EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D1252

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1252 tad-29 ta’ Lulju 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

ST/10764/2021/INIT

ĠU L 272, 30.7.2021, p. 73–77 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/1252/oj

30.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 272/73


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/1252

tad-29 ta’ Lulju 2021

li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-26 ta’ Lulju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (1) dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran.

(2)

Fit-18 ta’ Ġunju 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/849 (2), li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

(3)

Wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-580/19 (3), Sayed Shamsuddin Borborudi jenħtieġ li jitneħħa mil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

(4)

F’konformità mal-Artikolu 26(3) tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK, il-Kunsill irrieżamina wkoll il-lista ta’ persuni u entitajiet indikati li tinsab fl-Anness II għal dik id-Deċiżjoni.

(5)

Abbażi ta’ dak ir-rieżami, jenħtieġ li jinżammu l-miżuri restrittivi kontra l-persuni u l-entitajiet kollha fil-lista li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK, sa fejn l-ismijiet tagħhom ma jissemmewx fl-Anness VI għal dik id-Deċiżjoni, u jenħtieġ li 21 entrata inklużi fl-Anness II jiġu aġġornati.

(6)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2010/413/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Lulju 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

G. DOVŽAN


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta' Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/849 tat-18 ta' Ġunju 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 196, 19.6.2020, p. 8).

(3)  Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta' Ġunju 2021, Sayed Shamsuddin Borborudi vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, T-580/19, ECLI:EU:T:2021:330.


ANNESS

L-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK huwa emendat kif ġej:

(1)

taħt l-intestatura “I. Persuni u entitajiet involuti f’attivitajiet fir-rigward ta’ missili nukleari jew ballistiċi u persuni u entitajiet li jagħtu appoġġ lill-Gvern tal-Iran” , taħt is-subintestatura “A. Persuni”, titħassar l-entrata li ġejja: “25. Sayed Shamsuddin Borborudi”.

(2)

taħt l-intestatura “I. Persuni u entitajiet involuti f’attivitajiet fir-rigward ta’ missili nukleari jew ballistiċi u persuni u entitajiet li jagħtu appoġġ lill-Gvern tal-Iran.”, l-entrati li ġejjin jissostitwixxu l-entrati korrispondenti fil-lista stabbilita taħt is-subintestatura “A. Persuni”:

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“8.

Ebrahim MAHMUDZADEH

 

Eks Direttur Maniġerjali ta’ Iran Electronic Industries (ara Parti B, nru 20). Direttur ġenerali tal-Organizzazzjoni tas-Sigurtà Soċjali tal-Forzi Armati sa Settembru 2020. Viċi Ministru għad-Difiża Iranjan sa Diċembru 2020.

23.6.2008

13.

Anis NACCACHE

 

Eks amministratur tal-kumpanniji Barzagani Tejarat Tavanmad Saccal; il-kumpannija tiegħu ppruvat tipprokura oġġetti sensittivi għal entitajiet indikati taħt ir-Riżoluzzjoni 1737 (2006).

23.6.2008

16.

Viċi Ammirall Mohammad SHAFI’I RUDSARI (magħruf ukoll bħala ROODSARI, Mohammad, Hossein, Shafiei; ROODSARI, Mohammad, Shafi’I; ROODSARI, Mohammad, Shafiei; RUDSARI, Mohammad, Hossein, Shafiei; RUDSARI, Mohammad, Shafi’I; RUDSARI, Mohammad, Shafiei)

 

Eks Deputat ta’ MODAFL għall-Koordinazzjoni (ara Parti B, nru 29).

23.6.2008

17.

Abdollah SOLAT SANA (magħruf ukoll bħala Solatsana Solat Sanna; Sowlat Senna; Sovlat Thana)

 

Direttur Maniġerjali ta’ Uranium Conversion Facility (UCF) f’Esfahan. Din hija l-faċilità li tipproduċi l-materja prima (UF6) għall-faċilitajiet ta’ arrikkiment f’Natanz. Fis-27 ta’ Awwissu 2006, Solat Sana rċieva onorifiċenza speċjali mill-President Ahmadinejad għar-rwol tiegħu.

23.4.2007

23.

Davoud BABAEI

 

Il-kap attwali tas-sigurtà għall-istitut tar-riċerka tal-Loġistika tal-Forzi Armati tal-Ministeru tad-Difiża, l-Organizzazzjoni tal-Innovazzjoni u r-Riċerka Difensiva (SPND), li kienet immexxija minn Mohsen Fakhrizadeh-Mahabadi, indikat min-NU. L-IAEA identifikat lil SPND bit-tħassib tagħhom dwar id-dimensjonijiet militari possibbli tal-programm nukleari tal-Iran li l-Iran jirrifjuta li jikkoopera dwaru. Bħala kap tas-sigurtà, Babaei huwa responsabbli għall-prevenzjoni ta’ żvelar ta’ informazzjoni, inkluż lill-IAEA.

1.12.2011

29.

Milad JAFARI (Milad JAFERI)

Data tat-Twelid: 20.9.1974

Ċittadin Iranjan li jipprovdi prodotti, l-aktar metalli, lill-kumpanniji li jservu ta’ paraventu SHIG indikati min-NU. Wassal prodotti lil SHIG bejn Jannar u Novembru 2010. Ħlasijiet għal xi prodotti saru fil-fergħa ċentrali tal-Export Development Bank of Iran (EDBI), indikat mill-UE f’Tehran wara Novembru 2010.

1.12.2011”

(3)

taħt l-intestatura “I. Persuni u entitajiet involuti f’attivitajiet fir-rigward ta’ missili nukleari jew ballistiċi u persuni u entitajiet li jagħtu appoġġ lill-Gvern tal-Iran.”, l-entrati li ġejjin jissostitwixxu l-entrati korrispondenti fil-lista stabbilita taħt is-subintestatura “B. Entitajiet”:

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“2.

Armed Forces Geographical Organisation

 

Sussidjarja ta’ MODAFL ivvalutata li tipprovdi data ġeospazjali għall-programm tal-Missili Ballistiċi.

23.6.2008

20.

Iran Electronic Industries

(inkluż il-fergħat kollha) u s-sussidjarji:

P. O. Box 18575-365, Tehran, Iran

Sussidjarja sħiħa ta’ proprjetà ta’ MODAFL (u għaldaqstant organizzazzjoni li tagħmel parti mill-istress grupp bħall-AIO, l-AvIO u d-DIO). Ir-rwol tagħha hu li timmanifattura komponenti elettroniċi għas-sistemi Iranjani tal-armi.

23.6.2008

 

(b) Iran Communications Industries (ICI)

(magħruf ukoll bħala Sanaye Mokhaberat Iran; Iran Communication Industries; Iran Communications Industries Group;Iran Communications Industries Co.)

PO Box 19295-4731, Pasdaran Avenue, Tehran, Iran; Indirizz alternattiv: PO Box 19575-131, 34 Apadana Avenue, Tehran, Iran; Indirizz alternattiv: Shahid Langary Street, Nobonyad Square Ave, Pasdaran, Tehran

Iran Communications Industries, sussidjarja ta’ Iran Electronics Industries (elenkata mill-UE), tipproduċi diversi oġġetti inklużi sistemi ta’ komunikazzjoni, avionics, tagħmir ta’ optics u electro-optics, micro-electronics, teknoloġija tal-informazzjoni, test u measurement, sigurtà tat-telekomunikazzjoni, tagħmir elettroniku tal-gwerra, manifattura u tiġdid ta’ radar tube, u missile launchers.

26.7.2010

28.

Mechanic Industries Group

(Magħruf ukoll bħala: Mechanic Industries Organisation; Mechanical Industries Complex; Mechanical Industries Group; Sanaye Mechanic)

 

Ħa sehem fil-produzzjoni ta’ komponenti għall-programm ballistiku.

23.6.2008

37.

Schiller Novin

(Magħruf ukoll bħala: Schiler Novin Co.; Schiller Novin Co.; Shiller Novin)

Gheytariyeh Avenue - no 153 - 3rd Floor - PO BOX 17665/153 6 19389 Tehran

Jaġixxi għan-nom tad-Defense Industries Organisation (DIO).

26.7.2010

38.

Shahid Ahmad Kazemi Industrial Group (SAKIG)

 

Entità subordinata għall-Aerospace Industries Organisation (AIO) tal-Iran. SAKIG jiżviluppa u jipproduċi sistemi tal-missili mill-art-għall-ajru għall-militar tal-Iran. Huwa jmantni proġetti militari, bil-missili u ta’ difiża tal-ajru u jipprokura merkanzija mir-Russja, il-Belarussja u l-Korea ta’ Fuq.

26.7.2010

40.

State Purchasing Organisation (SPO, magħrufa wkoll bħala State Purchasing Office; State Purchasing Organization)

 

Jidher li l-SPO tiffaċilita l-importazzjoni ta’ armi sħaħ. Jidher li hija sussidjarja tal-MODAFL.

23.6.2008

52.

Raad Iran (magħrufa wkoll bħala Raad Automation Company; Middle East Raad Automation; RAAD Automation Co.; Raad Iran Automation Co.; RAADIRAN, Middle East RAAD Automation Co.; Automasion RAAD Khavar Mianeh; Automation Raad Khavar Mianeh Nabbet Co)

Unit 1, No 35, Bouali Sina Sharghi, Chehel Sotoun Street, Fatemi Square, Tehran

Kumpannija involuta fl-akkwist ta’ invertituri fir-rigward tal-programm għall-arrikkiment proskritt tal-Iran. Raad Iran ġiet stabbilita biex tipproduċi u tiddisinja sistemi ta’ kontroll u tipprovdi l-bejgħ u l-istallazzjoni ta’ invertituri u apparat ta’ Kontroll b’Memorja (programmable Logic Controllers).

23.5.2011

86.

Karanir (magħruf ukoll bħala Karanir Sanat, Moaser; Tajhiz Sanat)

1139/1 Unit 104 Gol Building, Gol Alley, North Side of Sae, Vali Asr Avenue. PO Box 19395-6439, Tehran

Involuta fix-xiri ta’ tagħmir u ta’ materjali li għandhom applikazzjoni diretta fil-programm nukleari Iranjan.

1.12.2011

95.

Samen Industries (magħruf ukoll bħala Khorasan Metallurgy Industries)

2nd km of Khalaj Road End of Seyyedi St., P.O.Box 91735-549, 91735 Mashhad, Iran, Tel.: +98 511 3853008, +98 511 3870225

Isem shell għal Khorasan Metallurgy Industries indikata min-NU, sussidjarja ta’ Ammunition Industries Group (AMIG).

1.12.2011

99.

TABA (Iran Cutting Tools Manufacturing company - Taba Towlid Abzar Boreshi Iran; magħrufa wkoll bħala Iran Centrifuge Technology Co.; Iran’s Centrifuge Technology Company; Sherkate Technology Centrifuge Iran, TESA, TSA)

12 Ferdowsi, Avenue Sakhaee, avenue 30 Tir (sud), nr 66 – Tehran

Miżmuma jew ikkontrollata minn TESA, sanzjonata mill-UE, involuta fil-fabrikazzjoni ta’ tagħmir u ta’ materjali li għandhom applikazzjoni diretta fil-programm nukleari Iranjan.

1.12.2011

153.

Organizzazzjoni tal-Innovazzjoni u r-Riċerka Difensiva (SPND)

 

L-Organizzazzjoni tal-Innovazzjoni u r-Riċerka Difensiva (SPND) tappoġġa direttament l-attivitajiet nukleari tal-Iran sensittivi f’termini ta’ proliferazzjoni. L-IAEA identifikat lil SPND bit-tħassib tagħhom dwar dimensjonijiet militari possibbli (PMD) tal-programm nukleari tal-Iran. SPND kienet immexxija minn Mohsen Fakhrizadeh-Mahabadi indikat min-NU, u hija parti mill-Ministeru għad-Difiża għal-Loġistika tal-Forzi Armati (MODAFL) indikat mill-UE.

22.12.2012

161.

Sharif University of Technology

L-aħħar indirizz magħruf: Azadi Ave/Street, PO Box 11365-11155, Tehran, Iran, Tel. +98 21 66 161 Email: info@sharif.ir

Sharif University of Technology (SUT) għandha għadd ta’ ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet tal-Gvern Iranjan li huma indikati min-NU u/jew l-UE u li joperaw f’oqsma militari jew marbutin mas-settur militari, b’mod partikolari fil-qasam tal-produzzjoni u l-akkwist ta’ missili ballistiċi. Dan jinkludi: ftehim mal-Aerospace Industries Organisation, indikata mill-UE, fost l-oħrajn għall-produzzjoni ta’ satelliti; kooperazzjoni mal-Ministeru Iranjan għad-Difiża u l-Iranian Revolutionary Guards Corps (IRGC) fil-kompetizzjonijiet marbuta mad-dgħajjes intelliġenti (smart boat competitions); ftehim aktar ġenerali mal-Forza tal-Ajru tal-IRGC li jkopri l-iżvilupp u t-tisħiħ tar-relazzjonijiet, il-kooperazzjoni organizzattiva u strateġika tal-Università.

Meħuda flimkien, dawn juru li hemm rekord sinifikanti ta’ involviment mal-Gvern tal-Iran f’oqsma militari jew marbuta mas-settur militari li jikkostitwixxi appoġġ lill-Gvern tal-Iran.

8.11.2014”

(4)

taħt l-intestatura “II. Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika”, l-entrati li ġejjin jissostitwixxu l-entrati korrispondenti fil-lista stabbilita taħt is-subintestatura “A. Persuni”:

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“2.

Viċi Ammiral Ali FADAVI

 

Viċi Kap tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC). Eks Kmandant tal-qawwa Navali tal-IRGC.

26.7.2010

6.

Mohammad Ali JAFARI, IRGC

 

Eks Kmandant tal-IRGC. Attwalment kap tal-Kwartieri Kulturali u Soċjali ta’ Hazrat Baqiatollah al-Azam.

23.6.2008”

(5)

taħt l-intestatura “II. Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika”, l-entrata li ġejja tissostitwixxi l-entrata korrispondenti fil-lista stabbilita taħt is-subintestatura “B. Entitajiet”:

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“12.

Etemad Amin Invest Co Mobin

(Magħrufa wkoll bħala: Etemad Amin Investment Company Mobin; Etemad-e Mobin, Etemad Amin Invest Company Mobin; Etemad Mobin Co.; Etemad Mobin Trust Co.; Etemade Mobin Company; Mobin Trust Consortium; Etemad-e Mobin Consortium)

Pasadaran Av. Tehran, Iran

Kumpannija li hija proprjetà ta’ jew ikkontrollata mill-IRGC li tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-interessi strateġiċi tar-reġim.

26.7.2010”


Top