Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R0830

    Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/830 tad-9 ta' Marzu 2018 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1322/2014 fir-rigward tal-adattament tal-bini tal-vetturi u tar-rekwiżiti ġenerali għall-approvazzjoni tal-vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija

    C/2018/1391

    ĠU L 140, 6.6.2018, p. 15–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2018/830/oj

    6.6.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 140/15


    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/830

    tad-9 ta' Marzu 2018

    li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1322/2014 fir-rigward tal-adattament tal-bini tal-vetturi u tar-rekwiżiti ġenerali għall-approvazzjoni tal-vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Frar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (1), u b'mod partikulari l-Artikoli 18(4) u 49(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Jenħtieġ li jiġu emendati diversi entrati fl-Anness I tar-Regolament 167/2013 biex ikunu jistgħu jiġu stabbiliti r-rekwiżiti għal kategoriji addizzjonali ta' vetturi skont l-aħħar verżjonijiet ta' ċerti Kodiċijiet standard għall-ittestjar uffiċjali tat-tratturi agrikoli u forestali tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ewropej (Kodiċijiet standard tal-OECD) (2).

    (2)

    Ir-regolamenti tan-NU/KEE li japplikaw fuq bażi obbligatorja u li huma stipulati fl-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1322/2014 (3) jiġu aġġornati regolarment. F'dak ir-rigward, il-lista għandha tiġi kkomplementata b'nota ta' spjegazzjoni li tiċċara li l-manifatturi huma permessi jużaw supplimenti sussegwenti tas-serje ta' emendi applikabbli ta' dawk ir-regolamenti tan-NU/KEE, anke jekk mhumiex ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    (3)

    Biex ikun ċar li ċerti rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni huma ekwivalenti u kompletament allinjati mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kodiċijiet standard tal-OECD, it-test tar-rekwiżiti u n-numerazzjoni li tidher f'ċerti Anness tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1322/2014 għandhom jiġu adattati biex isiru identiċi bħat-test u n-numerazzjoni tal-Kodiċi standard tal-OECD korrispondenti.

    (4)

    Biex jitnaqqas l-għadd ta' korrimenti u inċidenti fatali li jirriżultaw min-nuqqas li tittella' l-istruttura protettiva ta' fuq wara, li tintewa kontra l-qlib, fuq tratturi b'karreġġata dejqa f'sitwazzjonijiet potenzjalment perikolużi, ir-rekwiżiti ergonomiċi jenħtieġ li jsiru obbligatorji biex jiġi ffaċilitat u mħeġġeġ it-tlugħ tal-istruttura protettiva kontra l-qlib meta jkun meħtieġ.

    (5)

    Il-lista ta' rapporti tat-test maħruġa abbażi tal-Kodiċijiet standard tal-OECD u rikonoxxuta għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE bħala alternattiva għar-rapporti tat-test maħruġa abbażi tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1322/2014 jenħtieġ li tiġi aġġornata.

    (6)

    Biex jiġu ċċarati u mtejba ċerti proċeduri tat-test, jenħtieġ li jsiru emendi addizzjonali minuri għall-metodu tat-test għas-sit tas-sewwieq u għar-rekwiżit dwar l-aċċess għall-pożizzjoni tas-sewqan, dwar is-saħħa minima tal-apparat ta' kontroll u dwar ir-rata tal-ħruq tal-materjal tal-kabina kif stabbilit fir-Regolament Delegat (UE) Nru 1322/2014.

    (7)

    Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 167/2013 u r-Regolament Delegat (UE) Nru 1322/2014 jiġu emendati skont dan,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Emendi fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 167/2013

    Fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 167/2013, fir-ringiela Nru 38, fil-kolonni għall-kategoriji tal-vetturi Ca u Cb, “NA” tiġi ssostitwita b'“X”

    Artikolu 2

    Emendi fir-Regolament Delegat (UE) Nru 1322/2014

    Ir-Regolament Delegat (UE) Nru 1322/2014 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    fl-Artikolu 12, il-kliem “għal vetturi tal-kategoriji T2, T3 u T4.3” jiġu sostitwiti bil-kliem “għal vetturi tal-kategoriji T2/C2, T3/C3 u T4.3/C4.3”;

    (2)

    fil-Kapitolu V, jiddaħħal l-Artikolu 35a li ġej:

    “Artikolu 35a

    Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

    1.   Sas-26 ta' Ġunju 2018, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jibqgħu joħorġu l-approvazzjonijiet tat-tip għal tipi ta' vetturi għall-forestrija u għall-agrikoltura, jew għal tipi ta' sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati skont dan ir-Regolament, fil-verżjoni applikabbli tiegħu fil-25 ta' Ġunju 2018.

    2.   Sal-31 ta' Diċembru 2018, l-Istati Membri għandhom jippermettu t-tqegħid fis-suq, ir-reġistrazzjoni jew id-dħul fis-servizz ta' vetturi għall-foresterija u għall-agrikoltura, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati abbażi ta' tip approvat skont dan ir-Regolament, fil-verżjoni applikabbli tiegħu fil-25 ta' Ġunju 2018.”;

    (3)

    fl-Anness I, fit-test taħt l-intestatura “Nota ta' spjegazzjoni:”, jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:

    “Id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali tar-Regolamenti tan-NU/KEE elenkati f'din it-tabella għandhom japplikaw, sakemm dan ir-Regolament ma jipprevedix dati alternattivi speċifiċi. Il-konformità mar-rekwiżiti bi qbil ma' emendi sussegwenti ta' dawk elenkati f'din it-tabella wkoll għandha tiġi aċċettata.”;

    (4)

    l-Anness II jiġi emendat b'konformità mal-Anness I għal dan ir-Regolament;

    (5)

    L-Anness VI huwa emendat kif gej:

    (a)

    Il-punt B hu emendat kif ġej:

    (a)

    fil-punt 3.8.2, l-ewwel paragrafu jinbidel b'dan li ġej:

    “Fejn applikabbli, il-karatteristiċi ta' fraġilizzazzjoni fil-kesħa għandhom jiġu vverifikati jew skont ir-rekwiżiti fi 3.8.2.1 sa 3.8.2.7., inkella skont ir-rekwiżiti fil-punt 3.8.3.”;

    (b)

    jiddaħħal il-punt 3.8.3. li ġej:

    “3.8.3.

    Ir-reżistenza għall-fraġilizzazzjoni fil-kesħa tista' tintwera billi jiġu applikati r-regoli u d-direzzjonijiet tat-Taqsima 3 ta' dan il-Punt B f'temperatura mnaqqsa ta' – 18 °C jew f'temperatura aktar kiesħa. Qabel l-ittestjar dinamiku, l-istruttura protettiva u l-apparat kollu tal-armar għandhom jiġu mkessħa sa – 18 °C jew inqas.”;

    (6)

    fin-Noti ta' spjegazzjoni tal-Anness VI, in-nota ta' spjegazzjoni (1) tiġi sostitwita b'dan li ġej:

    “(1)

    Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, it-test tar-rekwiżiti u n-numerazzjoni stabbiliti fil-punt B huma identiċi mat-test u n-numerazzjoni tal-Kodiċi standard tal-OECD għall-ittestjar uffiċjali tal-istrutturi protettivi mmuntati fuq it-tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (test dinamiku), il-Kodiċi 3 standard tal-OECD, l-Edizzjoni 2017 ta' Frar 2017.”

    (7)

    fl-Anness VII, fin-Noti ta' spjegazzjoni tal-Anness VII, in-nota ta' spjegazzjoni (1) tiġi sostitwita b'dan li ġej:

    “(1)

    Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, it-test tar-rekwiżiti u n-numerazzjoni stabbiliti fil-punt B huma identiċi mat-test u n-numerazzjoni tal-Kodiċi standard tal-OECD għall-ittestjar uffiċjali tal-istrutturi protettivi mmuntati fuq it-tratturi biċ-ċineg għall-agrikoltura u għall-forestrija, il-Kodiċi 8 standard tal-OECD, l-Edizzjoni 2017 ta' Frar 2017.”;

    (8)

    L-Anness VIII huwa emendat kif gej:

    (a)

    fil-punt B, il-punt 3.11.2. jinbidel b'dan li ġej:

    “3.11.2.

    Fejn applikabbli, il-karatteristiċi ta' fraġilizzazzjoni fil-kesħa għandhom jiġu vverifikati skont ir-rekwiżiti fi 3.11.2.1 sa 3.11.2.7”;

    (b)

    fin-Noti ta' spjegazzjoni tal-Anness VIII, in-nota ta' spjegazzjoni (1) tiġi sostitwita b'dan li ġej:

    “(1)

    Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, it-test tar-rekwiżiti u n-numerazzjoni stabbiliti fil-punt B huma identiċi mat-test u n-numerazzjoni tal-Kodiċi standard tal-OECD għall-ittestjar uffiċjali tal-istrutturi protettivi mmuntati fuq it-tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (test statiku), il-Kodiċi 4 standard tal-OECD, l-Edizzjoni 2017 ta' Frar 2017.”

    (9)

    L-Anness IX huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament;

    (10)

    L-Anness X huwa emendat skont l-Anness III ta' dan ir-Regolament;

    (11)

    L-Anness XI huwa emendat skont l-Anness IV ta' dan ir-Regolament.

    (12)

    L-Anness XIII huwa emendat kif gej:

    (a)

    fil-punt 3.1.3 jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “Skont id-diskrezzjoni tal-manifattur, jista' jsir kejl addizzjonali u fakultattiv tal-istorbju bil-magna mitfija u l-apparat awżiljari bħall-fannijiet tal-ventilazzjoni, id-defrosters u apparat elettriku ieħor jitħaddem fuq l-ogħla setting.”;

    (b)

    jiddaħħal il-punt 3.2.2.2.2. li ġej:

    “3.2.2.2.2.

    Matul it-tielet sensiela ta' kejl fakultattiv, il-magna għandha tintefa u l-apparat awżiljari bħall-fannijiet tal-ventilazzjoni, id-defrosters u apparat elettriku ieħor jitħaddem fuq l-ogħla setting.”;

    (13)

    L-Anness XIV huwa emendat skont l-Anness V ta' dan ir-Regolament;

    (14)

    Fl-Anness XV, il-punt 3.3.2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “3.3.2.

    It-tarġa jew l-iskaluna ta' fuq għandha tkun faċilment identifikabbli u aċċessibbli għal persuna li tkun ser toħroġ mill-vettura. Id-distanza vertikali bejn it-tarġiet jew l-iskaluni sussegwenti għandha tkun ugwali. Madankollu, hija permessa tolleranza ta' 20 mm.”;

    (15)

    fl-Anness XVIII, fin-Noti ta' Spjegazzjoni tal-Anness XVIII, in-nota ta' spjegazzjoni (1) tiġi sostitwita b'dan li ġej:

    “(1)

    Sakemm in-numerazzjoni u r-rekwiżiti stabbiliti fil-punt B huma identiċi mat-test tal-Kodiċi standard tal-OECD għall-ittestjar uffiċjali tal-istrutturi protettivi mmuntati fuq it-tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (test statiku), il-Kodiċi 4 standard tal-OECD, l-Edizzjoni 2017 ta' Frar 2017.”;

    (16)

    fl-Anness XXII, il-punt 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “4.   Dikjarazzjoni dwar l-istorbju

    Il-manwal tal-operatur għandu jagħti l-valuri tal-istorbju f'widnet l-operatur għal kull kundizzjoni tal-ittestjar stabbilita fl-Anness XIII, inkella r-riżultati tat-test tal-livell tal-ħoss tal-Kodiċi Standard 5 tal-OECD b'konformità mal-punt 4 tal-mudell tar-rapport tat-test.”;

    (17)

    fl-Anness XXIII, il-punt 1.2.1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “1.2.1.

    L-apparati ta' kontroll bħalma huma r-roti tal-istering jew il-levers tal-istering, il-gear levers, il-cranks, il-pedali u s-swiċċijiet għandhom jintgħażlu, jiġu ddisinjati, mibnija u mqassma biex il-forzi tal-attwazzjoni, l-ispostament, fejn jinsabu, il-metodi tat-tħaddim u l-kodiċijiet tal-kuluri tagħhom ikunu skont l-istandard ISO 15077:2008, inklużi d-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Annessi A u C ta' dak l-istandard.”;

    (18)

    fl-Anness XXVII, il-punt 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “2.   Ir-rata tal-ħruq tal-materjal tal-kabina

    Ir-rata tal-ħruq tal-materjal ta' ġewwa tal-kabina, bħalma hija t-tapizzerija tas-sit, il-ħitan, l-art u l-inforra tas-saqaf, fejn preżenti, m'għandhiex taqbeż ir-rata massima ta' 150 mm/min meta ttestjata skont l-istandard ISO 3795:1989 jew l-istandard FMVSS302.”.

    Artikolu 3

    Id-dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Marzu 2018.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 60, 2.3.2013, p. 1.

    (2)  http://www.oecd.org/tad/code/oecd-standard-codes-official-testing-agricultural-forestry-tractors.htm

    (3)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1322/2014 tad-19 ta' Settembru 2014 li jissupplimenta u jemenda r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-bini tal-vetturi u tar-rekwiżiti ġenerali għall-approvazzjoni tal-vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (ĠU L 364, 18.12.2014, p. 1).


    ANNESS I

    Fl-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1322/2014, it-tabella tiġi sostitwita b'dan li ġej:

    “Rapport tat-test abbażi tal-Kodiċi tal-Istandard tal-OECD Nru

    Suġġett

    Data

    Applikabbiltà

    Alternattiva għar-rapport tat-test tal-UE abbażi ta'

    3

    Ittestjar uffiċjali tal-istrutturi ta' protezzjoni mmuntati fuq it-tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija

    (test dinamiku)

    Edizzjoni 2017

    -Frar 2017-

    T1, T4.2 u T4.3

    Anness VI

    Anness XVIII (jekk ikunu ġew ittestjati l-ankraġġi taċ-ċinturini tas-sikurezza)

    4

    Ittestjar uffiċjali tal-istrutturi ta' protezzjoni mmuntati fuq it-tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija

    (test statiku)

    Edizzjoni 2017

    -Frar 2017-

    T1/C1, T4.2/C4.2 u T4.3/C4.3

    Anness VIII u

    Anness XVIII (jekk ikunu ġew ittestjati l-ankraġġi taċ-ċinturini tas-sikurezza)

    5

    Kejl uffiċjali tal-istorbju fil-pożizzjoni(jiet) bilqiegħda fuq tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija

    Edizzjoni 2017

    -Frar 2017-

    T u C

    Anness XIII

    6

    L-ittestjar uffiċjali ta' strutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib armati fuq quddiem ta' tratturi b'karreġġata dejqa bir-roti għall-agrikoltura u għall-forestrija

    Edizzjoni 2017

    -Frar 2017-

    T2/C2, T3/C3 u T4.3/C4.3

    Anness IX (jekk ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni għall-istrutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib li jintwew ikunu ġew ittestjati u ssodisfati) u

    Anness XVIII (jekk ikunu ġew ittestjati l-ankraġġi taċ-ċinturini tas-sikurezza)

    7

    L-ittestjar uffiċjali ta' strutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib immuntati fuq wara ta' tratturi b'karreġġata dejqa bir-roti għall-agrikoltura u għall-forestrija

    Edizzjoni 2017

    -Frar 2017-

    T2/C2, T3/C3 u T4.3/C4.3

    Anness X (jekk ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni għall-istrutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib li jintwew ikunu ġew ittestjati u ssodisfati) u

    Anness XVIII (jekk ikunu ġew ittestjati l-ankraġġi taċ-ċinturini tas-sikurezza)

    8

    Ittestjar uffiċjali tal-istrutturi ta' protezzjoni mmuntati fuq it-tratturi biċ-ċineg għall-agrikoltura u għall-forestrija

    Edizzjoni 2017

    -Frar 2017-

    C1, C2, C4.2 u C4.3

    Anness VII u

    Anness XVIII (jekk ikunu ġew ittestjati l-ankraġġi taċ-ċinturini tas-sikurezza)

    10

    Ittestjar uffiċjali tal-istrutturi ta' protezzjoni mmuntati fuq it-tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija kontra l-oġġetti li jaqgħu

    Edizzjoni 2017

    -Frar 2017-

    T u C

    Anness XI

    Parti C”.


    ANNESS II

    L-Anness IX tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1322/2014 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Il-punt B hu emendat kif ġej:

    (a)

    il-punt 1.3.1. jiġi sostitwit b'li ġej:

    “1.3.1.   Definizzjoni preliminari: pjan medjan tar-rota jew taċ-ċinga.

    Il-pjan medjan tar-rota jew taċ-ċinga huwa ekwidistanti miż-żewġ pjani li fihom il-periferija tar-rimmijiet jew taċ-ċineg fit-truf ta' barra tagħhom.”;

    (b)

    fil-punt 1.3.2, tiżdied is-sentenza li ġejja:

    “Għat-tratturi biċ-ċineġ, il-karreġġata hija d-distanza bejn il-pjanijiet medji taċ-ċineg.”;

    (c)

    fil-punt 1.4., tiżdied is-sentenza li ġejja:

    “Għat-tratturi armati biċ-ċineg: id-distanza bejn il-pjani vertikali perpendikulari għall-pjan medjan lonġitudinali tat-trattur li jgħaddi mir-roti motorizzati.”;

    (d)

    il-punti 2.1.2 u 2.1.3 jinbidlu b'dan li ġej:

    “2.1.2.

    wisa' minimu ta' bejn iż-żewġ roti, fissa jew aġġustabbli, b'wieħed mill-fusien ta' inqas minn 1 150 mm mgħammar b'tajers jew ċineg ta' qies akbar. Huwa preżunt illi l-fus immuntat bit-tajers jew ċineg aktar wisgħin huwa ssettjat f'wisa' tal-karreġġata ta' mhux aktar minn 1 150 mm. Għandu jkun possibbli li l-wisa' tal-karreġġata tal-fus l-ieħor jiġi ssettjat b'tali mod li x-xfar ta' barra tat-tajers l-aktar dojoq ma joħorġux aktar il barra mix-xfar tan-naħa ta' barra tat-tajers tal-fus l-ieħor. Meta ż-żewġ fusien jiġu mgħammra bi rimmijiet u b'tajers jew ċineg tal-istess qies, il-wisa' tal-karreġġata fissa jew li tista' tiġi aġġustata taż-żewġ fusien irid ikun inqas minn 1 150 mm;

    2.1.3.

    massa akbar minn 400 kg iżda inqas minn 3 500 kg, li tikkorrispondi għall-massa mingħajr tagħbija tat-trattur, inkluż l-istruttura tal-protezzjoni kontra l-qlib u t-tajers jew iċ-ċineg tal-akbar daqs irrakkomandat mill-manifattur. Il-massa massima permissibbli ma għandhiex taqbeż 5 250 kg u l-Proporzjon tal-Massa (Massa Massima Permissibbli/Massa ta' Referenza) ma għandux ikun akbar minn 1,75;”;

    (e)

    fil-punt 3.1.2.3., tiżdied is-sentenza li ġejja:

    “Fil-każ ta' trattur armat biċ-ċineg, il-manifattur għandu jiddefinixxi s-settings taċ-ċineg.”;

    (f)

    fil-punt 3.1.3.2., it-tieni u t-tielet sentenza huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “Dan l-angolu għandu jkun tal-anqas 38° fil-mument meta t-trattur ikun qed iserraħ fi stat ta' ekwilibriju mhux stabbli fuq ir-roti jew iċ-ċineg li jmissu mal-art. Wettaq it-test darba bir-rota tal-istering imdawra kompletament fuq in-naħa tal-lemin u darba bir-rota tal-istering imdawra kompletament fuq in-naħa tax-xellug.”

    (g)

    il-punt 3.1.4.3.1. huwa emendat kif ġej:

    (i)

    il-linja għall-karatteristika tat-trattur B0 tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

    B0

    (m)

    Wisa' tat-tajer jew taċ-ċinga ta' wara;”;

    (ii)

    il-linja għall-karatteristiċi tat-trattur D2 u D3 tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

    D2

    (m)

    L-għoli tat-tajers ta' quddiem jew taċ-ċineg b'tagħbija sħiħa tal-fus;

    D3

    (m)

    L-għoli tat-tajers ta' wara jew taċ-ċineg b'tagħbija sħiħa tal-fus;”;

    (iii)

    fil-linja għall-karatteristika tat-trattur S, il-kliem “Is-somma tal-wisgħat ta' bejn iż-żewġ roti (S) u t-tajer (B0) għandha tkun akbar mill-wisa' B6 tal-istruttura ta' protezzjoni.” huma sostitwiti bil-kliem “It-total tal-wisa' tal-karreġġata ta' wara (S) u l-wisa' tat-tajers jew taċ-ċinga (B0) irid ikun akbar mill-wisa' B6 tal-istruttura protettiva.”;

    (h)

    il-punt 3.1.4.3.2.2. jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    “3.1.4.3.2.2.

    l-assi tar-rotazzjoni huwa parallel mal-fus lonġitudinali tat-trattur u jgħaddi miċ-ċentru tal-uċuħ ta' kuntatt tar-roti ta' quddiem u ta' wara għan-niżla jew iċ-ċinga;”;

    (i)

    fil-punt 3.1.5.1, l-aħħar paragrafu jinbidel b'dan li ġej:

    “Id-distanzi bejn iċ-ċentru ta' gravità u l-fus ta' wara (L3 ) jew il-fus ta' quddiem (L2 ) għandhom ikunu kkalkulati mid-distribuzzjoni tal-massa tat-trattur bejn ir-roti jew iċ-ċineg ta' wara u ta' quddiem.”;

    (j)

    il-punt 3.1.5.2. huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “3.1.5.2.   L-għoli tat-tajers jew ċineg ta' wara (D3 ) u ta' quddiem(D2 )

    Id-distanza mill-ogħla punt tat-tajer jew taċ-ċinga sa wiċċ l-art għandu jitkejjel (il-Figura 6.5), u l-istess metodu għandu jintuża għat-tajers jew ċineg ta' quddiem u ta' wara.”

    (k)

    fil-punt 3.1.5.4., l-aħħar paragrafu jinbidel b'dan li ġej:

    “Il-punt tal-impatt huwa ddefinit mill-pjan tanġenzjali għall-istruttura protettiva li tgħaddi mil-linja mill-punti ta' barra ta' fuq tat-tajer jew taċ-ċineg ta' quddiem u ta' wara (il-Figura 6.7).”

    (l)

    fil-punt 3.1.5.6., l-aħħar paragrafu jinbidel b'dan li ġej:

    “Il-punt tal-impatt huwa definit mill-pjan tanġenzjali għall-bonit tal-magna u l-istruttura protettiva li tgħaddi mill-punti ta' fuq li hemm barra tat-tajer jew iċ-ċinga ta' quddiem (il-Figura 6.7). Il-qisien għandhom jittieħdu fuq iż-żewġ naħat tal-bonit tal-magna.”;

    (m)

    fil-punt 3.1.5.9, l-ewwel u t-tieni paragrafu taħt l-intestatura “Għoli tal-punt ta' quddiem tal-pern tal-fus (H0)” huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “Id-distanza vertikali bejn iċ-ċentru tal-punt ta' quddiem tal-pern tal-fus għaċ-ċentru tal-fus tat-tajers jew taċ-ċineg ta' quddiem (H01 ) għandhom ikunu inklużi fir-rapport tekniku tal-manifattur u għandhom jiġu ċċekkjati.

    Id-distanza vertikali miċ-ċentru tal-fus tat-tajers jew taċ-ċineg ta' quddiem sal-pjan tal-art (H02 ) għandha tiġi mkejla (il-Figura 6.8).”;

    (n)

    il-punti 3.1.5.10. u 3.1.5.11. jinbidlu b'dan li ġej:

    “3.1.5.10.   Il-wisa' tal-karreġġata ta' wara (S)

    Il-wisa' minimu tal-karreġġata ta' wara meta mgħammra b'tajers jew ċineg tal-akbar daqs speċifikat mill-manifattur għandu jitkejjel (Figura 6.9).

    3.1.5.11.   Wisa' tat-tajer jew taċ-ċinga ta' wara (B0 )

    Id-distanza ta' bejn il-pjani vertikali ta' barra u ta' ġewwa tat-tajer jew ċinga ta' wara fil-parti superjuri tagħhom għandha tiġi mkejla (il-Figura 6.9).”;

    (o)

    il-punt 3.2.1.3.4. jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    “3.2.1.3.4.

    Il-wisa' tal-karreġġata trid tiġi aġġustata b'tali mod li, kemm jista' jkun, l-istruttura ta' protezzjoni ma tkunx qed tistrieħ fuq it-tajers jew iċ-ċineg matul it-testijiet tas-saħħa. Jekk dawn it-testijiet isiru skont il-proċedura statika, ir-roti jew iċ-ċineg jistgħu jitneħħew.”

    (p)

    il-punt 3.2.2.2.4. jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    “3.2.2.2.4.

    Jekk it-trattur ikun mgħammar b'sistema ta' sospensjoni bejn il-karozzerija u r-roti jew iċ-ċineg, din għandha tiġi bblokkata matul it-testijiet.”;

    (q)

    il-punt 3.2.5.4. huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “3.2.5.4.   Tagħmir tat-tgħaffiġ

    It-tagħmir kif muri fil-Figura 6.10 għandu jkun jista' jeżerċita forza 'l isfel fuq struttura ta' protezzjoni minn ġo travu riġidu wiesgħa bejn wieħed u ieħor 250 mm imqabbad mal-mekkaniżmu li japplika t-tagħbija permezz ta' ġogi universali. Għandhom ikunu pprovduti axle stands biex it-tajers tat-trattur ma jassorbux il-forza tat-tgħaffiġ.”;

    (r)

    fil-punt 3.3.2.2, l-aħħar sentenza tal-aħħar paragrafu tinbidel b'dan li ġej:

    “Biex dan jiġi stmat, it-tajers jew iċ-ċineg ta' quddiem u ta' wara u l-wisa' tal-karreġġata għandhom ikunu fuq l-iżgħar konfigurazzjoni standard speċifikata mill-manifattur.”;

    (s)

    il-figura 6.5 hija mibdula b'dan li ġej:

    Figura 6.5

    Dejta meħtieġa għall-kalkolu tal-qlib ta' trattur b'imġiba ta' rrolljar triassjali

    Image

    Nota: D2 u D3 għandhom jitkejlu bit-tagħbija massima fuq il-fus.”;

    (t)

    fil-punt 5.3.1, fl-aħħar paragrafu, tiddaħħal is-sentenza li ġejja:

    “Fil-każ ta' trattur armat biċ-ċineg, il-manifattur għandu jiddefinixxi s-settings taċ-ċineg.”;

    (u)

    fit-taqsima B4 (“Rekwiżiti għal testar virtwali”), jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

    “Għal tratturi mgħammra biċ-ċineg, il-linji li ġejjin iridu jiġu ssostitwiti fil-mudell oriġinali:

     

    520 LOCATE 12, 40: PRINT “GĦOLI TAĊ-ĊINEG TA' WARA D3=”

     

    *540 PRINT “GĦOLI TAĊ-ĊINEG TA' QUDDIEM D2=”: LOCATE 13, 29: PRINT “”

     

    650 LOCATE 17, 40: PRINT “WISA' TAĊ-ĊINEG TA' WARA B0=”

     

    970 LPRINT TAB(40); “GĦOLI TAĊ-ĊINEG TA' WARA D3=”;

     

    *980 LPRINT “GĦOLI TAĊ-ĊINEG TA' QUDDIEM D2=”:

     

    1160 LPRINT TAB(40); “WISA' TAĊ-ĊINEG TA' WARA B0=”;

     

    1390 W2 = SQR(H0 * H0 + L0 * L0): S1 = S/2 + B0/2

     

    1530 F2 = 2 * ATN(– L0/D3 + SQR((L0/D3) ^ 2 – (D2/D3) + 1))

     

    1590 X(1, 5) = D3

     

    1660 Y(1, 5) = -L3

    *

    jekk ikun applikabbli”;

    (2)

    fin-Noti ta' spjegazzjoni tal-Anness IX, in-nota ta' spjegazzjoni (1) tiġi sostitwita b'dan li ġej:

    “(1)

    Sakemm in-numerazzjoni tat-taqsimiet B2 u B3 li ġiet armonizzata mal-Anness kollu, it-test tar-rekwiżiti u n-numerazzjoni stabbilit fil-punt B huma identiċi għat-test u n-numerazzjoni tal-Kodiċi tal-Istandard tal-OECD għall-ittestjar uffiċjali ta' strutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib immuntati fuq quddiem ta' tratturi b'karreġġata dejqa għall-agrikoltura u għall-forestrija, il-Kodiċi tal-Istandard 6 tal-OECD, l-Edizzjoni 2017 ta' Frar 2017.”.

    ANNESS III

    L-Anness X tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1322/2014 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Fil-Punt A, jiżdied il-punt 3 li ġej:

    “3.

    Barra mir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 2, għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti għall-prestazzjoni tal-istrutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib li jintwew stabbiliti fis-sezzjoni B3.”

    (2)

    Il-punt B hu emendat kif ġej:

    (1)

    il-punt 3.1.2.2.5 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    “3.1.2.2.5.

    In-naħa magħżula għall-applikazzjoni tal-ewwel tagħbija fuq in-naħa ta' wara tal-istruttura għandha tkun dik li, fl-opinjoni tal-awtoritajiet li qed iwettqu t-test, tirriżulta fl-applikazzjoni tas-serje ta' tagħbijiet fl-aktar kundizzjonijiet mhux favorevoli għall-istruttura. It-tagħbija laterali għandha tiġi applikata fuq in-naħa opposta tat-tagħbija lonġitudinali fuq il-pjan medjan tat-trattur. It-tagħbija ta' quddiem għandha tiġi applikata fuq l-istess ġenb tal-pjan medjan lonġitudinali tal-istruttura ta' protezzjoni tal-impatt jew it-tagħbija tal-ġenb.”;

    (2)

    tiżdied it-taqsima B3 li ġejja:

    “B3   REKWIŻITI TA' PRESTAZZJONI GĦALL-ISTRUTTURI TA' PROTEZZJONI KONTRA L-QLIB LI JINTWEW

    5.1.   Kamp ta' applikazzjoni

    Din it-Taqsima tipprevedi r-rekwiżiti ta' prestazzjoni minima u t-testijiet għal ROPS li jintwew u li jkunu mmunatati fuq in-naħa ta' wara u li jittellgħu u/jew jitniżżlu manwalment minn operatur bilwieqfa (bi jew mingħajr assistenza parzjali) u li jiġu llokkjati manwalment jew awtomatikament.

    5.2.   Għall-iskopijiet ta' din it-taqsima, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    5.2.1.

    ROPS li tintewa li titħaddem bl-idejn” hija struttura protettiva b'żewġ pilastri mmuntata fuq wara li titniżżel u tittella' bl-idejn direttament ikkontrollata mill-operatur (b'assistenza parzjali jew le).

    5.2.2.

    ROPS awtomatika” li tintewa hija struttura protettiva b'żewġ pilastri mmuntata fuq wara b'operazzjonijiet ta' tlugħ/inżul kompletament assistiti.

    5.2.3.

    sistema ta' llokkjar” hija apparat biex tillokkja, bl-idejn jew b'mod awtomatiku, ir-ROPS fil-pożizzjoni mgħollija jew imniżżla.

    5.2.4.

    żona ta' qbid” hija ddefinita mill-manifattur bħala porzjon tar-ROPS u/jew manku addizzjonali armat mar-ROPS fejn l-operatur jista' jwettaq l-operazzjonijiet ta' tlugħ/inżul;

    5.2.5.

    parti aċċessibbli miż-żona ta' qbid” hija maħsuba bħala ż-żona fejn r-ROPS tiġi kkontrollata mill-operatur matul l-operazzjonijiet ta' tlugħ/inżul. din iż-żona għandha tiġi ddefinita fir-rigward taċ-ċentru ġeometriku tas-sezzjonijiet trasversali taż-żona ta' qbid.

    5.2.6.

    żona aċċessibbli” hija l-volum fejn operatur bil-wieqfa jista' japplika forza biex itella' jew iniżżel ir-ROPS;

    5.2.7.

    punt tal-qris” huwa punt perikoluż fejn il-partijiet jiċċaqalqu f'relazzjoni ma' xulxin jew ma' partijiet fissi oħra b'tali mod li jistgħu jikkawżaw il-qris ta' persuni jew ċerti partijiet minn ġisimhom;

    5.2.8.

    punt tat-tiċrit” hija punt perikoluż fejn partijiet jiċċaqalqu fuq xulxin jew fuq partijiet oħra b'tali mod li jistgħu jikkawżaw il-qris jew it-tiċrit ta' persuni jew ċerti partijiet minn ġisimhom.

    5.2.9.

    post għal bilwieqfa” huwa post fuq pjattaforma ta' tratturi li tkun aċċessibbli mill-aċċess ewlieni tal-pożizzjoni bilqiegħda b'biżżejed spazju għal operatur bil-wieqfa.

    5.3.   ROPS li jintwew li jitħaddmu bl-idejn

    5.3.1.   Kundizzjonijiet minn qabel għat-testijiet

    5.3.1.1.   Żona ta' qbid

    Il-manipulazzjoni manwali għandha ssir minn operatur bilwieqfa permezz ta' manku wieħed jew aktar fiż-żona tal-qbid tar-roll-bar.

    Ir-roll-bar tista' tiġi mmanipulata mill-art jew mill-post għal bilwieqfa fuq il-pjattaforma (Figuri 7.8a u 7.8b).

    L-operatur jista' jimmanipula r-roll-bar b'mod parallel mat-trajettorja tagħha, inkella quddiema.

    Proċess f'diversi stadji fejn l-operatur ibiddel il-pożizzjoni u fejn ikun hemm żoni ta' qbid differenti huwa permess.

    Iż-żona ta' qbid għandha tkun identifikata b'mod ċar u permanenti (Figura 7.9).

    Din iż-żona għandha tkun iddisinjata mingħajr ebda truf li jaqtgħu, uċuħ mhux lixxi li jistgħu jikkawżaw korriment lill-operatur.

    Din iż-żona tista' tkun fuq ġenb wieħed jew tnejn tat-trattur u tista' tkun parti strutturali tar-roll-bar jew manki addizzjonali. F'din iż-żona ta' qbid, il-kontroll manwal biex tittella' jew titniżżel ir-roll bar, ma għandux joħloq perikli ta' tiċrit, qris jew moviment mhux kontrollabbli għall-operatur.

    5.3.1.2.   Żoni aċċessibbli

    Tliet żoni aċċessibbli b'ammonti differenti ta' forza permessa huma ddefiniti fir-rigward tal-pjan orizzontali tal-art u l-pjanijiet vertikali tanġenti għall-partijiet ta' barra tat-trattur li jillimitaw il-pożizzjoni jew l-ispostament tal-operatur (Figura 7.10).

    Żona I: żona ta' kumdità

    Żona II: żona aċċessibbli mingħajr mejl 'il quddiem tal-ġisem

    Żona III: żona aċċessibbli permezz ta' mejl 'il quddiem tal-ġisem

    Manipulazzjoni tar-roll-bar b'mod parallel mat-trajettorja tagħha

     

    Il-pożizzjoni u l-moviment tal-operatur huma limitati minn ostakli. Dawn huma partijiet mit-trattur u huma ddefiniti minn pjanijiet vertikali tanġenti għat-truf esterni tal-ostaklu.

     

    Jekk l-operatur ikollu bżonn iċaqlaq saqajh matul il-kontroll manwali tar-roll-bar, huwa permess spostament jew fi pjan parallel għal trajettorja tar-roll-bar jew pjan parallel ieħor biss għall-ewwel wieħed sabiex jingħeleb ostaklu. L-ispostament globali għandu jiġi kkunsidrat bħala kombinazzjoni ta' linji dritti paralleli u perpendikulari għat-trajettorja tar-roll-bar. Huwa aċċettat spostament perpendikolari jekk l-operatur joqrob lejn ir-roll-bar. Iż-żona aċċessibbli għandha titqies bħala l-envelopp taż-żoni aċċessibbli differenti (Figura 7.11).

    Manipulazzjoni tar-roll-bar quddiem it-trajettorja tagħha

     

    Huwa biss fil-każ tal-manipulazzjoni tar-roll-bar quddiem it-trajettorja tagħha li jiġu kkunsidrati bħal estensjonijiet aċċessibbli taż-żona II u taż-żona III (Figura 7.12). F'dawn l-estensjonijiet il-forzi ta' attwazzjoni aċċettabbli huma l-istess bħal dawk fiż-żona II u fiż-żona III rispettivament.

     

    Jekk l-operatur ikollu bżonn iċaqlaq saqajh waqt il-manipulazzjoni manwali tar-roll-bar, dan għandu jsir permezz ta' spostament mingħajr ma jkun hemm ostaklu fil-pjan parallel mat-trajettorja tar-roll-bar.

    F'dan il-każ, iż-żona aċċessibbli għandha titqies bħala l-envelopp taż-żoni aċċessibbli differenti.

    5.3.1.3.   Post għal bilwieqfa

    Kwalunkwe post għal bilwieqfa fuq il-pjattaforma, iddikjarat mill-manifattur, għandu jkun aċċessibbli mill-aċċess ewlieni għall-pożizzjoni tas-sewqan u jkun jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

    Post maħsub għal persuna bilwieqfa għandu jkollu biżżejjed spazju għaż-żewġ saqajn tal-operatur, ikun ċatt, u jkollu superfiċje reżistenti għaż-żliq. Skont il-konfigurazzjoni tal-makkinarju, jista' jikkonsisti minn żewġ superfiċi separati u jista' juża komponenti tal-makkinarju. Għandu jkun ippożizzjonat b'tali mod li l-operatur jista' jibqa' stabbli filwaqt li jwettaq l-azzjonijiet meħtieġa u jkun fuq l-istess livell ta' għoli b'tolleranza ta' ± 50 mm.

    L-imqabad tal-idejn u/jew il-poġġamani għandhom jiġu pprovduti għall-finijiet ta' kultatt fuq tliet punti. Jistgħu jitqiesu partijiet mill-makkinarju biex dan ir-rekwiżit jiġi ssodisfat.

    Post għal bilwieqfa jitqies li jkollu biżżejjed spazju jekk is-superfiċje tiegħu ikun tal-anqas kwadru fis-sezzjoni trażversali ta' 400 mm kull naħa (Figura 7.13).

    Alternattivament, ir-rekwiżit tal-post bilwieqfa jista' jiġi ssodisfat billi jiġi pprovdut biżżejjed spazju għal sieq waħda fuq superfiċje ċatta u rkoppa waħda fuq is-sit.

    5.3.1.4.   Kundizzjonijiet tat-test

    It-trattur irid ikun mgħammar b'tajers li għandhom l-akbar dijametru indikat mill-manifattur u l-iżgħar sezzjoni trażversali għal tajers b'dak id-dijametru. It-tajers iridu jkunu minfuħa sal-pressjoni rakkomandata għax-xogħol f'għalqa.

    Ir-roti ta' wara jridu jkunu ssettjati sal-idjaq wisa' tal-karreġġata; ir-roti ta' quddiem għandhom jiġu ssettjati qrib kemm jista' jkun tal-istess wisa' tal-karreġġata. Jekk ikun possibbli li jkun hemm żewġ settings tal-karreġġata ta' quddiem li jkunu differenti b'mod ugwali mis-setting tal-idjaq karreġġata ta' wara, għandu jintgħażel l-usa' minn dawn iż-żewġ settings tal-karreġġata ta' quddiem.

    5.3.2.   Proċedura tat-test

    L-għan tat-test huwa li jkejjel il-forza meħtieġa biex tittella' jew titniżżel ir-roll-bar. It-test isir fil-kundizzjoni statika: l-ebda moviment inizjali tar-roll-bar. Kull kejl tal-forza meħtieġa biex tittella' jew titniżżel ir-roll-bar għandu jsir f'direzzjoni tanġenti għat-trajettorja tar-roll-bar u jgħaddi miċ-ċentru ġeometriku tas-sezzjonijiet trażversali taż-żona tal-qbid.

    Iż-żona tal-qbid titqies bħala aċċessibbli meta tkun tinsab fiż-żoni aċċessibbli jew l-envelopp taż-żoni aċċessibbli differenti (Figura 7.14).

    Il-forza meħtieġa biex tittella' jew titniżżel ir-roll-bar għandha titkejjel f'punti differenti li huma fil-parti aċċessibbli taż-żona tal-qbid (Figura 7.15).

    L-ewwel kejl jitwettaq fl-estremità tal-parti aċċessibbli taż-żona tal-qbid meta r-roll-bar tkun imniżżla kompletament (Punt 1 fil-Figura 7.15).

    It-tieni kejl huwa ddefinit skont il-pożizzjoni tal-Punt 1 wara r-rotazzjoni tar-roll-bar sal-punt fejn il-perpendikolari mat-trajettorja tar-roll-bar tkun vertikali (Punt 2 fil-Figura 7.15).

    It-tielet kejl isir wara rotazzjoni tar-roll-bar sal-punt tal-parti aċċessibbli taż-żona tal-qbid (Punt 3 fil-Figura 7.15).

    Jekk f'dan it-tielet kejl, ir-roll-bar ma tkunx imtella' kollha, għandu jitkejjel punt ieħor fl-estremità tal-parti aċċessibbli taż-żona ta' qbid meta r-roll bar tkun imtella' kollha (Punt 4 tal-Figura 7.15).

    Jekk bejn il-punt 1 u l-punt 3, it-trajettorja tal-estremità tal-parti aċċessibbli taż-żona tal-qbid taqbeż il-limitu bejn iż-Żona I u ż-Żona II, għandu jsir kejl addizzjonali f'dan il-punt (Figura 7.16).

    Il-forzi massimi f'dan il-punti m'għandhomx jaqbżu l-forza aċċettabbli taż-żona (I, II jew III).

    Sabiex titkejjel il-forza tal-punti meħtieġa, huwa possibbli jew li jitkejjel b'mod dirett il-valur jew li jitkejjel it-torque meħtieġ biex tittella' jew titniżżel ir-roll-bar biex b'hekk tiġi kkalkolata l-forza.

    5.3.3.   Kundizzjoni ta' aċċettazzjoni

    5.3.3.1.   Rekwiżit ta' forza

    Il-forza aċċettabbli għall-attwazzjoni tar-ROPS tiddependi fuq iż-żona aċċessibbli kif muri fit-Tabella 7.2.

    Tabella 7.2

    Forzi permessi

    Żona

    I

    II

    III

    Forza aċċettabbli (N)

    100

    75

    50

    Hija permessa żieda ta' mhux aktar minn 25 % ta' dawn il-forzi aċċettabbli meta r-roll bar tkun imniżżla jew imtella' kollha.

    Hija permessa żieda ta' mhux aktar minn 25 % ta' dawn il-forzi aċċettabbli jekk ir-roll bar tiġi mmanipulata minn quddiem it-trajettorja tagħha.

    Hija permessa żieda ta' mhux aktar minn 50 % ta' dawn il-forzi aċċettabbli fl-operazzjoni ta' nżul.

    5.3.3.2.   Rekwiżiti addizzjonali

    Il-kontroll manwal biex tittella' jew titniżżel ir-roll bar, ma għandux joħloq perikli ta' tiċrit, qris jew moviment mhux kontrollabbli għall-operatur.

    Punt ta' qris mhuwiex meqjus perikoluż għal idejn l-operatur jekk fiż-żona tal-qbid, id-distanzi tas-sikurezza bejn ir-roll-bar u l-parts fissi tat-trattur ma jkunux inqas minn 100 mm għall-idejn, il-polz, il-ponn u 25 mm għas-swaba' (ISO 13854:1996). Id-distanzi siguri għandhom jiġu vverifikati fir-rigward tal-mod ta' kontroll previst mill-manifattur fil-manwal tal-operatur.

    5.4.   Sistema ta' llokkjar bl-idejn

    It-tagħmir armat biex jillokkja r-ROPS f'pożizzjoni mtella'/imniżżla għandu jkun iddisinjat:

    biex jitħaddem minn operatur bilwieqfa wieħed u sitwat f'waħda miż-żoni aċċessibbli;

    ikun diffiċili biex jinqala' mir-ROPS (pereżempju b'pinnijiet imwaħħlin bħal pinijiet li jillokkjaw jew pinijiet li jżommu);

    biex jevita konfużjoni fl-operazzjoni ta' llokkjar (il-post xieraq tal-pinnijiet għandu jiġi indikat);

    biex jevita t-tneħħija mhux apposta jew li jintilfu l-parts.

    Jekk l-apparat li jintuża biex jiġi llokkjat ir-ROPS fil-pożizzjoni wieqfa/imniżżla jkun fil-forma ta' pinnijiet, dawn għandhom jiddaħħlu jew jitneħħew mingħajr diffikultà. Jekk biex tagħmel dan, ikun hemm bżonn tagħmel is-saħħa fuq ir-roll-bar, dan għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-punti 1 u 3 jew 4 (ara l-punt 5.3).

    Għall-apparat ta' llokkjar l-ieħor kollu, dan għandu jiġi ddiżinjat skont approċċ ergonomiku f'dak li għandu x'jaqsam mal-għamla u l-forza, b'attenzjoni partikolari għall-evitar ta' perikli ta' qris jew tiċrit.

    5.5.   Test preliminari tas-sistema ta' llokkjar awtomatiku

    Sistema ta' llokkjar awtomatika mgħammra fuq ROPS li tintewa mħaddma bl-idejn għandha tiġi sottomessa għal test preliminari qabel it-test tas-saħħa tar-ROPS.

    Ir-roll-bar għandha tiġi mgħollija mill-pożizzjoni l-aktar baxxa għall-pożizzjoni llokkjata wieqfa u titniżżel lura kif kienet. Dawn l-operazzjonijiet jikkorrispondu għal ċiklu wieħed. Għandhom jitwettqu 500 ċiklu.

    Dan jista' jsir manwalment jew bl-użu ta' enerġija esterna (attwaturi idrawliċi, pnewmatiċi jew elettriċi). Fiż-żewġ każijiet, il-forza għandha tiġi applikata fi pjan parallel għat-trajettorja tar-roll bar u tgħaddi miż-żona tal-qbid, il-veloċità angulari tar-roll-bar għandha tkun bejn wieħed u ieħor kostanti u inqas minn 20 deg/s.

    Wara 500 ċiklu, il-forza applikata meta r-roll-bar tkun f'pożizzjoni wieqfa ma għandhiex taqbeż b'aktar minn 50 % il-forza permessa (Tabella 7.2).

    Il-ftuħ tar-roll-bar għandu jsir skont il-manwal tal-operatur.

    Wara t-tlestija tal-500 ċiklu, ma għandu jkun hemm ebda manutenzjoni jew aġġustament fuq is-sistema tal-illokkjar,

    Nota 1: It-test preliminari jista' jiġi applikat għal sistemi ROPS li jintwew b'mod awtomatiku wkoll. It-test għandu jitwettaq qabel it-test tas-saħħa tar-ROPS.

    Nota 2: It-test preliminari jista' jitwettaq mill-manifattur. F'tali każ, il-manifattur għandu jipprovdi l-istazzjon tat-test b'ċertifikat li jiddikjara li t-test sar skont il-proċedura tat-test u li ma kien hemm ebda manutenzjoni jew aġġustament fuq is-sistema tal-illokkjar wara t-tlestija tal-500 ċiklu. L-istazzjon tat-test jivverifika l-prestazzjoni tal-apparat b'ċiklu wieħed mill-pożizzjoni l-aktar baxxa għall-pożizzjoni llokkjata wieqfa u lura kif kienet.

    Image

    Figura 7.8 a

    Mill-art

    Figura 7.8 b

    Mill-pjattaforma

    Image

    Figura 7.9

    Żona ta’ qbid

    Żona ta’ qbid

    Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image

    Figura 7.14

    Eżempju tal-parti aċċessibbli miż-żona tal-qbid

    Żoni aċċessibbli

    Trajettorja taż-żona tal-qbid

    Parti aċċessibbli taż-żona tal-qbid

    Image

    Figura 7.15

    Il-punti fejn ir-rekwiżiti ta’ forza għandhom jitkejlu

    Punt 1

    Punt 2

    Punt 3

    Punt 4

    Image

    Figura 7.16

    Punt addizzjonali fejn ir-rekwiżiti ta’ forza għandhom jitkejlu

    Punt addizzjonali

    Punt 1

    Punt 2

    Punt 3

    Punt 4

    ”;

    (3)

    fin-Noti ta' spjegazzjoni tal-Anness X, in-nota ta' spjegazzjoni (1) tiġi sostitwita b'dan li ġej:

    “(1)

    Sakemm in-numerazzjoni tas-sezzjonijiet B2 u B3 li ġiet armonizzata mal-Anness kollu, it-test tar-rekwiżiti u n-numerazzjoni stabbilit fil-punt B huma identiċi għat-test u n-numerazzjoni tal-Kodiċi tal-Istandard tal-OECD għall-ittestjar uffiċjali ta' strutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib immuntati fuq wara ta' tratturi b'karreġġata dejqa bir-roti għall-agrikoltura u għall-forestrija, Kodiċi tal-Istandard 7 tal-OECD, l-Edizzjoni 2017 ta' Frar 2017.”.

    ANNESS IV

    L-Anness XI tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1322/2014 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Il-punt C għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    il-punt 3.1.3. jiġi sostitwit b'li ġej:

    “3.1.3.

    Struttura ta' protezzjoni tista' tiġi ddisinjata unikament biex tipproteġi lis-sewwieq f'każ ta' oġġett li jaqa'. Fuq din l-istruttura jista' jkun possibbli li titwaħħal protezzjoni għas-sewwieq kontra l-maltemp li normalment tkun ta' natura temporanja. Is-sewwieq normalment din ineħħiha meta tkun is-sħana. Madankollu, hemm strutturi ta' protezzjoni li l-kisi ta' barra tagħhom huwa permanenti u għandhom ventilazzjoni kontra s-sħana permezz ta' twieqi jew fetħiet. Billi l-kisi ta' barra jista' jsaħħaħ l-istruttura u jekk ikun jinqala' prattikament ikun hemm għalxejn f'każ ta' inċident, il-partijiet kollha li jistgħu jinqalgħu mis-sewwieq b'dan il-mod għandhom jitneħħew għall-fini tat-test. Il-bibien u t-twieqi li jinfetħu għandhom jew jitneħħew inkella jintrabtu fil-pożizzjoni miftuħa għat-test, b'mod li ma jsaħħux l-istruttura ta' protezzjoni.”;

    (b)

    jiddaħħal il-punt 3.1.3.1. li ġej:

    “3.1.3.1.

    Fil-każ ta' bieba fis-saqaf li tinfetaħ fuq il-projezzjoni vertikali taż-żona ta' sikurezza, fuq talba mill-manifattur, fir-responsabbiltà tiegħu u skont l-istruzzjonijiet tiegħu, it-test jista' jsir jew bil-bieba tas-saqaf:

    fil-pożizzjoni magħluqa - msakkra,

    fil-pożizzjoni miftuħa,

    imneħħi.

    Fi kwalunkwe każ, ir-rekwiżiti tal-punt 3.3. għandhom jiġu ssodisfati u deskrizzjoni tal-kundizzjoni tat-test għandha tiġi ddikjarata fir-rapport tat-test.

    Tul il-bqija ta' dawn ir-regoli għandha ssir referenza biss għall-ittestjar tal-istruttura ta' protezzjoni. Irid ikun ċar li dan jinkludi l-kisi ta' barra li mhux ta' natura temporanja.

    Id-deskrizzjoni ta' kwalunkwe kisi ta' barra temporanju trid tiġi inkluża fl-ispeċifikazzjonijiet. Il-ħġieġ jew kull materjal bħalu li jinkiser malajr għandu jitneħħa qabel it-test. Il-komponenti tat-trattur u tal-istruttura ta' protezzjoni li tista' ssirilhom ħsara għal xejn b'xejn matul it-test u li ma jaffettwawx is-saħħa tal-istruttura ta' protezzjoni jew id-daqsijiet tagħha jistgħu jitneħħew qabel it-test jekk din tkun ix-xewqa tal-manifattur. Ma jistgħux isiru tiswijiet jew aġġustamenti matul it-test. Jistgħu jiġu pprovduti diversi kampjuni identiċi mill-manifattur, jekk ikunu meħtieġa diversi testijiet ta' twaqqigħ.”;

    (c)

    il-punt 3.6.2.8 li ġej jiddaħħal qabel it-Tabella 10.2:

    “3.6.2.8.

    Alternattivament, dawn ir-rekwiżiti jistgħu jiġu vverifikati billi jiġi applikat impatt mill-oġġett tat-test jekk il-komponenti strutturali kollha jkunu f'temperatura ta' – 18 °C jew inqas.”;

    (d)

    l-intestatura tal-Figura 10.3 jinbidel b'dan li ġej:

    Figura 10.3

    Konfigurazzjoni minimima għat-test tal-FOPS

    Struttura ta' protezzjoni marbuta b'mod riġidu ma' bank tat-test mill-post normali tal-immuntar tagħha”;

    (2)

    fin-Noti ta' spjegazzjoni tal-Anness XI, in-nota ta' spjegazzjoni (1) tiġi sostitwita b'dan li ġej:

    “(1)

    Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, it-test tar-rekwiżiti u n-numerazzjoni stabbiliti fil-Punt C huma identiċi għat-test u n-numerazzjoni tal-Kodiċi tal-Istandard tal-OECD għall-ittestjar uffiċjali tal-istrutturi ta' protezzjoni kontra oġġetti li jaqgħu, immuntati fuq it-tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija, il-Kodiċi tal-Istandard 10 tal-OECD, l-Edizzjoni 2017 ta' Frar 2017.”.

    ANNESS V

    L-Anness XIV tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1322/2014 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    L-Appendiċi 3 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fit-tabella, ir-ringieli għall-PS Nru 1 u 2 jiġu ssostitwiti b'dan li ġej:

    “PS Nru

    a

    10 – 4 m

    t

    s

    1

    0 089

     

    2

    0 215”;

     

    (b)

    fit-tabella, ir-ringieli għall-PS Nru 699 u 700 jiġu ssostitwiti b'dan li ġej:

    “PS Nru

    a

    10 – 4 m

    t

    s

    699

    0 023

     

    700

    0 000

    28·0”;

    (2)

    L-Appendiċi 4a huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fit-tabella, ir-ringieli għall-PS Nru 1 u 2 jiġu ssostitwiti b'dan li ġej:

    “PS Nru

    a

    10 – 4 m

    t

    s

    1

    0 022

     

    2

    0 089”;

     

    (b)

    fit-tabella, ir-ringieli għall-PS Nru 699 jiġu ssostitwiti b'dan li ġej:

    “PS No

    a

    10 – 4 m

    t

    s

    699

    0 062”.

     


    Top