This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020R0426
Commission Implementing Regulation (EU) 2020/426 of 19 March 2020 amending Implementing Regulation (EU) 2020/402 making the exportation of certain products subject to the production of an export authorisation
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/426 tad-19 ta’ Marzu 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2020/402 li jagħmel l-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti soġġetti għall-produzzjoni ta’ awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/426 tad-19 ta’ Marzu 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2020/402 li jagħmel l-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti soġġetti għall-produzzjoni ta’ awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni
C/2020/1864
ĠU L 84I, 20.3.2020, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 26/04/2020
20.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 84/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/426
tad-19 ta’ Marzu 2020
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2020/402 li jagħmel l-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti soġġetti għall-produzzjoni ta’ awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/479 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2015 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,
Billi:
(1) |
Bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/402 (2), il-Kummissjoni Ewropea għamlet l-esportazzjoni ta’ ċertu tagħmir ta’ protezzjoni personali soġġett għall-produzzjoni ta’ awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni, minħabba d-domanda dejjem tikber għal prodotti bħal dawn fl-Unjoni Ewropea, u n-nuqqas sussegwenti f’ċerti Stati Membri. Din is-sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel tikkonċerna l-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi terzi kollha. |
(2) |
Is-suq uniku għat-tagħmir protettiv mediku u personali huwa strettament integrat mill-qrib lilinn mill-konfini tal-Unjoni, u dan jgħodd ukoll għall-ktajjen tal-valur tal-produzzjoni u n-netwerks ta’ distribuzzjoni tiegħu. Dan huwa partikolarment il-każ ta’ erba’ Stati Membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles. Konsegwentement, il-fatt li l-esportazzjonijiet ta’ ċertu tagħmir ta’ protezzjoni personali lejn dawn il-pajjiżi jiġu soġġetti għal awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni jkun kontroproduttiv, minħabba l-integrazzjoni mill-qrib tal-katini ta’ valur ta’ produzzjoni u n-netwerks ta’ distribuzzjoni, meta tali tagħmir huwa prodott essenzjali li huwa neċessarju biex jiġi evitat it-tixrid ulterjuri tal-marda u tiġi ssalvagwardjata s-saħħa tal-persunal mediku li jikkura pazjenti infettati. Huwa għalhekk xieraq li tali pajjiżi jiġu esklużi mill-ambitu tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/402. |
(3) |
Bl-istess mod, huwa xieraq li jiġu esklużi mill-ambitu tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/402 il-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej elenkati fl-Anness II tat-Trattat, kif ukoll il-Gżejjer Faeroe, Andorra, San Marino, u l-Belt tal-Vatikan, peress li għandhom dipendenza partikolari fuq il-ktajjen ta’ provvista metropolitani tal-Istati Membri li huma marbuta magħhom jew fuq il-ktajjen tal-provvista ta’ Stati Membri ġirien, rispettivament. |
(4) |
L-awtoritajiet tal-pajjiżi u t-territorji esklużi jenħtieġ li joffru garanziji adegwati li huma se jikkontrollaw l-esportazzjonijiet tagħhom stess tal-prodotti kkonċernati, sabiex jevitaw li jimminaw l-objettiv imfittex mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/402. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja mill-qrib dan l-aspett. |
(5) |
L-esportazzjoni ta’ ċerti kwantitajiet ta’ prodotti speċifiċi tista’ tiġi awtorizzata taħt ċirkostanzi speċifiċi sabiex tiġi żgurata l-provvista ta’ tagħmir għall-operazzjonijiet ta’ emerġenza ta’ organizzazzjonijiet umanitarji f’pajjiżi terzi, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/402 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 1, jiżdied il-paragrafu 3 li ġej: “3. L-esportazzjonijiet lejn in-Norveġja, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, l-Iżvizzera, kif ukoll il-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej elenkati fl-Anness II tat-Trattat u l-Gżejjer Faeroe, Andorra, San Marino u l-Belt tal-Vatikan ma għandhomx ikunu soġġetti għall-miżuri stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2.” |
(2) |
Fl-Artikolu 2(3), it-tielet inċiż jinbidel b’dan li ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Marzu 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/402 tal-14 ta’ Marzu 2020 li jagħmel l-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti soġġetta għall-produzzjoni ta’ awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni (ĠU L 77I, 15.3.2020, p. 1).