This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019D1790
Council Decision (CFSP) 2019/1790 of 24 October 2019 amending Decision 2010/638/CFSP concerning restrictive measures against the Republic of Guinea
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1790 tal-24 ta’ Ottubru 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1790 tal-24 ta’ Ottubru 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea
ST/12724/2019/INIT
ĠU L 272, 25.10.2019, p. 152–153
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
25.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 272/152 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/1790
tal-24 ta’ Ottubru 2019
li temenda d-Deċiżjoni 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-25 ta’ Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/638/PESK (1) dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea. |
(2) |
Abbażi ta’ rieżami tad-Deċiżjoni 2010/638/PESK, dawk il-miżuri restrittivi għandhom jiġu estiżi sas-27 ta’ Ottubru 2020. |
(3) |
Jenħtieġ li tiġi inkluża dispożizzjoni għad-Deċiżjoni 2010/638/PESK li tispeċifika li l-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli jistgħu jipproċessaw data personali sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom taħt dik id-Deċiżjoni. |
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2010/638/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2010/638/PESK hija b’dan emendata kif ġej:
(1) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: ”Artikolu 5a 1. Il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-”Rappreżentant Għoli”) jistgħu jipproċessaw data personali sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom taħt din id-Deċiżjoni, b’mod partikolari:
2. Il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli jistgħu jipproċessaw, fejn applikabbli, data rilevanti b’rabta ma’ reati kriminali mwettqa minn persuni fiżiċi elenkati, ma’ kundanni penali ta’ tali persuni jew ma’ miżuri ta’ sigurtà li jikkonċernaw lit-tali persuni, biss sa fejn tali proċessar ikun meħtieġ għat-tħejjija tal-Anness. 3. Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli huma maħtura bħala ”kontrolluri” fis-sens tal-punt (8) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1), sabiex jiġi żgurat li l-persuni fiżiċi kkonċernati jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom taħt ir-Regolament (UE) Nru 2018/1725. (*1) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).”;" |
(2) |
L-Artikolu 8(2) huwa sostitwit b’dan li ġej: ”2. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sas-27 ta’ Ottubru 2020. Hija għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Hija għandha tiġġedded jew tiġi emendata, skont kif meħtieġ, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta’ Ottubru 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
A.-K. PEKONEN
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK tal-25 ta’ Ottubru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea (ĠU L 280, 26.10.2010, p. 10).