Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D1792

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1792 tas-16 ta’ Novembru 2020 dwar it-taxxa AIEM applikabbli fil-Gżejjer Kanarji

    ĠU L 402, 1.12.2020, p. 13–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/1792/oj

    1.12.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 402/13


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1792

    tas-16 ta’ Novembru 2020

    dwar it-taxxa AIEM applikabbli fil-Gżejjer Kanarji

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 349 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

    Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġiżlattiva speċjali,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. (TFUE), il-Kunsill, filwaqt li jqis ir-restrizzjonijiet strutturali soċjali u ekonomiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi, inkluż il-periferiċità, l-insularità, id-daqs żgħir, it-topografija diffiċli u d-dipendenza ekonomika tagħhom fuq ftit prodotti, irid jadotta miżuri speċifiċi mmirati, b’mod partikolari, li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tat-Trattati għal dawk ir-reġjuni, inkluż il-politiki komuni.

    (2)

    Għalhekk, jenħtieġ li jiġu adottati miżuri speċifiċi sabiex jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tat-TFUE għal dawk ir-reġjuni. Tali miżuri iridu jqisu l-karatteristiċi u r-restrizzjonijiet speċjali ta’ dawk ir-reġjuni, bla preġudizzju għall-integrità u l-koerenza tal-ordni ġuridiku tal-Unjoni, inkluż is-suq intern u l-politiki komuni.

    (3)

    Id-dipendenza ekonomika tal-Gżejjer Kanarji fuq is-settur tas-servizzi u b’mod partikolari fuq it-turiżmu, kif imkejjel fis-sehem tal-PDG tar-reġjun relatat ma’ dak is-settur, tikkostitwixxi restrizzjoni sinifikanti. Dak is-settur għandu rwol ferm akbar fl-ekonomija tal-Gżejjer Kanarji mis-settur tal-industrija.

    (4)

    Il-kombinazzjoni tal-iżolament u l-insularità inerenti f’arċipelagu tfixkel il-moviment liberu tal-persuni, tal-oġġetti u tas-servizzi u hija t-tieni l-akbar restrizzjoni li qed jiffaċċjaw il-Gżejjer Kanarji. Il-post fejn jinsabu l-gżejjer iżid id-dipendenza tagħhom fuq it-trasport bl-ajru u fuq it-trasport marittimu. It-trasport lejn, minn u fuq dawk il-gżejjer imbiegħda u insulari jkompli jżid il-kostijiet tal-produzzjoni għall-industriji lokali. Il-kostijiet tal-produzzjoni huma akbar minħabba li dawk il-modi ta’ trasport huma inqas effiċjenti u jiġu jiswew iktar flus milli bit-triq jew bil-ferrovija.

    (5)

    Bħala konsegwenza ulterjuri ta’ dan l-iżolament, kostijiet ogħla tal-produzzjoni jirriżultaw mid-dipendenza tal-gżejjer fuq l-importazzjoni ta’ materja prima u tal-enerġija, l-obbligu li jiġu akkumulati ħażniet u diffikultajiet li jaffettwaw il-forniment ta’ tagħmir ta’ produzzjoni.

    (6)

    Id-daqs żgħir tas-suq u l-livell baxx tal-attività tal- esportazzjoni, il-frammentazzjoni ġeografika tal-arċipelagu, u l-obbligu li jinżammu linji ta’ produzzjoni diversifikati iżda żgħar sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ suq żgħir, jillimitaw l-opportunitajiet għal ekonomiji ta’ skala.

    (7)

    F’ħafna każijiet huwa aktar diffiċli jew aktar għali fil-Gżejjer Kanarji biex tikseb servizzi speċjalizzati u ta’ manutenzjoni, u taħriġ għal maniġers u tekniċi, jew li tissottokuntratta jew tippromwovi l-espansjoni ta’ negozju lil hinn mis-suq reġjonali. Il-firxa dejqa ta’ metodi ta’ distribuzzjoni tirriżulta wkoll f’eċċess ta’ stokk.

    (8)

    Fir-rigward tal-ambjent, ir-rimi ta’ skart industrijali u t-trattament ta’ skart tossiku jagħti lok għal kostijiet ambjentali ogħla. Dawk il-kostijiet huma ogħla minħabba li ma hemmx impjanti tar-riċiklaġġ, ħlief għal ċerti prodotti, u l-iskart irid ikun ittrasportat biex jiġi ttrattat barra l-Gżejjer Kanarji.

    (9)

    It-taxxa magħrufa bħala ‘Arbitrio sobre Importaciones y Entregas de Mercancías en las Islas Canarias (‘it-taxxa AIEM’) qed isservi l-għan ta’ żvilupp awtonomu tas-setturi ta’ produzzjoni industrijali tal-Gżejjer Kanarji u għad-diversifikazzjoni tal-ekonomija tal-Gżejjer Kanarji.

    (10)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/546/KE (2), adottata skont l-Artikolu 299 tat-Trattat KE, inizjalment awtorizzat lil Spanja biex tapplika eżenzjonijiet minn jew tnaqqis fit-taxxa AIEM sal-31 ta’ Diċembru 2011 għal ċerti prodotti li jiġu prodotti lokalment fil-Gżejjer Kanarji. L-Anness għal dik id-Deċiżjoni kien fih lista ta’ prodotti li għalihom jistgħu jiġu applikati eżenzjonijiet u tnaqqis mit-taxxa. Id-differenza bejn it-tassazzjoni ta’ prodotti lokali u t-tassazzjoni ta’ prodotti oħrajn ma setgħetx taqbeż il-5, il-15 jew il-25 punt perċentwali, skont il-prodott.

    (11)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 895/2011/UE (3) emendat id-Deċiżjoni 2002/546/KE, billi estendiet il-perjodu tal-applikazzjoni tagħha sal-31 ta’ Diċembru 2013.

    (12)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1413/2013/UE (4) emendat ulterjorment id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/546/KE, billi estendiet il-perjodu tal-applikazzjoni tagħha sat-30 ta’ Ġunju 2014.

    (13)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 377/2014/UE (5) awtorizzat lil Spanja biex tapplika eżenzjonijiet minn jew tnaqqis fit-taxxa AIEM sal-31 ta’ Diċembru 2020 għal ċerti prodotti li jiġu prodotti lokalment fil-Gżejjer Kanarji. L-Anness għal dik id-Deċiżjoni fih lista tal-prodotti li għalihom jistgħu japplikaw l-eżenzjonijiet minn jew it-tnaqqis fit-taxxa.

    (14)

    Eżami bir-reqqa tas-sitwazzjoni tikkonferma li huwa meħtieġ li tintlaqa’ t-talba ta’ Spanja li tiġġedded l-awtorizzazzjoni.

    (15)

    Ir-rata differenzjali massima, li tista’ tiġi applikata għall-prodotti industrijali inkwistjoni, jenħtieġ li ma teċċedix il-15 %. B’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, jenħtieġ li l-awtoritajiet Spanjoli jkunu jistgħu jiddeċiedu dwar il-persentaġġ xieraq għal kull prodott. Id-differenzjal tat-taxxa awtorizzat jenħtieġ li ma jeċċedix il-kostijiet addizzjonali ġġustifikati. Madankollu, dak il-vantaġġ fiskali jenħtieġ li japplika soġġett għal limitu ta’ EUR 150 miljun fis-sena, ħlief f’każijiet debitament ġustifikati.

    (16)

    B’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u sabiex tiġi żgurata flessibbiltà, jenħtieġ li l-awtoritajiet Spanjoli jitħallew jemendaw il-lista ta’ prodotti u d-differenzjali tat-taxxa awtorizzati tagħhom biex jirriflettu l-livell attwali tal-kostijiet addizzjonali mġarrba fil-produzzjoni ta’ dawn il-prodotti fil-Gżejjer Kanarji. F’dak il-kuntest, jenħtieġ li jkun possibbli għall-awtoritajiet Spanjoli biex japplikaw rati tad-differenzjali aktar baxxi u li jistabbilixxu taxxa minima għal prodotti speċifiċi fejn meħtieġ, dment li kwalunkwe emenda tkun konformi mal-objettivi tal-Artikolu 349 TFUE. Kwalunkwe emenda fil-lista ta’ prodotti jenħtieġ li tkun ibbażata fuq il-kriterji ta’ eliġibbiltà li ġejjin: li l-produzzjoni lokali teżisti u li s-sehem tagħha fis-suq lokali jammonta għal mill-inqas 5 %; li teżisti importazzjoni sinifikanti ta’ oġġetti (inkluż minn Spanja kontinentali u minn Stati Membri oħra) li tista’ tipperikola l-kontinwazzjoni tal-produzzjoni lokali, u li s-sehem tagħha fis-suq lokali jammonta għal mill-inqas 10 %; u li jeżistu kostijiet addizzjonali li jżidu l-prezz tal-kost tal-produzzjoni lokali meta mqabbla ma’ prodotti li jiġu prodotti bnadi oħra, u b’hekk jikkompromettu l-kompetittività tal-prodotti li jiġu prodotti lokalment.

    (17)

    L-awtoritajiet Spanjoli jenħtieġ li jiġu permessi jidderogaw mil-limiti tas-sehem fis-suq f’ċirkostanzi debitament ġustifikati, li jinkludu: produzzjoni li tirrikjedi ħafna ħaddiema; produzzjoni li altrimenti tkun ta’ importanza strateġika għall-iżvilupp lokali; produzzjoni soġġetta għal varjazzjonijiet perjodiċi; produzzjoni li tinsab f’żoni partikolarment żvantaġġati; u produzzjoni ta’ prodotti mediċi u tagħmir personali protettiv meħtieġ biex jiġu indirizzati l-kriżijiet tas-saħħa. Jenħtieġ li jkun possibbli għall-awtoritajiet Spanjoli li jemendaw il-lista ta’ prodotti u d-differenzjal tat-taxxa awtorizzat tagħhom, dment li kwalunkwe emenda tkun konformi mal-objettivi tal-Artikolu 349 TFUE.

    (18)

    L-objettiv li jiġi promoss l-iżvilupp soċjoekonomiku tal-Gżejjer Kanarji huwa rifless fuq livell nazzjonali fl-għan li għalih twaqqfet it-taxxa AIEM u l-allokazzjoni tad-dħul li hija tiġġenera. L-inkorporazzjoni tad-dħul mit-taxxa AIEM fir-riżorsi tas-sistema ekonomika u tat-taxxa tal-Gżejjer Kanarji u l-użu ta’ dak id-dħul għal strateġija ta’ żvilupp ekonomiku u soċjali li tinvolvi l-promozzjoni ta’ attivitajiet lokali hima obbligi legali.

    (19)

    L-eżenzjonijiet minn jew it-tnaqqis fit-taxxa AIEM jenħtieġ li japplikaw għal seba’ snin. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet li jiġġustifikaw l-awtorizzazzjoni għadhomx issodisfati, jenħtieġ li l-awtoritajiet Spanjoli jissottomettu rapport ta’ monitoraġġ lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2025.

    (20)

    Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikoli 107 u 108 TFUE,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    1.   B’deroga mill-Artikoli 28, 30 u 110 TFUE, l-awtoritajiet Spanjoli għandhom jiġu awtorizzati sal-31 ta’ Diċembru 2027 li jistabbilixxu, fir-rigward tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kategoriji elenkati fl-Anness I li jiġu prodotti lokalment fil-Gżejjer Kanarji, eżenzjonijiet totali minn jew tnaqqis parzjali fit-taxxa magħrufa bħala “Arbitrio sobre las Importaciones y Entregas de mercancias en las islas Canarias” (“it-taxxa AIEM”). Dawk l-eżenzjonijiet jew tnaqqis għandhom jagħmlu parti mill-istrateġija għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-Gżejjer Kanarji u jikkontribwixxu għall-promozzjoni ta’ attivitajiet lokali.

    2.   L-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet totali jew tat-tnaqqis parzjali msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex twassal għal differenzi li jeċċedu l-15 % għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kategoriji elenkati fl-Anness I.

    L-awtoritajiet Spanjoli għandhom jiżguraw li l-eżenzjonijiet jew it-tnaqqis applikati għall-prodotti ma jeċċedux il-persentaġġ strettament meħtieġ biex jinżammu, jiġu promossi u jiġu żviluppati attivitajiet lokali. Id-differenzjal tat-taxxa awtorizzat ma għandux jeċċedi l-kostijiet addizzjonali ġustifikati.

    3.   Il-vantaġġ fiskali għandu japplika soġġett għal limitu ta’ EUR 150 miljun fis-sena, ħlief f’każijiet debitament ġustifikati.

    Artikolu 2

    1.   L-awtoritajiet Spanjoli għandhom jagħżlu l-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1) billi jqisu l-kriterji li ġejjin:

    (a)

    il-produzzjoni lokali teżisti u s-sehem tagħha fis-suq lokali jammonta għal mill-inqas 5 %;

    (b)

    teżisti importazzjoni sinifikanti ta’ oġġetti (inkluż minn Spanja kontinentali u minn Stati Membri oħra) li tista’ tipperikola l-kontinwazzjoni tal-produzzjoni lokali, u s-sehem tagħha fis-suq lokali jammonta għal mill-inqas 10 %;

    (c)

    jeżistu kostijiet addizzjonali li jżidu l-kostijiet tal-produzzjoni lokali meta mqabbla ma’ prodotti li jiġu prodotti bnadi oħra, li jikkompromettu l-kompetittività tal-prodotti li jiġu prodotti lokalment.

    2.   L-awtoritajiet Spanjoli jistgħu jidderogaw mill-limiti tas-sehem fis-suq imsemmija fil-punti (a) u (b) f’ċirkostanzi debitament ġustifikati, li jinkludu:

    (a)

    produzzjoni li tirrikjedi ħafna ħaddiema;

    (b)

    produzzjoni li altrimenti tkun ta’ importanza strateġika għall-iżvilupp lokali;

    (c)

    produzzjoni soġġetta għal varjazzjonijiet perjodiċi;

    (d)

    produzzjoni li tinsab f’żoni partikolarment żvantaġġati;

    (e)

    produzzjoni ta’ prodotti mediċi u tagħmir personali protettiv meħtieġ biex jiġu indirizzati l-kriżijiet tas-saħħa.

    Artikolu 3

    Sal-1 ta’ Jannar 2021, l-awtoritajiet Spanjoli għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-lista inizjali ta’ prodotti li għalihom japplikaw eżenzjonijiet jew tnaqqis. Dawk il-prodotti għandhom jaqgħu fil-kategoriji ta’ prodotti stabbiliti fl-Anness I. L-emendi għal din il-lista ta’ prodotti jistgħu jsiru mill-awtoritajiet Spanjoli, sakemm il-Kummissjoni tiġi nnotifikata bl-informazzjoni rilevanti kollha.

    Artikolu 4

    Sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2025, l-awtoritajiet Spanjoli għandhom jissottomettu rapport ta’ monitoraġġ lill-Kummissjoni sabiex din tkun tista’ tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet li jiġġustifikaw l-awtorizzazzjoni stabbilita fl-Artikolu 1 jibqgħux issodisfati. Ir-rapport ta’ monitoraġġ għandu jkun fih l-informazzjoni stabbilita fl-Anness II.

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

    Artikolu 6

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta’ Spanja.

    Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Novembru 2020.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. ROTH


    (1)  Opinjoni tas-6 ta’ Ottubru 2020 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2002/546/KE tal-20 ta’ Ġunju 2002 dwar it-taxxa AIEM applikabbli fil-Gżejjer Kanarji (ĠU L 179, 9.7.2002, p. 22).

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 895/2011/UE tad- 19 ta’ Diċembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2002/546/KE fir-rigward tal-perijodu tal-applikazzjoni tagħha.(ĠU L 345, 29.12.2011, p. 17).

    (4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1413/2013/UE tas- 17 ta’ Diċembru 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2002/546/KE fir-rigward tal-perjodu ta’ applikazzjoni tagħha (ĠU L 353, 28.12.2013, p. 13).

    (5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 377/2014/UE tat- 12 ta’ Ġunju 2014 dwar it-taxxa AIEM applikabbli fil-Gżejjer Kanarji (ĠU L 182, 21.6.2014, p. 4).


    ANNESS I

    LISTA TA’ PRODOTTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1(1) SKONT IL-KATEGORIJI TAL-PRODOTT TAL-INTESTATURI TAS-SISTEMA ARMONIZZATA

    Agrikoltura, trobbija tal-annimali, forestrija u sajd

    0203

    0204

    0207

    0407

    0603

    0701

    0703

    0706

    0708

    0810

    Minjieri u barrieri

    2516

    6801

    6802

    6810

    Materjali tal-bini

    2523

    3816

    3824

    6809

    7006

    7007

    7008

    7009

    7010

    Sustanzi kimiċi

    2804

    2807

    2811

    2828

    2853

    3102

    3105

    3208

    3209

    3212

    3213

    3214

    3304

    3401

    3402

    3406

    3814

    3917

    3920

    3923

    3925

    4012

     

     

     

     

    Industriji tax-xogħol tal-ħadid

    7308

    7309

    7604

    7608

    7610

    8415

    8424

    8907

    9403

    9404

    9406

    Industrija tal-ikel u tax-xorb

    0210

    0305

    0403

    0406

    0901

    1101

    1102

    1601

    1602

    1702

    1704

    1806

    1901

    1902

    1904

    1905

    2002

    2005

    2006

    2007

    2008

    2009

    2103

    2105

    2106

    2201

    2202

    2203

    2204

    2208

    2309

     

     

     

     

     

     

     

     

    Tabakk

    2402

    Tessuti, ġilda u żraben

    6109

    6112

    Karta

    4808

    4811

    4818

    4819

    4821

    4823

    Arti grafika

    4909

    4910

    4911


    ANNESS II

    L-INFORMAZZJONI LI TRID TIDDAĦĦAL FIR-RAPPORT TA’ MONITORAĠĠ IMSEMMI FL-ARTIKOLU 4

    1.   

    Kostijiet addizzjonali stmati. L-awtoritajiet Spanjoli għandhom jibagħtu rapport sommarju li jkun fih data suffiċjenti sabiex jiġi evalwat jekk jeżistux il-kostijiet addizzjonali, li jżidu l-prezz tal-kost tal-produzzjoni lokali meta mqabbla mal-prodotti mmanifatturati band’ oħra. L-informazzjoni pprovduta fir-rapport sommarju għandha tinkludi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja, meta tali informazzjoni tkun disponibbli: kostijiet ta’ dħul; kostijiet ta’ ħażniet żejda; kostijiet ta’ tagħmir; kostijiet ta’ xogħol addizzjonali; u kostijiet finanzjarji. Dik id-data trid tiġi pprovduta, mill-inqas, permezzz ta’ referenza għall-kategoriji tal-prodotti tal-Intestaturi tas-Sistema Armonizzata, skont l-erba’ ċifri tan-Nomenklatura Magħquda.

    Dak ir-rapport għandu jkun fih ir-riżultati sommarji ta’ studji ad hoc dettaljati dwar kostijiet addizzjonali li Spanja għandha tkompli twettaq perjodikament.

    2.   

    Sussidji oħra. L-awtoritajiet Spanjoli għandhom jibagħtu lista tal-miżuri l-oħra kollha ta’ għajnuna u ta’ appoġġ li jindirizzaw il-kostijiet operattivi addizzjonali tal-operaturi ekonomiċi marbuta mal-istatus ta’ reġjuni ultraperiferiċi tal-Gżejjer Kanarji.

    3.   

    Impatt fuq il-baġit pubbliku. L-awtoritajiet Spanjoli għandhom jimlew it-Tabella 1 u jipprovdu l-ammont totali stmat (f’EUR) tat-taxxa miġbura jew mhux miġbura taħt it-taxxa AIEM.

    Tabella 1

    Sena (*1)

    2019

    2020

    2021

    2022

    2023

    2024

    Noti (*2)

    Dħul mit-taxxa mitluf (1)

     

     

     

     

     

     

     

    Riċevuti tat-taxxa – importazzjonijiet (2)

     

     

     

     

     

     

     

    Riċevuti tat-taxxa – produzzjoni lokali (3)

     

     

     

     

     

     

     

    Noti mat-Tabella 1:

    4.   

    Impatt fuq il-prestazzjoni ekonomika globali. L-awtoritajiet Spanjoli għandhom jimlew it-Tabella 2 u jipprovdu kwalunkwe data li turi l-impatt tat-taxxi mnaqqsa fuq l-iżvilupp soċjoekonomiku tar-reġjun. L-indikaturi meħtieġa fit-Tabella 2 għandhom jirreferu għall-prestazzjoni tas-setturi appoġġati meta mqabbel mal-prestazzjoni ġenerali tal-ekonomija reġjonali. Jekk uħud mill-indikaturi ma jkunux disponibbli, għandha tiddaħħal data alternattiva ta’ rappurtar dwar il-prestazzjoni soċjoekonomika globali tar-reġjun.

    Tabella 2

    Sena (*3)

    2019

    2020

    2021

    2022

    2023

    2024

    Noti (*4)

    Valur miżjud gross reġjonali

     

     

     

     

     

     

     

    Fis-setturi appoġġati (4)

     

     

     

     

     

     

     

    Impjieg globali reġjonali

     

     

     

     

     

     

     

    Fis-setturi appoġġati (4)

     

     

     

     

     

     

     

    Għadd ta’ intrapriżi attivi

     

     

     

     

     

     

     

    Fis-setturi appoġġati (4)

     

     

     

     

     

     

     

    Indiċi tal-livell tal-prezzijiet - fil-kontinent (4)

     

     

     

     

     

     

     

    Indiċi tal-livell tal-prezzijiet - fir-reġjun

     

     

     

     

     

     

     

    Noti mat-Tabella 2:

    5.   

    Speċifikazzjonijiet tar-reġim. L-awtoritajiet Spanjoli għandhom jimlew it-Tabelli 3 u 4 għal kull prodott (CN4, CN6, CN8 jew TARIC10 kif applikabbli) u skont is-sena (minn 2019 sa 2024). Il-lista tinkludi biss il-prodotti li jibbenefikaw minn rati tat-taxxa differenzjati.

    Tabella 3

    L-identifikazzjoni tal-prodotti u r-rati applikati.

    Prodotti appoġġati – kodiċi tan-NM (4, 6, 8 jew 10 ċifri)

    Sena

    Kategorija approvata CN4 (5)

    Speċifikazzjonijiet tal-kodiċi (6)

    Rata tat-taxxa esterna  (7)

    Rata tat-taxxa interna (8)

    Differenzjal fit-taxxa applikata (9)

    Noti ((**))

     

    2019

     

     

     

     

     

     

     

    2020

     

     

     

     

     

     

     

    2021

     

     

     

     

     

     

     

    2022

     

     

     

     

     

     

     

    2023

     

     

     

     

     

     

     

    2024

     

     

     

     

     

     

    Noti mat-Tabella 3:

    Tabella 4.

    Is-sehem mis-suq tal-prodotti appoġġati.

    Prodotti appoġġati – kodiċi tan-NM (4, 6, 8 jew 10 ċifri)  (*5)

    Sena

    Volum (10)

    Valur (f’EUR) (11)

    Noti (*7)

     

     

    produzzjoni lokali

    unità

    importazzjonijiet

    Sehem mis-suq (*6)

    produzzjoni lokali

    importazzjonijiet

    Sehem mis-suq (*6)

     

     

    2019

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    2020

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    2021

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    2022

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    2023

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    2024

     

     

     

     

     

     

     

     

    Noti mat-Tabella 4:

    6.   

    Irregolaritajiet. L-awtoritajiet Spanjoli għandhom jipprovdu informazzjoni dwar kwalunkwe investigazzjoni dwar irregolaritajiet amministrattivi, b’mod partikolari dwar l-evażjoni mit-taxxi jew il-kuntrabandu, fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni. Huma għandhom jipprovdu informazzjoni, inkluż, tal-inqas, tagħrif dwar in-natura tal-każ, il-valur u l-perjodu ta’ żmien.

     

    7.   

    Ilmenti. L-awtoritajiet Spanjoli għandhom jipprovdu informazzjoni dwar jekk l-awtoritajiet lokali, reġjonali jew nazzjonali rċevewx xi lmenti li jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni, kemm mill-benefiċjarji kif ukoll minn dawk li mhumiex benefiċjarji.

     


    (1)  “Dħul mit-taxxa mitluf”: l-ammont totali (f’EUR) tat-taxxa mhux miġbura minħabba d-differenzjali tat-taxxa applikati għall-produzzjoni lokali (eżenzjonijiet/tnaqqis). Fil-livell tal-prodotti, dan jiġi kkalkulat billi jiġi mmultiplikat il-valur tal-produzzjoni mibjugħa fis-suq lokali (jiġifieri jitnaqqsu l-esportazzjonijiet) bid-differenzjal fit-taxxa applikata. Imbagħad l-indikatur jiġi kkalkulat billi jingħaddu flimkien l-istimi fil-livell tal-prodott.

    (2)  “Riċevuti tat-taxxa - importazzjonijiet”: l-ammont totali (f’EUR) tat-taxxa imposta fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti taxxabbli.

    (3)  “Riċevuti tat-taxxa – produzzjoni lokali”: l-ammont totali (f’EUR) tat-taxxa imposta fuq il-prodotti lokali taxxabbli.

    (*1)  Jista’ jkun li l-informazzjoni ma tkunx disponibbli għas-snin kollha elenkati.

    (*2)  Ipprovdi kummenti u kjarifiki kif meqjus rilevanti.

    (4)  “setturi appoġġjati”: maħsuba bħala s-setturi ekonomiċi (definizzjoni NACE jew simili) fejn il-produzzjoni b’mod prevalenti (skont il-volum tal-produzzjoni) qed tibbenefika minn eżenzjonijiet/tnaqqis fit-taxxa.

    (*3)  Jista’ jkun li l-informazzjoni ma tkunx disponibbli għas-snin kollha elenkati.

    (*4)  Ipprovdi kummenti u kjarifiki kif meqjus rilevanti.

    (5)  “Kategorija approvata CN4”: il-kategorija approvata CN4 f’din id-Deċiżjoni.

    (6)  “Speċifikazzjoni tal-kodiċi”: fil-każ li trattament differenti jiġi estiż għal kodiċijiet b’10 ċifri differenti jew abbażi ta’ speċifikazzjonijiet ad hoc oħra tad-definizzjonijiet tan-NM/TARIC.

    (7)  “Rata tat-taxxa esterna”: ir-rata tat-taxxa applikata għall-importazzjonijiet.

    (8)  “Rata tat-taxxa interna”: ir-rata tat-taxxa applikata għall-produzzjoni lokali.

    (9)  “Differenzjal fit-taxxa applikata”: id-differenza bejn ir-rata esterna u dik interna.

    ((**))  Ipprovdi kummenti u kjarifiki kif meqjus rilevanti.

    (*5)  L-ewwel kolonna għandha tkun identika għat-tabella preċedenti biex tippermetti t-tqabbil tad-data.

    (10)  “Volum”: fil-kolonna “unità” speċifika l-unità ta’ kejl (tunnellati, hl, biċċiet, eċċ.).

    (11)  “Valur”: għall-importazzjoni, jikkoinċidi mal-ammont taxxabbli.

    (*6)  “Sehem mis-suq”: is-sehem mis-suq għandu jiġi kkalkulat billi jitnaqqsu l-esportazzjonijiet ta’ prodotti lokali.

    (*7)  Ipprovdi kummenti u kjarifiki kif meqjus rilevanti.


    Top