Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D2216

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzojni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2216 tat-22 ta’ Diċembru 2020 li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2006/168/KE fir-rigward tal-entrata għar-Renju Unit u wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna fil-lista tal-pajjiżi terzi awtorizzati għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ embrijuni bovini (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2020/9553

    ĠU L 438, 28.12.2020, p. 57–59 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R0404

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2020/2216/oj

    28.12.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 438/57


    ID-DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZOJNI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2216

    tat-22 ta’ Diċembru 2020

    li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2006/168/KE fir-rigward tal-entrata għar-Renju Unit u wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna fil-lista tal-pajjiżi terzi awtorizzati għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ embrijuni bovini

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta’ Settembru 1989 dwar kondizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ embrijoni ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-ifrat (1),u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 9(1)(b) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/168/KE (2) tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ embrijuni bovini. B’mod partikolari, l-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni jelenka pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jeħtieġ jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta’ embrijuni bovini.

    (2)

    Ir-Renju Unit ipprovda l-garanziji neċessarji meħtieġa mid-Deċiżjoni 2006/168/KE sabiex ir-Renju Unit u d-Dipendenza tal-Kuruna ta’ Jersey jiġu elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni wara t-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-Ftehim dwar il-ħruġ), mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni għar-Renju Unit u fih fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq, f’konformità mal-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq tal-Ftehim dwar il-ħruġ, flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll. Filwaqt li jitqiesu l-garanziji pprovduti mir-Renju Unit, dak il-pajjiż terz u d-Dipendenza tal-Kuruna jenħtieġ li jiġu inklużi fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2006/168/KE.

    (3)

    Għalhekk, l-Anness I tad-Deċiżjoni 2006/168/KE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

    (4)

    Peress li l-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-ħruġ jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2020, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

    (5)

    Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness I tad-Deċiżjoni 2006/168/KE huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2020.

    Għall-Kummissjoni

    Stella KYRIAKIDES

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)   ĠU L 302, 19.10.1989, p. 1.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/168/KE tal-4 ta’ Jannar 2006 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet tas-saħħa tal-annimali u taċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ embrijuni bovini u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/217/KE (ĠU L 57, 28.2.2006, p. 19).


    ANNESS

    L-Anness I tad-Deċiżjoni 2006/168/KE huwa emendat kif ġej:

    (1)

    l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għall-Iżvizzera:

    “GB

    Ir-Renju Unit (*1)

    ANNESS II

    ANNESS III

    ANNESS IV

    (2)

    l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għall-Iżrael:

    “JE

    Jersey

    ANNESS II

    ANNESS III

    ANNESS IV”



    Top