Wählen Sie die experimentellen Funktionen, die Sie testen möchten.

Dieses Dokument ist ein Auszug aus dem EUR-Lex-Portal.

Dokument 32016R0777

    Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/777 tad-29 ta' April 2016 dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont il-Protokoll ta' Implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook

    ĠU L 131, 20.5.2016, S. 39–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Rechtlicher Status des Dokuments In Kraft

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/777/oj

    20.5.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 131/39


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2016/777

    tad-29 ta' April 2016

    dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont il-Protokoll ta' Implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Fil-21 ta' Ottubru 2015, l-Unjoni u l-Gvern tal-Gżejjer Cook inizjalaw Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli (“il-Ftehim”) kif ukoll Protokoll ta' Implimentazzjoni għal dan (“il-Protokoll”), biex il-bastimenti tal-Unjoni jingħataw opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet li tagħhom il-Gżejjer Cook għandhom id-drittijiet ta' sovranità jew il-ġuriżdizzjoni fejn jidħol is-sajd.

    (2)

    Fid-29 ta' April 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2016/776 (1) dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim u tal-Protokoll.

    (3)

    Għandu jiġi ddefinit il-metodu kif dawn l-opportunitajiet tas-sajd jitqassmu fost l-Istati Membri, kemm għall-perijodu tal-applikazzjoni provviżorja kif ukoll għall-perijodu kollu tal-Protokoll.

    (4)

    Skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 (2), il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kkonċernati jekk ikun jidher li l-opportunitajiet tas-sajd allokati lill-Unjoni skont il-Protokoll ma jkunux utilizzati għalkollox. Jekk ma tintbagħatx risposta sal-iskadenza li jiffissal-Kunsill, dan jitqies bħala konferma li l-bastimenti tal-Istat Membru kkonċernat ma jkunux qed jużaw għalkollox l-opportunitajiet tagħhom tas-sajd tul il-perijodu kkunsidrat,

    (5)

    L-Artikolu 12 tal-Protokoll jipprovdi għall-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll mid-data tal-iffirmar tiegħu. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu japplika mid-data tal-iffirmar tal-Protokoll,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   L-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti fil-Protokoll ta' Implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gżejjer Cook għandhom jitqassmu bejn l-Istati Membri kif ġej:

     

    Bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-purse seine:

    Spanja:

    Tliet (3) bastimenti

    Franza:

    bastiment wieħed (1)

    2.   Ir-Regolament (KE) Nru 1006/2008 japplika mingħajr preġudizzju għall-Ftehim.

    3.   Jekk l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd mingħand l-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 ma jużawx l-opportunitajiet kollha tas-sajd stabbiliti fil-Protokoll, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet tas-sajd mingħand xi Stat Membru ieħor skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008.

    4.   L-iskadenza li fiha l-Istati Membri jridu jikkonfermaw li mhumiex qed jużaw għalkollox l-opportunitajiet tas-sajd li ngħatawlhom skont il-Protokoll, kif ipprovdut fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008, għandu jkun stabbilit għal 10 ijiem tax-xogħol mid-data li fiha l-Kummissjoni titlob tali konferma.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fidata tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mid-data tal-iffirmar tal-Protokoll.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A.G. KOENDERS


    (1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/776 tad-29 ta' April 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook u tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu (ara l-paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

    (2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta' bastimenti ta' pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Komunità, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93 u (KE) Nru 1627/94 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 3317/94 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 33).


    nach oben