Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R2204

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2204 tat-22 ta’ Diċembru 2020 li jemenda l-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 fir-rigward tal-entrati għar-Renju Unit u d-Dipendenzi tal-Kuruna fil-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom, awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti annimali u laħam frisk (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2020/9544

    ĠU L 438, 28.12.2020, p. 7–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32020R0692

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/2204/oj

    28.12.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 438/7


    IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2204

    tat-22 ta’ Diċembru 2020

    li jemenda l-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 fir-rigward tal-entrati għar-Renju Unit u d-Dipendenzi tal-Kuruna fil-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom, awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti annimali u laħam frisk

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(3)(a) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 17(3)(c) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (2), u b’mod partikolari l-frażi introduttorja u l-punti (1) u (4) tal-Artikolu 8, u l-frażi introduttorja u l-punt (c) tal-Artikolu 9(4) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2004/68/KE tas-26 ta’ April 2004 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa ta' l-annimali għall-importazzjoni lejn u t-transitu matul il-Komunità għal ċerti annimali ungulati ħajjin, u temenda d-Direttivi 90/426/KEE u 92/65/LEE u tħassar id-Direttiva 72/462/KEE (3), u b’mod partikolari l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 3(1) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 (4) jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom, awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti annimali u laħam frisk u r-rekwiżiti taċ-ċertifikati veterinarji. Jipprevedi li l-konsenji ta’ annimali ungulati u l-laħam frisk ta’ dawk l-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem, jeħtieġ jiġu introdotti biss fl-Unjoni minn pajjiżi terzi li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak ir-Regolament. B’mod partikolari, il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 telenka l-pajjiżi terzi, it-territorji u l-partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali ungulati, għajr l-equidae, filwaqt li l-Parti 1 tal-Anness II tiegħu telenka l-pajjiżi terzi, it-territorji u l-partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ laħam frisk ta’ annimali ungulati, inkluż l-equidae.

    (2)

    Ir-Renju Unit ipprovda l-garanziji neċessarji meħtieġa mir-Regolament (UE) Nru 206/2010 sabiex ir-Renju Unit u d-Dipendenzi tal-Kuruna ta’ Guernsey, Isle of Man u Jersey jiġu elenkati fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 u fil-Parti 1 tal-Anness II tiegħu, wara t-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-Ftehim dwar il-ħruġ), mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni għar-Renju Unit u fih fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq, f’konformità mal-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq tal-Ftehim dwar il-ħruġ, flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll. Filwaqt li jitqiesu l-garanziji pprovduti mir-Renju Unit, dak il-pajjiż terz u d-Dipendenzi tal-Kuruna jenħtieġ li jiġu inklużi fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 u fil-Parti 1 tal-Anness II tiegħu.

    (3)

    F’konformità mar-rekwiżiti tas-saħħa għall-importazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1375 (5), pajjiż terz jista’ japplika biss għad-derogi mill-ittestjar għat-Trichinella previsti fl-Artikolu 3(2) u (3) ta’ dak ir-Regolament, jekk ikun informa lill-Kummissjoni bl-applikazzjoni ta’ dawk id-derogi u jekk ikun elenkat għal dak l-iskop, inter alia, fl-Annessi rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 206/2010. Fl-4 ta’ Diċembru 2020, ir-Renju Unit informa lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu li japplika deroga mill-ittestjar għat-Trichinella għall-ħnieżer tal-ħalib domestiċi li għandhom inqas minn ħames ġimgħat, f’konformità mal-Artikolu 3(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1375. Għalhekk, jenħtieġ li r-Renju Unit jiġi elenkat fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 bħala pajjiż terz li japplika t-tali deroga għal ċerti majjali ħajjin u laħamhom. Ir-Renju Unit huwa l-uniku pajjiż terz li s’issa talab għal deroga mill-ittestjar għat-Trichinella.

    (4)

    Għalhekk, l-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 jenħtieġ li jiġu emendati skont dan.

    (5)

    Peress li l-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-ħruġ jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2020, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

    (6)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Annessi I u II tar-Regolament (UE) 206/2010 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2020.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.

    (2)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

    (3)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 320.

    (4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 73, 20.3.2010, p.1).

    (5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1375 tal-10 ta’ Awwissu 2015 li jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar kontrolli uffiċjali għat-Trichinella fil-laħam (ĠU L 212 11.8.2015, p. 7).


    ANNESS

    L-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 huma emendati kif ġej:

    (1)

    fl-Anness I, il-Parti 1 hija emendata kif ġej:

    (a)

    l-entrati li ġejjin għar-Renju Unit u għal Guernsey jiddaħħlu wara l-entrata għaċ-Ċilì:

    “GB-Ir-Renju Unit (*******)

    GB-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

     

    GB-1

    L-Ingilterra u Wales

    BOV-X, BOV-Y, OVI-X, OVI-Y, POR-X, POR-Y, RUM, SUI

     

    III, IVa, V, IX, XI

    GB-2

    L-Iskozja

    BOV-X, BOV-Y, OVI-X, OVI-Y, POR-X, POR-Y, RUM, SUI

     

    II, III, IVa, V, IX, XI

    GG-Guernsey

    GG-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV-X, OVI-X, POR-X

    RUM

     

    V, IX”

    (b)

    l-entrata li ġejja għal Isle of Man tiddaħħal wara l-entrata għal Greenland:

    “IM-Isle of Man

    IM-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV-X, BOV-Y, OVI-X, OVI-Y

     

    II, III, IVa, V, IX”

    (c)

    l-entrata li ġejja għal Jersey tiddaħħal wara l-entrata għall-Iżlanda:

    “JE-Jersey

    JE-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV-X, BOV-Y

     

    IVa”

    (d)

    il-kundizzjoni speċifika “XI” hija sostitwita b’dan li ġej:

    “‘XI’: ħnieżer tal-ħalib domestiċi li għandhom inqas minn ħames ġimgħat huma eżentati mill-ittestjar għat-Trichinella.”;

    (e)

    tiżdied in-nota li ġejja li tikkonċerna l-entrata għar-Renju Unit:

    “(*******)

    F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq, flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għar-Renju Unit ma jinkludux l-Irlanda ta’ Fuq.”;

    (2)

    l-Anness II huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-Parti 1 hija emendata kif ġej:

    (i)

    l-entrati li ġejjin jiddaħħlu wara l-entrata għall-Gżejjer Falkland:

    “GB - Ir-Renju Unit(***)

    GB-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF, SUW

    K

     

     

     

    GG-Guernsey

    GG-0

    Il-pajjiż kollu”

     

     

     

     

     

    (ii)

    l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għall-Iżrael:

    “IM-Isle of Man

    IM-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, OVI, POR”

     

     

     

     

    (iii)

    l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għall-Iżlanda:

    “JE-Jersey

    JE-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

     

     

     

    (iv)

    tiżdied in-nota li ġejja li tikkonċerna l-entrata għar-Renju Unit:

    ‘‘(***)

    F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq, flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għar-Renju Unit ma jinkludux l-Irlanda ta’ Fuq.”

    (b)

    fil-Parti 2, fil-garanziji supplimentari, il-punt “K” huwa sostitwit b’dan li ġej:

    ‘‘‘K’: ħnieżer tal-ħalib domestiċi li għandhom inqas minn ħames ġimgħat huma eżentati mill-ittestjar għat-Trichinella.”.


    Top