This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022D1204
Commission Implementing Decision (EU) 2022/1204 of 16 June 2022 setting up the Microbial Resource Research Infrastructure – European Research Infrastructure Consortium (MIRRI-ERIC) (notified under document C(2022) 3894) (Text with EEA relevance) (only the Dutch, French, Latvian, Portuguese and Spanish texts are authentic)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1204 tas-16 ta’ Ġunju 2022 li tistabbilixxi l-Infrastruttura tar-Riċerka dwar ir-Riżorsi Mikrobiċi — il-Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea tar-Riċerka (MIRRI-ERIC) (notifikata bid-dokument C(2022) 3894) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (it-testi bl-Olandiż, bil-Franċiż, bil-Latvjan, bil-Portugiż u bl-Ispanjol biss huma awtentiċi)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1204 tas-16 ta’ Ġunju 2022 li tistabbilixxi l-Infrastruttura tar-Riċerka dwar ir-Riżorsi Mikrobiċi — il-Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea tar-Riċerka (MIRRI-ERIC) (notifikata bid-dokument C(2022) 3894) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (it-testi bl-Olandiż, bil-Franċiż, bil-Latvjan, bil-Portugiż u bl-Ispanjol biss huma awtentiċi)
C/2022/3894
ĠU L 186, 13.7.2022, p. 14–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
13.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 186/14 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1204
tas-16 ta’ Ġunju 2022
li tistabbilixxi l-Infrastruttura tar-Riċerka dwar ir-Riżorsi Mikrobiċi — il-Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea tar-Riċerka (MIRRI-ERIC)
(notifikata bid-dokument C(2022) 3894)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(it-testi bl-Olandiż, bil-Franċiż, bil-Latvjan, bil-Portugiż u bl-Ispanjol biss huma awtentiċi)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 723/2009 tal-25 ta’ Ġunju 2009 dwar il-qafas ġuridiku Komunitarju applikabbli għal Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka (ERIC) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Belġju, Spanja, Franza, il-Latvja u l-Portugall ippreżentaw applikazzjoni lill-Kummissjoni biex tiġi stabbilita l-Infrastruttura tar-Riċerka dwar ir-Riżorsi Mikrobiċi – il-Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea tar-Riċerka (MIRRI-ERIC) (“l-applikazzjoni”). |
(2) |
L-applikanti qablu li l-Portugall ikun l-Istat Membru ospitanti tal-MIRRI-ERIC. |
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 723/2009 ġie inkorporat fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 72/2015 (2). |
(4) |
Il-Kummissjoni vvalutat l-applikazzjoni skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 723/2009 u kkonkludiet li din tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f’dak ir-Regolament. Matul il-valutazzjoni, il-Kummissjoni kisbet il-fehmiet ta’ esperti indipendenti fil-qasam tal-Infrastruttura tar-Riċerka dwar ir-Riżorsi Mikrobiċi. |
(5) |
Il-miżuri stabbiliti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 723/2009. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-Infrastruttura tar-Riċerka dwar ir-Riżorsi Mikrobiċi – il-Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea tar-Riċerka (MIRRI-ERIC) hija b’dan stabbilita.
2. L-elementi essenzjali tal-Istatuti tal-MIRRI-ERIC huma stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Renju ta’ Spanja, lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika tal-Latvja u lir-Repubblika Portugiża.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ġunju 2022.
Għall-Kummissjoni
Mariya GABRIEL
Membru tal-Kummissjoni
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 72/2015 tal-20 ta’ Marzu 2015 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet (ĠU L 129, 19.5.2016, p. 85).
ANNESS
ELEMENTI ESSENZJALI TAL-ISTATUTI TAL-MIRRI-ERIC
L-Artikoli u l-paragrafi li ġejjin tal-Istatuti tal-MIRRI-ERIC jipprevedu l-elementi essenzjali f’konformità mal-Artikolu 6(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 723/2009.
1. Isem l-ERIC
(l-Artikolu 1 tal-Istatuti tal-MIRRI-ERIC)
L-isem tal-Infrastruttura tar-Riċerka għandu jkun l-Infrastruttura tar-Riċerka dwar ir-Riżorsi Mikrobiċi – il-Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea tar-Riċerka (MIRRI-ERIC), minn hawn ’il quddiem “MIRRI-ERIC”.
2. Is-sede statutorja
(l-Artikolu 2 tal-Istatuti tal-MIRRI-ERIC)
Is-sede statutorja tal-MIRRI-ERIC għandha tkun fil-belt ta’ Braga fit-territorju tar-Repubblika Portugiża, minn hawn ’il quddiem “il-Membru li jospita s-sede statutorja”.
3. Il-kompiti u l-attivitajiet tal-MIRRI-ERIC
(l-Artikolu 3 tal-Istatuti tal-MIRRI-ERIC)
1. |
Il-missjoni tal-MIRRI-ERIC hija li taqdi lill-utenti tal-Bijoxjenza u tal-Bijoindustrija billi tiffaċilita l-aċċess għal firxa wiesgħa ta’ bijoriżorsi u data ta’ kwalità għolja b’mod konformi legalment. Billi toffri aċċess għall-għarfien espert uman u tipprovdi pjattaforma kollaborattiva għas-sostenibbiltà fit-tul tal-bijodiversità mikrobika, il-MIRRI-ERIC se żżid l-għarfien u tippromwovi l-iżvilupp professjonali. |
2. |
Il-kompitu prinċipali tal-MIRRI-ERIC għandu jkun li tistabbilixxi, topera u tiżviluppa infrastruttura pan-Ewropea tar-riċerka distribwita, magħmula minn Ċentri ta’ Riżorsi Bijoloġiċi tal-qasam Mikrobiku (mBRCs) biex jiġi żgurat l-aċċess għal riżorsi ta’ kwalità għolja u għas-servizzi relatati, kif ukoll għal faċilitajiet mill-aktar avvanzati. |
3. |
Il-MIRRI-ERIC għandu jkollha personalità ġuridika mid-data meta tidħol fis-seħħ id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxiha bħala ERIC. F’kull Stat Membru, din għandu jkollha l-aktar kapaċità ġuridika estensiva f’konformità mar-Regolament tal-UE u mad-dritt nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru. Din tista’, b’mod partikolari, takkwista, tippossedi jew tiddisponi minn proprjetà mobbli, immobbli u intellettwali, tikkonkludi kuntratti u tkun parti fi proċedimenti legali. |
4. |
Il-MIRRI-ERIC għandha twettaq il-kompitu prinċipali tagħha fuq bażi mhux ekonomika. Il-MIRRI-ERIC tista’ twettaq attivitajiet ekonomiċi limitati, dment li dawn ikunu relatati mill-qrib mal-kompitu prinċipali tagħha u li ma jxekklux it-twettiq tiegħu. Kwalunkwe introjtu ġġenerat minn dawn l-attivitajiet ekonomiċi limitati għandu jintuża mill-MIRRI-ERIC biex tappoġġa l-missjoni tagħha. |
5. |
Il-MIRRI-ERIC għandha twettaq l-attivitajiet li ġejjin:
|
6. |
L-attivitajiet tal-MIRRI-ERIC għandu jkollhom ambitu pan-Ewropew u jrawmu l-eċċellenza fir-riċerka xjentifika u l-bijoindustrija fil-qasam mikrobiku fl-Ewropa u jlaħħqu kontinwament mat-talbiet tal-komunitajiet akkademiċi u industrijali. Għalhekk, il-MIRRI-ERIC għandha tikkontribwixxi għal żieda fl-użu u t-tixrid tal-għarfien, kif ukoll għall-ottimizzazzjoni tar-riżultati tal-attivitajiet tar-riċerka bbażati fuq l-mBRC fl-Ewropa u madwar id-dinja. |
7. |
L-attivitajiet tal-MIRRI-ERIC għandhom ikunu ggwidati mit-trasparenza, ir-risponsività, is-sensibilizzazzjoni etika, il-konformità legali, il-ftuħ, it-trattament indaqs u n-nondiskriminazzjoni. |
4. Tul ta’ żmien
(l-Artikolu 4 tal-Istatuti tal-MIRRI-ERIC)
Il-MIRRI-ERIC hija stabbilita għal perjodu ta’ żmien indefinit. Tista’ tiġi stralċjata f’konformità mal-Artikolu 5 tal-Istatuti.
5. Stralċ
(l-Artikolu 5 tal-Istatuti tal-MIRRI-ERIC)
1. |
L-istralċ tal-MIRRI-ERIC għandu jsegwi deċiżjoni mill-Assemblea tal-Membri f’konformità mal-Artikolu 17(8)(c) tal-Istatuti u f’konformità mal-Liġi Applikabbli kif definit fl-Artikolu 36 tal-Istatuti. |
2. |
Mingħajr dewmien bla bżonn u fi kwalunkwe każ, fi żmien għaxart ijiem mill-adozzjoni tad-deċiżjoni biex tiġi stralċjata l-MIRRI-ERIC, il-MIRRI-ERIC għandha tinnotifika lill-Kummissjoni Ewropea dwar id-deċiżjoni. |
3. |
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6 tal-Istatuti, kwalunkwe assi u obbligazzjonijiet li jkun fadal wara li jsir il-ħlas tad-djun tal-MIRRI-ERIC, għandhom jitqassmu fost il-Membri b’mod proporzjonat skont il-kontribuzzjoni attwali tagħhom għall-MIRRI-ERIC fil-ħin tax-xoljiment. |
4. |
Mingħajr dewmien bla bżonn, u fi kwalunkwe każ, fi żmien għaxart ijiem mill-għeluq tal-proċedura ta’ stralċ, il-MIRRI-ERIC għandha tinnotifika lill-Kummissjoni dwar dan. |
5. |
Il-MIRRI-ERIC għandha tieqaf teżisti fil-jum meta l-Kummissjoni Ewropea tippubblika l-avviż xieraq f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
6. Responsabbiltà tal-Membri u l-Osservaturi
(l-Artikolu 6 tal-Istatuti tal-MIRRI-ERIC)
1. |
Il-MIRRI-ERIC għandha tkun responsabbli għad-djun tagħha. |
2. |
Il-Membri u l-Osservaturi mhumiex responsabbli b’mod konġunt għad-djun tal-MIRRI-ERIC. Ir-responsabbiltà finanzjarja tal-Membri u l-Osservaturi għad-djun tal-MIRRI-ERIC għandha tkun limitata għall-kontribuzzjoni rispettiva tagħhom lill-MIRRI-ERIC kif speċifikat fl-Artikolu 25 tal-Istatuti. |
3. |
Il-MIRRI-ERIC għandu jkollha assigurazzjoni xierqa li tkopri r-riskji speċifiċi għat-twaqqif u l-operat tal-MIRRI-ERIC. |
7. Politika tal-aċċess
(l-Artikolu 7 tal-Istatuti tal-MIRRI-ERIC)
1. |
Il-MIRRI-ERIC għandha tagħmel il-materjal bijoloġiku mikrobiku, id-data assoċjata fil-bażijiet tad-data, l-għarfien u s-servizzi affiljati mas-Sħab tal-MIRRI-ERIC jew żviluppati minnhom disponibbli għar-riċerkaturi, għall-istituzzjonijiet tal-bijoindustrija u għall-Aġenziji deċentralizzati tal-UE bħall-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel jew iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard. Il-MIRRI-ERIC għandha tiżgura li l-kundizzjonijiet għall-użu tal-materjal bijoloġiku mikrobiku stabbilit mill-fornituri tal-materjal u mill-fornituri tad-data li jaffiljaw il-bażijiet tad-data tagħhom mal-MIRRI-ERIC jiġu rispettati. |
2. |
L-ebda dispożizzjoni f’dawn l-Istatuti ma għandha tinftiehem li qed tirrestrinġi d-dritt tas-Sħab tal-MIRRI-ERIC li jiddeċiedu dwar l-għoti ta’ aċċess għal kwalunkwe kampjun u data. |
3. |
Il-materjal mikrobiku għandu jitqassam biss lill-individwi bona fide li joperaw f’ambjent professjonali adattat għall-immaniġġjar ta’ materjal ħaj tal-grupp ta’ periklu bijoloġiku involut. Fejn xieraq, se jiġu promossi miżuri msaħħa ta’ bijosigurtà. |
4. |
It-talbiet minn individwi u/jew proġetti biex jaċċessaw l-installazzjonijiet xjentifiċi tas-Sħab tal-MIRRI-ERIC għandhom jiġu evalwati. Il-proċedura tal-evalwazzjoni u l-kriterji użati se jiġu stabbiliti fir-Regoli dwar l-Operat li għandhom jiġu adottati mill-Assemblea tal-Membri f’konformità mal-Artikolu 17(7)(c) u (e) tal-Istatuti. Fi kwalunkwe każ, il-proċess tal-evalwazzjoni għandu jqis il-mertu xjentifiku u għandu jkun trasparenti, ġust u imparzjali. |
5. |
L-aċċess se jiġi mmonitorjat, u l-livell ta’ sodisfazzjon tal-utenti se jitkejjel permezz ta’ mekkaniżmu ta’ rispons bħala parti minn sistema ta’ garanzija tal-kwalità, sabiex l-aċċess jibqa’ jitjieb b’mod kontinwu. |
6. |
Il-Politika tal-Aċċess se tiġi stabbilita fir-Regoli dwar l-Operat li għandhom jiġu adottati mill-Assemblea tal-Membri f’konformità mal-Artikolu 17(7)(c) u (e) tal-Istatuti. |
8. Politika tal-Evalwazzjoni Xjentifika
(l-Artikolu 8 tal-Istatuti tal-MIRRI-ERIC)
1. |
Kull ħames snin, għandha ssir evalwazzjoni xjentifika tal-attivitajiet, is-servizzi u l-pjattaformi tal-MIRRI-ERIC. L-evalwazzjoni għandha ssir minn bord ta’ evalwaturi esterni internazzjonali u indipendenti tal-ogħla kwalità. Dan il-bord se jipproduċi u jippreżenta r-rapport tal-evalwazzjoni lill-Assemblea tal-Membri. |
2. |
Il-Politika tal-Evalwazzjoni Xjentifika se tiġi stabbilita fir-Regoli dwar l-Operat li għandhom jiġu adottati mill-Assemblea tal-Membri f’konformità mal-Artikolu 17(7)(c) u (e) tal-Istatuti. |
9. Politika dwar it-Tixrid
(l-Artikolu 9 tal-Istatuti tal-MIRRI-ERIC)
1. |
Il-MIRRI-ERIC għandha tippromwovi l-attivitajiet tagħha u l-użu tagħha fir-riċerka, fi proġetti innovattivi u fl-edukazzjoni għolja. |
2. |
Il-Politika dwar it-Tixrid għandha tiddeskrivi d-diversi gruppi fil-mira, u l-MIRRI-ERIC għandha tuża diversi mezzi biex tilħaq lill-gruppi fil-mira, bħas-sit web, il-portal tal-Ambjent ta’ Xogħol Kollaborattiv, sessjonijiet ta’ ħidma u taħriġ, il-preżenza f’konferenzi u l-media soċjali. |
3. |
Il-Politika dwar it-Tixrid se tiġi stabbilita fir-Regoli dwar l-Operat li għandhom jiġu adottati mill-Assemblea tal-Membri f’konformità mal-Artikolu 17(7)(c) u (e) tal-Istatuti. |
10. Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali
(l-Artikolu 10 tal-Istatuti tal-MIRRI-ERIC)
1. |
F’dawn l-Istatuti xejn ma għandu jinqara b’tali mod li jibdel l-ambitu u l-applikazzjoni tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali u tal-Ftehimiet dwar il-Kondiviżjoni tal-Benefiċċji, kif stabbilit skont il-liġijiet, ir-regolamenti u l-ftehimiet internazzjonali rilevanti tal-Membri. |
2. |
L-iskambju u l-integrazzjoni tal-Proprjetà Intellettwali bejn il-Membri, l-entitajiet rappreżentattivi u s-Sħab tagħhom permezz ta’ dispożizzjoni kuntrattwali rilevanti għandhom ikunu soġġetti għar-Regoli dwar l-Operat li għandhom jiġu adottati mill-Assemblea tal-Membri f’konformità mal-Artikolu 17(7)(c) u (e) tal-Istatuti. |
3. |
Id-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali tad-data, ir-riżultati u għarfien ieħor prodott u żviluppat bl-attivitajiet tal-MIRRI-ERIC għandhom ikunu jappartjenu għall-entità/ajiet li jkunu ġġenerawhom. |
4. |
Id-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali ġġenerati mill-utenti permezz tal-aċċess għar-riżorsi jew għall-installazzjonijiet xjentifiċi tal-MIRRI-ERIC għandhom jiġu nnegozjati, bil-għan li jsir użu ġust kemm mill-utent bħala MIRRI-ERIC kif ukoll mis-Sieħeb ikkonċernat, filwaqt li jitqies il-kontribut rispettiv tagħhom. |
5. |
Il-MIRRI-ERIC għandha tipprovdi gwida lir-riċerkaturi biex jiġi żgurat li r-riċerka mwettqa bil-materjal u bid-data magħmula aċċessibbli permezz tal-MIRRI-ERIC tkun saret fi ħdan qafas li jirrikonoxxi d-drittijiet tas-sidien tad-data u l-privatezza tal-individwi. |
11. Politika tal-Impjiegi
(l-Artikolu 11 tal-Istatuti tal-MIRRI-ERIC)
1. |
Il-MIRRI-ERIC hija impenjata favur l-ugwaljanza tal-opportunitajiet u ma għandha tiddiskrimina kontra l-ebda persuna abbażi ta’ razza, oriġini etnika, ġeneru, twemmin, diżabbiltà, orjentazzjoni sesswali jew kwalunkwe raġuni oħra. |
2. |
Il-proċeduri tal-għażla tal-applikanti għall-pożizzjonijiet bħala persunal tal-MIRRI-ERIC għandhom ikunu trasparenti u nondiskriminatorji u se jirrispettaw l-opportunitajiet indaqs. |
3. |
Il-kuntratti tal-impjieg għandhom isegwu l-liġijiet u r-regolamenti tal-pajjiż li fih ikun impjegat il-persunal u li fih normalment iwettaq l-attivitajiet tiegħu. |
4. |
Il-Politika tal-Impjiegi għandha tiġi stabbilita fir-Regoli dwar l-Operat li għandhom jiġu adottati mill-Assemblea tal-Membri f’konformità mal-Artikolu 17(7)(c) u (e) tal-Istatuti. |
12. Politika tal-akkwist
(l-Artikolu 12 tal-Istatuti tal-MIRRI-ERIC)
1. |
Il-MIRRI-ERIC għandha tittratta lill-kandidati tal-akkwisti u lill-offerenti b’mod ugwali u mingħajr diskriminazzjoni. Il-politika tal-akkwist tal-MIRRI-ERIC għandha tirrispetta l-prinċipji tat-trasparenza, in-nondiskriminazzjoni u l-kompetizzjoni miftuħa. |
2. |
Il-politika tal-akkwist tal-MIRRI-ERIC għandha tiġi stabbilita fir-Regoli dwar l-Operat li għandhom jiġu adottati mill-Assemblea tal-Membri f’konformità mal-Artikolu 17(7)(c) u (e) tal-Istatuti. |