Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R1758

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1758 tat-23 ta’ Ottubru 2019 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008 fir-rigward tal-inklużjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u tad-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu fil-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ kunsinni ta’ annimali tal-akkwakultura (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2019/7640

ĠU L 270, 24.10.2019, pp. 63–65 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32020R2236

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/1758/oj

24.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 270/63


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1758

tat-23 ta’ Ottubru 2019

li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008 fir-rigward tal-inklużjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u tad-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu fil-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ kunsinni ta’ annimali tal-akkwakultura

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22 u l-Artikolu 61(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-29 ta’ Marzu 2017 ir-Renju Unit ippreżenta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Fil-11 ta’ April 2019, il-Kunsill Ewropew adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/584 (2) meħuda bi qbil mar-Renju Unit, li testendi l-perjodu skont l-Artikolu 50(3) tat-TUE. Skont dik id-Deċiżjoni, il-perjodu previst fl-Artikolu 50(3) tat-TUE ġie estiż b’mod ulterjuri sal-31 ta’ Ottubru 2019. Għalhekk, id-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit u fih mill-1 ta’ Novembru 2019 (“id-data tal-ħruġ”).

(2)

L-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2008 (3) jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti, awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ annimali tal-akkwakultura.

(3)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq ipprovda l-garanziji neċessarji sabiex dak il-pajjiż u għad-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu għal ċerti komoditajiet biex jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1251/2008 għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ annimali tal-akkwakultura mid-data tal-ħruġ, billi jkompli jikkonforma mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għal perjodu inizjali ta’ mill-inqas disa’ xhur.

(4)

Għalhekk, meta jitqiesu dawn il-garanziji speċifiċi pprovduti mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, u sabiex jiġi evitat tfixkil bla bżonn tal-kummerċ wara d-data tal-ħruġ, ir-Renju Unit u d-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu, jenħtieġ li jiġu inklużi fil-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008 li huma awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ annimali tal-akkwakultura.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008 jiġi emendat skont dan.

(6)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-1 ta’ Novembru 2019, sakemm f’dik id-data d-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u fih.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Novembru 2019.

Madankollu, m’għandux japplika jekk, f’dik id-data, id-dritt tal-Unjoni jibqa’ japplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u fih.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/584 meħuda bi qbil mar-Renju Unit, tal-11 ta’ April 2019 li testendi l-perijodu taħt l-Artikolu 50(3) TUE (ĠU L 101. 11.4.2019, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2008 tat-12 ta’ Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE fir-rigward tal-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom u li jistabbilixxi lista ta’ speċi li jgħaddu l-mard (ĠU L 337, 16.12.2008, p. 41).


ANNESS

It-tabella stabbilita fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008 hija emendata kif ġej:

(a)

il-linji li ġejjin jiddaħħlu wara l-entrata għall-Gżejjer Cook:

“GB

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

X

X

X

 

Il-pajjiż kollu

GG

Guernesey

X

X

X

 

Il-pajjiż kollu”

(b)

il-linji li ġejjin jiddaħħlu wara l-entrata għal Iżrael:

“IM

Isle of Man

X

 

 

 

Il-pajjiż kollu

JE

Jersey

X

X

X

 

Il-pajjiż kollu”


Top