Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R0910

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/910 tad-9 ta' Ġunju 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi

    C/2016/3474

    ĠU L 153, 10.6.2016, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R2306

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/910/oj

    10.6.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 153/23


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/910

    tad-9 ta' Ġunju 2016

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(3) u l-Artikolu 38(d) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness IV tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 (2) jistabbilixxi lista tal-korpi tal-kontroll u tal-awtoritajiet tal-kontroll li huma kompetenti biex iwettqu l-kontrolli u joħorġu ċ-ċertifikati f'pajjiżi terzi għall-iskop ta' ekwivalenza.

    (2)

    Il-perjodu tar-rikonoxximent ta' diversi korpi tal-kontroll skont l-Artikolu 33(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 jintemm fit-30 ta' Ġunju 2016. Skont ir-riżultati tas-sorveljanza kontinwa tal-Kummissjoni, ir-rikonoxximent tal-korpi tal-kontroll “AsureQuality Limited”, “Balkan Biocert Skopje”, “Bio.inspecta AG”, “IMO-Control Sertifikasyon Tic. Ltd Ști”, “Organic Control System” u “TÜV Nord Integra” għandu jiġi mtawwal sat-30 ta' Ġunju 2018.

    (3)

    Għaldaqstant, l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

    (4)

    Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-produzzjoni organika,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008, fl-entrati dwar “AsureQuality Limited”, “Balkan Biocert Skopje”, “Bio.inspecta AG”, “IMO-Control Sertifikasyon Tic. Ltd Ști”, “Organic Control System” u “TÜV Nord Integra”, id-data tat-“30 ta' Ġunju 2016” fil-punt 5 hija sostitwita bit-“30 ta' Ġunju 2018”.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Ġunju 2016.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25).


    Top