This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016D0228
Council Decision (EU) 2016/228 of 14 July 2015 on the resolution procedure
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/228 tal-14 ta' Lulju 2015 dwar il-proċedura ta' riżoluzzjoni
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/228 tal-14 ta' Lulju 2015 dwar il-proċedura ta' riżoluzzjoni
ĠU L 41, 18.2.2016, pp. 20–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
18.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 41/20 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/228
tal-14 ta' Lulju 2015
dwar il-proċedura ta' riżoluzzjoni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta' Diċembru 2009 li tadotta r-regoli ta' proċedura tal-Kunsill (1) u, b'mod partikolari, l-Artikoli 12(1) u14(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 18(7) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (2) li jistabbilixxi proċedura ta' riżoluzzjoni li biha l-Kunsill jista' jintalab jiddeċiedi dwar l-adozzjoni ta' skemi ta' riżoluzzjoni. |
|
(2) |
Mill-1 ta' Jannar 2016, il-Kunsill filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza sempliċi, fuq il-bażi ta' proposta tal-Kummissjoni, jista' joġġezzjona għal skema ta' riżoluzzjoni, jew japprova jew joġġezzjona għal modifika materjali tal-ammont tal-Fond previst għal skema ta' riżoluzzjoni adottata mill-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni fi żmien 24 siegħa mill-adozzjoni tal-iskema ta' riżoluzzjoni. |
|
(3) |
L-att tal-Kunsill għandu jiġi adottat b'vot bil-miktub minħabba d-data ta' għeluq stretta kif previst mill-Artikolu 18(7) tar-Regolament. Il-proċedura biex wieħed jagħmel oġġezzjoni għal skema ta' riżoluzzjoni, jew japprova jew joġġezzjona għal modifika materjali tal-ammont tal-Fond previst tiegħu hija, fiha nnifisha, urġenti. |
|
(4) |
Għar-raġuni tal-urġenza, il-Kunsill jista' jiddelibera u jieħu d-deċiżjoni tiegħu fuq il-bażi ta' dokumenti u abbozzi mfassla f'waħda mil-lingwi speċifikati fir-regoli fis-seħħ li jirregolaw il-lingwi kif previst fl-Artikolu 14(1) tar-Regoli ta' proċedura tal-Kunsill. Dan m'għandux jikkomprometti l-obbligu li d-deċiżjoni tiġi adottata u ppubblikata bil-lingwi kollha speċifikati fir-regoli fis-seħħ li jirregolaw il-lingwi fi stadju aktar tard. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Fejn il-Kunsill ikollu jieħu deċiżjoni fuq il-bażi ta' proposta tal-Kummissjoni fil-qafas tal-Artikolu 18(7) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-att tal-Kunsill għandu jiġi adottat b'vot bil-miktub.
2. Meta jadotta d-deċiżjoni tiegħu, il-Kunsill jista' jiddelibera u jieħu deċiżjonijiet fuq il-bażi ta' dokumenti u abbozzi mfassla bl-Ingliż biss.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2016 'il quddiem.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Lulju 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
P. GRAMEGNA