Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R0735

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/735 tas-17 ta' Mejju 2018 dwar il-prezz massimu għax-xiri sfurzat tat-trab tal-ħalib xkumat għat-tielet sejħa individwali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tal-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/154

ĠU L 123, 18.5.2018, p. 93–93 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/735/oj

18.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 123/93


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/735

tas-17 ta' Mejju 2018

dwar il-prezz massimu għax-xiri sfurzat tat-trab tal-ħalib xkumat għat-tielet sejħa individwali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tal-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/154

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013 tas-16 ta' Diċembru 2013 li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta' ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/154 (2) fetaħ ix-xiri sfurzat tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura tal-offerti għall-perjodu mill-1 ta' Marzu sat-30 ta' Settembru 2018, skont il-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1240 (3).

(2)

Abbażi tal-offerti li waslu bi tweġiba għas-sejħiet individwali għall-offerti, il-Kummissjoni għandha tiffissa prezz massimu għax-xiri sfurzat jew għandha tiddeċiedi li ma tiffissax prezz massimu għax-xiri sfurzat, f'konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240.

(3)

Fid-dawl tal-offerti li saru b'risposta għat-tielet sejħa individwali għall-offerti, ma jenħtieġx li jiġi ffissat prezz massimu għax-xiri sfurzat.

(4)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għat-tielet sejħa individwali għall-offerti għax-xiri sfurzat tat-trab tal-ħalib xkumat fi ħdan il-proċedura għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/154, li għaliha d-data tal-għeluq għall-preżentazzjoni tal-offerti skadiet fil-15 ta' Mejju 2018, l-ebda prezz massimu għax-xiri sfurzat ma għandu jiġu stabbilit.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Mejju 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 346, 20.12.2013, p. 12.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/154 tat-30 ta' Jannar 2018 li jiftaħ proċedura għall-offerti għax-xiri ta' trab tal-ħalib xkumat matul il-perjodu ta' intervent pubbliku mill-1 ta' Marzu sat-30 ta' Settembru 2018 (ĠU L 29, 1.2.2018, p. 6).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1240 tat-18 ta' Mejju 2016 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' intervent pubbliku u ta' għajnuna għall-ħżin privat (ĠU L 206, 30.7.2016, p. 71).


Top