10.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 153/23 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/910
tad-9 ta' Ġunju 2016
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(3) u l-Artikolu 38(d) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness IV tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 (2) jistabbilixxi lista tal-korpi tal-kontroll u tal-awtoritajiet tal-kontroll li huma kompetenti biex iwettqu l-kontrolli u joħorġu ċ-ċertifikati f'pajjiżi terzi għall-iskop ta' ekwivalenza. |
(2) |
Il-perjodu tar-rikonoxximent ta' diversi korpi tal-kontroll skont l-Artikolu 33(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 jintemm fit-30 ta' Ġunju 2016. Skont ir-riżultati tas-sorveljanza kontinwa tal-Kummissjoni, ir-rikonoxximent tal-korpi tal-kontroll “AsureQuality Limited”, “Balkan Biocert Skopje”, “Bio.inspecta AG”, “IMO-Control Sertifikasyon Tic. Ltd Ști”, “Organic Control System” u “TÜV Nord Integra” għandu jiġi mtawwal sat-30 ta' Ġunju 2018. |
(3) |
Għaldaqstant, l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 għandu jiġi emendat skont dan. |
(4) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-produzzjoni organika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008, fl-entrati dwar “AsureQuality Limited”, “Balkan Biocert Skopje”, “Bio.inspecta AG”, “IMO-Control Sertifikasyon Tic. Ltd Ști”, “Organic Control System” u “TÜV Nord Integra”, id-data tat-“30 ta' Ġunju 2016” fil-punt 5 hija sostitwita bit-“30 ta' Ġunju 2018”.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Ġunju 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25).