Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D2110

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzojni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2110 tas-16 ta’ Diċembru 2020 li temenda l-Parti C tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/177/KE fir-rigward tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard tar-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq għal ċertu mard tal-annimali akkwatiċi (notifikata bid-dokument C(2020) 9303) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2020/9303

    ĠU L 427, 17.12.2020, p. 10–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R0620

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2020/2110/oj

    17.12.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 427/10


    ID-DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZOJNI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2110

    tas-16 ta’ Diċembru 2020

    li temenda l-Parti C tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/177/KE fir-rigward tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard tar-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq għal ċertu mard tal-annimali akkwatiċi

    (notifikata bid-dokument C(2020) 9303)

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta' Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta' ċertu mard f'annimali akkwatiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 49(1), 50(2)(a), 50(3), 51(2) u 61(3) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/177/KE (2) timplimenta d-Direttiva 2006/88/KE dwar programmi ta’ sorveljanza u qerda u status ta’ ħelsien minn mard ta’ Stati Membri, żoni u kompartimenti. It-tieni u r-raba’ kolonna tat-tabella fil-Parti C tal-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni telenka dawk l-Istati Membri li ġew iddikjarati ħielsa mill-mard skont l-Artikolu 49(1) tad-Direttiva 2006/88/KE, u dawk iż-żoni u l-kompartimenti li ġew iddikjarati ħielsa mill-mard skont l-Artikolu 50(3) ta’ dik id-Direttiva. Il-marda li għaliha japplika dan l-istat ta’ ħelsien mill-mard hija stabbilita fl-ewwel kolonna tal-istess tabella.

    (2)

    F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Ftehim dwar il-Ħruġ), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, id-Direttiva 2006/88/KE, kif ukoll l-atti tal-Kummissjoni bbażati fuqu, japplikaw għar-Renju Unit u ġewwa fih fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq wara l-perjodu ta’ tranżizzjoni li hemm previst fil-Ftehim dwar il-Ħruġ. Għal dik ir-raġuni, ir-referenzi għar-Renju Unit fil-Parti C tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/177/KE jenħtieġ li jiġu sostitwiti b’referenzi għar-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.

    (3)

    Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/177/KE jiġi emendat skont dan.

    (4)

    Peress li l-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-Ħruġ jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2020, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

    (5)

    Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/177/KE, il-Parti C tinbidel bit-test stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2020.

    Għall-Kummissjoni

    Stella KYRIAKIDES

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/177/KE tal-31 ta' Ottubru 2008 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE dwar programmi ta' sorveljanza u qerda u status ta' ħelsien minn mard ta' Stati Membri, żoni u kompartimenti (ĠU L 63, 7.3.2009, p. 15).


    ANNESS

    “PARTI C

    Stati Membri (*1) żoni u kompartimenti ddikjarati ħielsa mill-mard

    Marda

    Stat Membru

    Kodiċi ISO

    Demarkazzjoni ġeografika taż-żona ħielsa mill-mard (Stati Membri, żoni jew kompartimenti)

    Settiċemija virali emorraġika (VHS)

    id-Danimarka

    DK

    It-territorju kontinentali sħiħ

    l-Irlanda

    IE

    It-territorju kollu

    Ċipru

    CY

    Iż-żoni kontinentali kollha fit-territorju tiegħu

    il-Finlandja

    FI

    Iż-żoni kontinentali u kostali kollha ġewwa t-territorju tagħha, ħlief il-Provinċja ta’ Åland

    l-Iżvezja

    SE

    It-territorju kollu

    ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq)

    UK(NI)

    l-Irlanda ta’ Fuq

    Nekrożi ematopojetika infettiva (IHN)

    id-Danimarka

    DK

    It-territorju kollu

    l-Irlanda

    IE

    It-territorju kollu

    Ċipru

    CY

    Iż-żoni kontinentali kollha fit-territorju tiegħu

    il-Finlandja

    FI

    It-territorju kollu, ħlief il-kompartiment kostali f’Ii, Kuivaniemi, u ż-żoni li ġejjin fejn jinġabar l-ilma: 14.72 Virmasvesi, 14.73 Nilakka, 4.74 iż-żona ta’ Saarijärvi u 4.41 iż-żona Pielinen

    l-Iżvezja

    SE

    It-territorju kollu

    ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq)

    UK(NI)

    l-Irlanda ta’ Fuq

    Il-marda tal-virus tal-erpete tal-koi (KHV)

    l-Irlanda

    IE

    It-territorju kollu

    ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq)

    UK(NI)

    l-Irlanda ta’ Fuq

    Anemija infettiva tas-salamun (ISA)

    il-Belġju

    BE

    It-territorju kollu

    il-Bulgarija

    BG

    It-territorju kollu

    ir-Repubblika Ċeka

    CZ

    It-territorju kollu

    id-Danimarka

    DK

    It-territorju kollu

    il-Ġermanja

    DE

    It-territorju kollu

    l-Estonja

    EE

    It-territorju kollu

    l-Irlanda

    IE

    It-territorju kollu

    il-Greċja

    EL

    It-territorju kollu

    Spanja

    ES

    It-territorju kollu

    Franza

    FR

    It-territorju kollu

    l-Italja

    IT

    It-territorju kollu

    Ċipru

    CY

    It-territorju kollu

    il-Latvja

    LV

    It-territorju kollu

    il-Litwanja

    LT

    It-territorju kollu

    il-Lussemburgu

    LU

    It-territorju kollu

    l-Ungerija

    HU

    It-territorju kollu

    Malta

    MT

    It-territorju kollu

    in-Netherlands

    NL

    It-territorju kollu

    l-Awstrija

    AT

    It-territorju kollu

    il-Polonja

    PL

    It-territorju kollu

    il-Portugall

    PT

    It-territorju kollu

    ir-Rumanija

    RO

    It-territorju kollu

    is-Slovenja

    SI

    It-territorju kollu

    is-Slovakkja

    SK

    It-territorju kollu

    il-Finlandja

    FI

    It-territorju kollu

    l-Iżvezja

    SE

    It-territorju kollu

    ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq)

    UK/NI

    l-Irlanda ta’ Fuq

    Infezzjoni bil-Marteilia refringens

    l-Irlanda

    IE

    It-territorju kollu

    ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq)

    UK/NI

    Il-kosta kollha tal-Irlanda ta' Fuq, minbarra Belfast Lough u l-Bajja ta' Dundrum

    Infezzjoni bil-Bonamia ostreae

    l-Irlanda

    IE

    Il-kosta kollha tal-Irlanda, ħlief:

    1.

    Cork Harbour

    2.

    Galway Bay

    3.

    Ballinakill Harbour

    4.

    Clew Bay

    5.

    Achill Sound

    6.

    Loughmore, Blacksod Bay

    7.

    Lough Foyle

    8.

    Lough Swilly

    9.

    Kilkieran Bay

    ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq)

    UK(NI)

    Il-kosta kollha tal-Irlanda ta’ Fuq minbarra Lough Foyle u Strangford Lough

    Il-marda tat-tikka bajda”

     

     

     


    (*1)  F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għall-Istati Membri jinkludu r-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.


    Top