Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D2109

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzojni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2109 tas-16 ta’ Diċembru 2020 li temenda d-Deċiżjonijiet 93/52/KEE,2003/467/KE, 2004/558/KE u 2008/185/KE fir-rigward tal-elenkar tal-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom rikonoxxuti bħala uffiċjalment ħielsa minn diversi mard tal-annimali terrestri (notifikata bid-dokument C(2020) 9301) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2020/9301

    ĠU L 427, 17.12.2020, p. 4–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R0620

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2020/2109/oj

    17.12.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 427/4


    ID-DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZOJNI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2109

    tas-16 ta’ Diċembru 2020

    li temenda d-Deċiżjonijiet 93/52/KEE,2003/467/KE, 2004/558/KE u 2008/185/KE fir-rigward tal-elenkar tal-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom rikonoxxuti bħala uffiċjalment ħielsa minn diversi mard tal-annimali terrestri

    (notifikata bid-dokument C(2020) 9301)

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 9(2) u 10(2) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju tan-nagħaġ u tal-mogħoż (2), u b’mod partikolari t-Taqsima II tal-Kapitolu 1 tal-Anness A tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 64/432/KEE tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ tal-annimali bovini u porċini fl-Unjoni. Hija tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li skonthom l-Istati Membri jew ir-reġjuni tagħhom jistgħu jiġu rikonoxxuti bħala uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi, mill-bruċellożi, mil-lewkożi enzootika bovina u mir-rinotrakeite bovina infettiva fir-rigward tal-merħliet bovini, u l-marda ta’ Aujeszky fir-rigward tal-merħliet porċini.

    (2)

    Għalkemm iċ-Channel Islands u Isle of Man, bħala dipendenzi interni awtonomi tal-Kuruna Brittanika, mhumiex parti mill-Unjoni, huma għandhom relazzjoni speċjali u limitata mal-Unjoni. Għaldaqstant, ir-Regolament (KEE) Nru 706/73 tal-Kunsill (3) jipprevedi li għall-fini tal-applikazzjoni tar-regoli li jikkonċernaw, fost l-oħrajn, il-leġiżlazzjoni dwar is-saħħa tal-annimali, ir-Renju Unit, iċ-Channel Islands u Isle of Man għandhom jitqiesu bħala Stat Membru uniku.

    (3)

    Id-Direttiva 91/68/KEE tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ tan-nagħaġ u tal-mogħoż fl-Unjoni. Din tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li skonthom l-Istati Membri jew ir-reġjuni tagħhom jistgħu jiġu rikonoxxuti bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis) fir-rigward tal-merħliet tan-nagħaġ u tal-mogħoż.

    (4)

    L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/52/KEE (4) jipprevedi li l-Istati Membri elenkati fl-Anness I tagħha huma rikonoxxuti bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis) fir-rigward tal-merħliet tan-nagħaġ u tal-mogħoż, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 91/68/KEE. Ir-Renju Unit huwa elenkat fl-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni bħala uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi (B. melitensis).

    (5)

    L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE (5) jipprevedi li r-reġjuni tal-Istati Membri elenkati fil-Kapitolu 2 tal-Anness I tagħha huma ddikjarati uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi fir-rigward tal-merħliet ta’ annimali bovini, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 64/432/KEE. Fir-rigward tar-Renju Unit, it-territorji tal-Iskozja u ta’ Isle of Man huma elenkati bħala reġjuni uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi.

    (6)

    L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2003/467/KE jipprevedi li r-reġjuni tal-Istati Membri elenkati fil-Kapitolu 2 tal-Anness II tagħha huma ddikjarati uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi fir-rigward tal-merħliet ta’ annimali bovini, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 64/432/KEE. Fir-rigward tar-Renju Unit, it-territorji tal-Ingilterra, l-Iskozja u Wales, l-Irlanda ta’ Fuq u Isle of Man huma elenkati bħala reġjuni uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi.

    (7)

    L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2003/467/KE jipprevedi li l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom elenkati fl-Anness III tagħha huma ddikjarati uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enzootika bovina fir-rigward tal-merħliet ta’ annimali bovini, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 64/432/KEE. Fil-Kapitolu 1 tal-Anness III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE, ir-Renju Unit huwa elenkat bħala Stat Membru uffiċjalment ħieles mil-lewkożi enzootika bovina, u fil-Kapitolu 2 ta’ dak l-Anness, Jersey u Isle of Man huma elenkati bħala reġjuni uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enzootika bovina.

    (8)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KE (6) telenka l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom li huma awtorizzati japplikaw garanziji addizzjonali għar-rinotrakeite bovina infettiva f’konformità mal-Artikoli 9 u 10 tad-Direttiva 64/432/KEE. Jersey huwa elenkat fl-Anness II ta’ dik id-Deċiżjoni bħala reġjun li fih japplikaw garanziji addizzjonali għar-rinotrakeite bovina infettiva f’konformità mal-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE.

    (9)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/185/KE (7) tistabbilixxi garanziji addizzjonali għall-movimenti tal-ħnieżer bejn l-Istati Membri. Dawk il-garanziji huma marbuta mal-klassifikazzjoni tal-Istati Membri jew tar-reġjuni tagħhom skont l-istatus tal-mard tagħhom għall-marda ta’ Aujeszky. Ir-Renju Unit huwa elenkat fl-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni bħala uffiċjalment ħieles mill-marda ta’ Aujeszky. Il-punt 2(d) tal-Anness III ta’ dik id-Deċiżjoni jelenka l-istituti responsabbli għall-verifika tal-kwalità tal-metodu ELISA f’kull Stat Membru. Fost l-istituti elenkati hemm wieħed fir-Renju Unit. F’konformità mat-taqsima 36 tal-Anness 2 tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq, ir-referenzi għal-laboratorji nazzjonali ta’ referenza fl-atti elenkati f’dik it-taqsima ma għandhomx jinqraw bħala li jinkludu l-laboratorju ta’ referenza fir-Renju Unit.

    (10)

    F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Ftehim dwar il-Ħruġ), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, id-Direttivi 64/432/KEE u 91/68/KEE, kif ukoll l-atti tal-Kummissjoni bbażati fuqhom, japplikaw għar-Renju Unit u fih fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq wara t-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-ħruġ. Għal dik ir-raġuni, ir-referenzi għar-Renju Unit fl-Anness I tad-Deċiżjoni 93/52/KEE, fil-Kapitolu 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE kif ukoll fil-Kapitolu 1 tal-Anness III tagħha u fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2008/185/KE, jenħtieġ li jiġu sostitwiti b’referenzi għar-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.

    (11)

    Barra minn hekk, jeħtieġ jitħassru r-referenzi għar-Renju Unit mill-Kapitolu 2 tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2003/467/KE, kif ukoll mill-Kapitolu 2 tal-Anness III ta’ dik id-Deċiżjoni, mill-Anness II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE u mill-Anness III tad-Deċiżjoni 2008/185/KE.

    (12)

    Għaldaqstant, id-Deċiżjonijiet 93/52/KEE, 2003/467/KE, 2004/558/KE u 2008/185/KE jenħtieġ li jiġu emendati skont dan.

    (13)

    Peress li l-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-ħruġ jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2020, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

    (14)

    Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness I tad-Deċiżjoni 93/52/KEE, il-Kapitolu 2 tal-Anness II u l-Kapitolu 1 tal-Anness III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE u l-Anness I tad-Deċiżjoni 2008/185/KE huma emendati kif stabbilit fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-Kapitolu 2 tal-Anness I u l-Kapitolu 2 tal-Anness III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE, l-Anness II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE u l-Anness III tad-Deċiżjoni 2008/185/KE huma emendati kif stabbilit fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2020.

    Għall-Kummissjoni

    Stella KYRIAKIDES

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.

    (2)  ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19.

    (3)  Ir-Regolament (KEE) Nru 706/73 tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 1973 li jikkonċerna l-arranġamenti tal-Komunità applikabbli għall-Channel Islands u l-Isle of Man għal kummerċ fi prodotti agrikoli (ĠU L 68, 15.3.1973, p. 1).

    (4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/52/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1992 li tieħu nota tal-konformità ta’ ċerti Stati Membri jew reġjuni mal-kundizzjonijiet li jirrigwardaw il-bruċellosi (B.melitensis) u li tagħtihom l-istatus ta’ Stat Membru jew reġjun uffiċjalment ħieles mill-marda (ĠU L 13, 21.1.1993, p. 14).

    (5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE tat-23 ta’ Ġunju 2003 li tistabbilixxi l-istatus ta’ xi Stati Membri u reġjuni fl-Istati Membri bħala uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolosi, bruċellosi u lewkosi bovina enżootika fir-rigward tal-merħliet ta’ annimali bovini (ĠU L 156, 25.6.2003, p. 74).

    (6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KE tal-15 ta’ Lulju 2004 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE li tirrigwarda garanziji addizzjonali għan-negozju intra-Komunitarju ta’ annimali bovini relatati mar-rinotrakeite bovina infettiva u l-approvazzjoni tal-programmi ta’ qerda ppreżentati minn ċerti Stati Membri (ĠU L 249, 23.7.2004, p. 20).

    (7)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/185/KE tal-21 ta’ Frar 2008 dwar garanziji addizzjonali f’kummerċ intra-Komunitarju tal-majjal rigward il-marda ta’ Aujeszky, u kriterji sabiex jipprovdu informazzjoni dwar din il-marda (ĠU L 59, 4.3.2008, p. 19).


    ANNESS I

    Parti 1

    Fl-Anness I tad-Deċiżjoni 93/52/KEE, it-tabella hija sostitwita b’dan li ġej:

    Kodiċi ISO

    Stat Membru (*1)

    BE

    Il-Belġju

    CZ

    Iċ-Ċekja

    DK

    Id-Danimarka

    DE

    Il-Ġermanja

    EE

    L-Estonja

    IE

    L-Irlanda

    CY

    Ċipru

    LV

    Il-Latvja

    LT

    Il-Litwanja

    LU

    Il-Lussemburgu

    HU

    L-Ungerija

    NL

    In-Netherlands

    AT

    L-Awstrija

    PL

    Il-Polonja

    RO

    Ir-Rumanija

    SI

    Is-Slovenja

    SK

    Is-Slovakkja

    FI

    Il-Finlandja

    SE

    L-Iżvezja

    UK(NI)

    Ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq)

    Parti 2

    Il-Kapitolu 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE huwa emendat kif ġej:

    (1)

    It-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Reġjuni tal-Istati Membri uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (*2)

    (*2)  F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għall-Istati Membri jinkludu r-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.”"

    (2)

    l-entrata li tikkonċerna r-Renju Unit hija sostitwita b’dan li ġej:

    “Fir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq):

    l-Irlanda ta’ Fuq.”

    Parti 3

    Fil-Kapitolu 1 tal-Anness III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE, it-tabella hija sostitwita b’dan li ġej:

    Kodiċi ISO

    Stat Membru (*3)

    BE

    Il-Belġju

    CZ

    Iċ-Ċekja

    DK

    Id-Danimarka

    DE

    Il-Ġermanja

    EE

    L-Estonja

    IE

    L-Irlanda

    CY

    Ċipru

    LV

    Il-Latvja

    LT

    Il-Litwanja

    LU

    Il-Lussemburgu

    HU

    L-Ungerija

    NL

    In-Netherlands

    AT

    L-Awstrija

    PL

    Il-Polonja

    RO

    Ir-Rumanija

    SI

    Is-Slovenja

    SK

    Is-Slovakkja

    FI

    Il-Finlandja

    SE

    L-Iżvezja

    UK(NI)

    Ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq)

    Parti 4

    L-Anness I tad-Deċiżjoni 2008/185/KE huwa emendat kif ġej:

    (1)

    It-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

    L-Istati Membri  (*4) jew ir-reġjuni tagħhom li huma ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky u fejn il-vaċċinazzjoni hija pprojbita

    (*4)  F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għall-Istati Membri jinkludu r-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.”"

    (2)

    l-entrata li tikkonċerna r-Renju Unit hija sostitwita b’dan li ġej:

    “UK(NI)

    Ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq)

    l-Irlanda ta’ Fuq.”


    (*2)  F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għall-Istati Membri jinkludu r-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.”

    (*4)  F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għall-Istati Membri jinkludu r-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.””


    (*1)  F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għall-Istati Membri jinkludu r-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq”

    (*3)  F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għall-Istati Membri jinkludu r-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq”


    ANNESS II

    Parti 1

    Fil-Kapitolu 2 tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2003/467/KE, titħassar l-entrata li tikkonċerna r-Renju Unit.

    Parti 2

    Fil-Kapitolu 2 tal-Anness III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE, titħassar l-entrata li tikkonċerna r-Renju Unit.

    Parti 3

    Fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE, titħassar l-entrata li tikkonċerna r-Renju Unit.

    Parti 4

    Fil-punt 2(d) tal-Anness III tad-Deċiżjoni 2008/185/KE, titħassar l-entrata li tikkonċerna r-Renju Unit.


    Top