaġixxu bi ksur tal-embargo fuq l-armi jew li jkunu fornew, biegħu jew trasferew direttament jew indirettament armi jew kwalunkwe materjal relatat, jew kwalunkwe parir tekniku, taħriġ jew assistenza, inkluż finanzjament u assistenza finanzjarja, lil gruppi armati jew networks kriminali fil-Haiti, jew ikunu rċevew xi wieħed/waħda minn dawn, b’rabta mal-attivitajiet vjolenti ta’ gruppi armati jew networks kriminali fil-Haiti; |
(e) |
l-ippjanar, it-tmexxija, jew it-twettiq ta’ atti li jiksru l-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jew atti li jikkostitwixxu abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż dawk li jinvolvu eżekuzzjoni ekstraġudizzjarja, inkluż tan-nisa u tat-tfal, u l-ikkummissjonar ta’ atti ta’ vjolenza, is-sekwestru ta’ persuna, l-għajbien furzat jew il-ħtif ta’ persuna għal riskatt fil-Haiti; |
(f) |
l-ippjanar, it-tmexxija jew it-twettiq ta’ atti li jinvolvu vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru, inkluż stupru u skjavitù sesswali, fil-Haiti; |
(g) |
l-ostakolazzjoni tal-provvista ta’ assistenza umanitarja lill-Haiti jew l-aċċess għall-assistenza umanitarja jew id-distribuzzjoni tagħha fil-Haiti; |
(h) |
l-attakk fuq il-persunal jew bini ta’ missjonijiet u operazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Haiti, jew il-forniment ta’ appoġġ għal attakki bħal dawn; |
jew minn persuni jew entitajiet li jaġixxu f’isimhom jew taħt it-tmexxija tagħhom, jew entitajiet li huma proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom, għandhom jiġu ffriżati.
Il-persuni jew l-entitajiet deżinjati li huma msemmija f’dan il-paragrafu huma elenkati fl-Anness.
2. L-ebda fond jew riżors ekonomiku ma għandu jsir disponibbli jew ikun għall-benefiċċju, direttament jew indirettament, għall-persuni jew l-entitajiet elenkati fl-Anness.
3. Il-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx japplikaw għal fondi u r-riżorsi ekonomiċi li l-Istat Membru rilevanti jkun iddetermina li huma:
(a) |
meħtieġa għal spejjeż bażiċi, inkluż ħlas għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteka, mediċini u kura medika, taxxi, poloz ta’ assigurazzjoni u imposti ta’ servizzi ta’ utilità pubblika; |
(b) |
maħsuba esklużivament għall-ħlas ta’ tariffi professjonali raġonevoli u r-rimborż ta’ spejjeż imġarrba assoċjati mal-forniment ta’ servizzi legali jew tariffi jew imposti ta’ servizzi, f’konformità mal-liġijiet nazzjonali; |
(c) |
maħsuba esklużivament għall-pagament ta’ tariffi jew imposti ta’ servizzi għaż-żamma jew għall-manutenzjoni regolari ta’ fondi ffriżati, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħrajn; |
wara notifika mill-Istat Membru rilevanti lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet dwar l-intenzjoni li jawtorizza, fejn xieraq, l-aċċess għal tali fondi, assi finanzjarji oħra jew riżorsi ekonomiċi u fin-nuqqas ta’ deċiżjoni negattiva mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fi żmien ħamest ijiem xogħol minn tali notifika.
4. Il-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għal fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi li l-Istat Membru rilevanti jkun iddetermina li huma:
(a) |
meħtieġa għall-ispejjeż straordinarji, sakemm din id-determinazzjoni tkun ġiet innotifikata mill-Istati Membri lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet u tkun ġiet approvata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet; |
(b) |
is-suġġett ta’ privileġġ jew ta’ sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali, li f’dak il-każ il-fondi, l-assi finanzjarji u r-riżorsi ekonomiċi oħrajn jkunu jistgħu jintużaw sabiex jissodisfaw dak il-privileġġ jew dik is-sentenza dment li l-privileġġ ġie stabbilit jew is-sentenza ngħatat qabel id-data li fiha l-persuna jew l-entità kienet inkluża fl-Anness, u ma jkunux għall-benefiċċju ta’ persuna jew entità deżinjata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet u tkun ġiet notifikata mill-Istati Membri lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet. |
5. Il-paragrafu 1 ma għandux jipprevjeni lil persuna jew entità deżinjata milli tagħmel ħlas dovut taħt kuntratt li tkun daħlet fih qabel l-elenkar ta’ tali persuna jew entità, dment li l-Istat Membru rilevanti jkun iddetermina li l-ħlas ma jkunx riċevut direttament jew indirettament minn persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1, u wara notifika mill-Istat Membru rilevanti lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet dwar l-intenzjoni li jsiru jew jiġu riċevuti tali ħlasijiet jew biex tiġi awtorizzata, fejn adatt, it-tneħħija tal-iffriżar tal-fondi, l-assi finanzjarji l-oħra jew ir-riżorsi ekonomiċi għal dan il-għan, 10 ijiem ta’ xogħol qabel tali awtorizzazzjoni.
6. Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għaż-żieda ma’ kontijiet iffriżati ta’:
(a) |
imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew |
(b) |
pagamenti dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li rriżultaw qabel id-data meta dawk il-kontijiet ikunu saru soġġetti għall-miżuri previsti fil-paragrafi 1 u 2; |
dment li kwalunkwe tali imgħax, dħul u pagament ieħor ikun iffriżat u jibqa’ soġġett għall-miżuri previsti fil-paragrafu 1.
7. Mingħajr preġudizzju għall-programmi ta’ assistenza umanitarja mwettqa xi mkien ieħor, il-miżuri previsti fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-ħlas tal-fondi, tal-assi finanzjarji oħra jew ta’ riżorsi ekonomiċi meħtieġa biex jiġi żgurat il-forniment fil-ħin ta’ assistenza umanitarja meħtieġa b’mod urġenti jew biex jiġu appoġġati attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem fil-Haiti, min-Nazzjonijiet Uniti, mill-aġenziji jew il-programmi speċjalizzati tagħha, minn organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti li jipprovdu assistenza umanitarja, u s-sħab ta’ implimentazzjoni tagħhom inklużi organizzazzjonijiet nongovernattivi ffinanzjati b’mod bilaterali jew multilaterali li jipparteċipaw fil-Pjan ta’ Rispons Umanitarju tan-Nazzjonijiet għall-Haiti.
Artikolu 4
Il-Kunsill, li jaġixxi unanimament, għandu jemenda l-lista fl-Anness f’konformità mad-deċiżjonijiet meħudin mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“il-Kunsill tas-Sigurtà”) jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.
Artikolu 5
1. Fejn il-Kunsill tas-Sigurtà jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jagħżel persuna jew entità, il-Kunsill għandu jinkludi dik il-persuna jew entità fl-Anness. Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu, inkluż ir-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista, lill-persuna jew l-entità kkonċernati, direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta’ notifika li tipprovdi lill-persuna jew l-entità b’opportunità li tippreżenta osservazzjonijiet.
2. Fejn jitressqu osservazzjonijiet jew tiġi ppreżentata evidenza sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu jirrieżamina d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna jew lill-entità kkonċernata kif meħtieġ.
Artikolu 6
1. L-Anness għandu jinkludi r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni u l-entitajiet kif ipprovduti mill-Kunsill tas-Sigurtà jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet.
2. L-Anness għandu jinkludi wkoll, fejn disponibbli, informazzjoni pprovduta mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet neċessarja biex jiġu identifikati l-persuni jew l-entitajiet ikkonċernati. Fir-rigward ta’ persuni, tali informazzjoni tista’ tinkludi l-ismijiet inkluż il-psewdonimi, id-data u l-post ta’ twelid, in-nazzjonalità, in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz, jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward tal-entitajiet, tali informazzjoni tista’ tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju.
Artikolu 7
1. Il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”) għandhom jipproċessaw data personali sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom taħt din id-Deċiżjoni, b’mod partikolari:
(a) |
fir-rigward tal-Kunsill, il-preparazzjoni u l-emendar tal-Anness; |
(b) |
fir-rigward tar-Rappreżentant Għoli, il-preparazzjoni ta’ emendi għall-Anness. |
2. Il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli jistgħu jipproċessaw, fejn applikabbli, data rilevanti b’rabta ma’ reati kriminali mwettqa minn persuni fiżiċi elenkati, u ma’ kundanni penali jew miżuri ta’ sigurtà li jikkonċernaw lit-tali persuni, biss sa fejn tali proċessar ikun meħtieġ għall-preparazzjoni tal-Anness.
3. Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli huma deżinjati bħala “kontrollur” fis-sens tal-Artikolu 3, punt (8), tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), sabiex ikun żgurat li l-persuni fiżiċi kkonċernati jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont dak ir-Regolament.
Artikolu 8
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi emendata jew imħassra kif xieraq, f’konformità mad-deċiżjonijiet meħudin mill-Kunsill tas-Sigurtà.
Artikolu 9
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J. SÍKELA
(1) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
ANNESS
Lista ta’ persuni msemmija fl-Artikolu 1(1), l-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 3(1) u ta’ entitajiet imsemmija fl-Artikoli 1(1) u 3(1)
PERSUNI
1. |
Jimmy Cherizier (bil-psewdonimu ‘Barbeque’) kien involut f’atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Haiti, u ppjana, mexxa jew wettaq atti li jikkostitwixxu abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem.
Deżinjazzjoni: il-21 ta’ Ottubru 2022 Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet: Jimmy Cherizier huwa wieħed mill-mexxejja l-aktar influwenti ta’ gruppi vjolenti u jmexxi alleanza ta’ gruppi Haitjani magħrufa bħala l-’G9 Family and Allies.’ Waqt li kien uffiċjal fil-Pulizija Nazzjonali tal-Haiti (HNP), Cherizier ippjana u pparteċipa fl-attakk fatali ta’ Novembru 2018 kontra persuni ċivili fil-viċinanzi La Saline ta’ Port-au-Prince. Waqt dan l-attakk inqatlu mill-inqas 71 persuna, inqerdu aktar minn 400 dar u mill-inqas seba’ nisa ġew stuprati minn gruppi armati. Matul l-2018 u l-2019, Cherizier mexxa gruppi armati f’attakki brutali u koordinati fil-viċinat ta’ Port-au-Prince. F’Mejju 2020, Cherizier mexxa gruppi armati f’attakk li dam 5 ijiem f’għadd ta’ viċinanzi ta’ Port-au-Prince, fejn inqatlu persuni ċivili u tqabbdu djar. Mill-11 ta’ Ottubru 2022, Cherizier u l-konfederazzjoni ta’ gruppi G9 kienu qed jimblukkaw b’mod attiv il-moviment liberu tal-fjuwil mit-terminal tal-fjuwil ta’ Varreux — l-akbar wieħed fil-Haiti. L-azzjonijiet tiegħu kkontribwew direttament għall-paraliżi ekonomika u l-kriżi umanitarja fil-Haiti. |