Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D0563

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/563 tat-23 ta’ April 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2013/184/PESK dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma

ST/6888/2020/INIT

ĠU L 130, 24.4.2020, pp. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/563/oj

24.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 130/25


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/563

tat-23 ta’ April 2020

li temenda d-Deċiżjoni 2013/184/PESK dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma

Il-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ April 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/184/PESK (1), dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma.

(2)

Abbażi ta’ rieżami tad-Deċiżjoni 2013/184/PESK, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi jiġġeddu sat-30 ta’ April 2021.

(3)

Ġiet riċevuta informazzjoni aġġornata għal entrata waħda.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2013/184/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2013/184/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 12 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 12

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-30 ta’ April 2021. Għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Għandha tiġi mġedda, jew emendata kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”;

(2)

l-Anness huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ April 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

G. GRLIĆ RADMAN


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK tat-22 ta’ April 2013 dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Mjanmar/Burma u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/232/PESK (ĠU L 111, 23.4.2013, p. 75).


ANNESS

L-entrata 3 fil-lista ta’ persuni u entitajiet stabbilita fl-Anness għad-Deċiżjoni 2013/184/PESK hija sostitwita bl-entrata li ġejja:

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-inklużjoni fil-lista

“3.

Than Oo

Data tat-twelid: 12 ta’ Ottubru 1973

Sess: raġel

Numru ta’ identifikazzjoni militari: BC 25723

Il-Brigadier Ġeneral Than Oo kien il-Kmandant tad-Diviżjoni 99 tal-Infanterija Ħafifa tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) sa Mejju 2018. F’dak il-kuntest, hu responsabbli għall-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa kontra l-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta’ Rakhine fit-tieni nofs tal-2017 mid-Diviżjoni 99 tal-Infanterija Ħafifa. Dawn jinkludu qtil illegali, vjolenza sesswali u l-ħruq sistematiku ta’ djar u bini tar-Rohingya.

25.6.2018”


Top