This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018R0121
Council Regulation (EU) 2018/121 of 23 January 2018 amending Regulation (EU) No 560/2014 establishing the Bio-based Industries Joint Undertaking (Text with EEA relevance. )
Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/121 tat-23 ta' Jannar 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 560/2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/121 tat-23 ta' Jannar 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 560/2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
ĠU L 22, 26.1.2018, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 29/11/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R2085
26.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 22/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2018/121
tat-23 ta' Jannar 2018
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 560/2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 187 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 188 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 560/2014 (3) stabbilixxa l-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika (“l-Impriża Konġunta BBI”). |
(2) |
L-Artikolu 12(4) tal-Istatuti tal-Impriża Konġunta BBI, stabbilita fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 560/2014 (“l-Istatuti”), jiddikjara li l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-membri tal-Impriża Konġunta BBI għajr l-Unjoni għall-ispejjeż operattivi għandha tkun tal-anqas ta' EUR 182 500 000 tul il-perijodu previst fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 560/2014, jiġifieri mill-istabbiliment tal-Impriża Konġunta BBI sal-31 ta' Diċembru 2024. |
(3) |
Il-Konsorzju tal-Industriji b'bażi Bijoloġika Aisbl (“BIC”), li huwa membru tal-Impriża Konġunta BBI minbarra l-Unjoni, għadu lest li jappoġġa l-ispejjeż operattivi tal-Impriża Konġunta BBI bl-ammont stabbilit fl-Artikolu 12(4) tal-Istatuti. Madankollu, ippropona modalità alternattiva ta' finanzjament permezz ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji magħmulin mill-entitajiet kostitwenti tiegħu fil-livell tal-azzjonijiet indiretti. |
(4) |
L-objettiv tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika li jitwettqu attivitajiet permezz ta' kollaborazzjoni tal-partijiet ikkonċernati tul il-katina tal-valur sħaħ b'bażi bijoloġika, inklużi l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, iċ-ċentri tar-riċerka u tat-teknoloġija u tal-universitajiet jista' jinkiseb biss billi l-BIC u l-entitajiet kostitwenti tiegħu jitħallew ifornu l-kontribuzzjoni finanzjarja mhux biss bħala pagamenti għall-Impriża Konġunta BBI iżda anki bħala kontribuzzjonijiet finanzjarji għal azzjonijiet indiretti ffinanzjati mill-Impriża Konġunta BBI. |
(5) |
Għaldaqstant, hemm bżonn li jiġu emendati l-Istatuti sabiex il-BIC u l-entitajiet kostitwenti tiegħu jitħallew ifornu l-kontribuzzjoni finanzjarja għall-ammont sħiħ stabbilit fl-Artikolu 12(4) tal-Istatuti, sabiex dawk il-kontribuzzjonijiet mhux biss ikunu jistgħu jsiru bħala pagamenti għall-Impriża Konġunta BBI iżda anki bħala kontribuzzjonijiet finanzjarji għal azzjonijiet indiretti ffinanzjati mill-Impriża Konġunta BBI u jiġu rrapportati lill-Impriża Konġunta BBI, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 12 tal-Istatuti tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika, kif stipulat fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 560/2014, huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fil-paragrafu 3, il-punt (b) jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
(2) |
Il-paragrafu 4 jiġi sostitwit b'dan li ġej: “4. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-membri minbarra l-Unjoni jew mill-entitajiet kostitwenti tagħhom għall-ispejjeż operattivi msemmijin fil-paragrafu 3(b) għandhom ikunu ta' mill-anqas EUR 182 500 000 tul il-perijodu stipulat fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament. Dawn il-kontribuzzjonijiet finanzjarji għandhom isiru bħala pagamenti għall-Impriża Konġunta BBI jew bħala kontribuzzjonijiet finanzjarji għal azzjonijiet indiretti ffinanzjati mill-Impriża Konġunta BBI.”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Jannar 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
V. GORANOV
(1) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2017 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-27 ta' April 2017 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 560/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika (ĠU L 169, 7.6.2014, p. 130).