Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R2382

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2382 tas-17 ta' Diċembru 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparat tal-alfa-galaktożidażi (KE 3.2.1.22) prodott minn Saccharomyces cerevisiae (CBS 615.94) u tal-endo-1,4-beta-glukanażi (KE 3.2.1.4) prodott minn Aspergillus niger (CBS 120604) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd u għall-ispeċijiet minuri ta' tjur imrobbija għall-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni Kerry Ingredients and Flavours) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 332, 18.12.2015, p. 54–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/2382/oj

    18.12.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 332/54


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2382

    tas-17 ta' Diċembru 2015

    dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparat tal-alfa-galaktożidażi (KE 3.2.1.22) prodott minn Saccharomyces cerevisiae (CBS 615.94) u tal-endo-1,4-beta-glukanażi (KE 3.2.1.4) prodott minn Aspergillus niger (CBS 120604) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd u għall-ispeċijiet minuri ta' tjur imrobbija għall-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni Kerry Ingredients and Flavours)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni.

    (2)

    Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparat tal-alfa-galaktożidażi (KE 3.2.1.22) prodott minn Saccharomyces cerevisiae (CBS 615.94) u tal-endo-1,4-beta-glukanażi (KE 3.2.1.4) prodott minn Aspergillus niger (CBS 120604). Ma' din l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa mill-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (3)

    Dik l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparat tal-alfa-galaktożidażi (KE 3.2.1.22) prodott minn Saccharomyces cerevisiae (CBS 615.94) u tal-endo-1,4-beta-glukanażi (KE 3.2.1.4) prodott minn Aspergillus niger (CBS 120604) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tal-bajd u għall-ispeċijiet minuri ta' tjur imrobbija għall-bajd, biex jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

    (4)

    L-użu tal-preparat tal-alfa-galaktożidażi (KE 3.2.1.22) prodott minn Saccharomyces cerevisiae (CBS 615.94) u tal-endo-1,4-beta-glukanażi (KE 3.2.1.4) prodott minn Aspergillus niger (CBS 120604) kien awtorizzat għal għaxar snin għat-tiġieġ għat-tismin bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 237/2012 (2), u għat-tiġieġ imribbija għall-bajd u għall-ispeċijiet minuri ta' tjur imrobbija għall-bajd bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1365/2013 (3).

    (5)

    Fl-opinjoni tagħha tat-28 ta' April 2015 (4), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet ta' użu proposti, il-preparat tal-alfa-galaktożidażi (KE 3.2.1.22) prodott minn Saccharomyces cerevisiae (CBS 615.94) u tal-endo-1,4-beta-glukanażi (KE 3.2.1.4) prodott minn Aspergillus niger (CBS 120604) ma għandux effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent, u li l-użu tiegħu jista' jtejjeb il-piżtal-bajd fit-tiġieġ imrobbija għall-bajd. Billi l-mod ta' azzjoni jista' jitqies li hu l-istess, din il-konklużjoni tista' tiġi estrapolata għall-ispeċijiet minuri ta' tjur imrobbija għall-bajd. L-Awtorità mhijiex tal-fehma li jinħtieġu rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li tressaq mil-Laboratorju ta' Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (6)

    Il-valutazzjoni tal-preparat tal-alfa-galaktożidażi (KE 3.2.1.22) prodott minn Saccharomyces cerevisiae (CBS 615.94) u tal-endo-1,4-beta-glukanażi (KE 3.2.1.4) prodott minn Aspergillus niger (CBS 120604) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta' dan il-preparat għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    (7)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-preparat speċifikat fl-Anness, li jifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà”, huwa awtorizzat bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2015.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

    (2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 237/2012 tad-19 ta' Marzu 2012 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-alfa-galaktożidażi (EC 3.2.1.22) prodotta minn Saccharomyces cerevisiae (CBS 615.94) u endo-1,4-beta-glukanażi (EC 3.2.1.4) prodotta minn Aspergillus niger (CBS 120604) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Kerry Ingredients and Flavours) ĠU L 80, 20.3.2012, p. 1.

    (3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1365/2013 tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' alfa-galattożidażi prodotta minn Saccharomyces cerevisiae (CBS 615.94) u endo-1,4-beta-glukanażi prodotta minn Aspergillus niger (CBS 120604) bħala addittiv mal-għalf għal speċi minuri tat-tjur tas-simna u għal tiġieġ tal-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni Kerry Ingredients and Flavours) ĠU L 343, 19.12.2013, p. 31.

    (4)  EFSA Journal 2015; 13(5):4107.


    ANNESS

    Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

    Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

    Addittiv

    Kompożizzjoni, formola kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

    Speċi jew kategorija tal-annimal

    Età massima

    Kontenut minimu

    Kontenut massimu

    Dispożizzjonijiet oħra

    Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

    Unitajiet ta' attività/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

    Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibilità

    4a17

    Kerry Ingredients and Flavours

    Alfa-galaktożidażi

    (KE 3.2.1.22)

    Endo-1,4-beta-glukanażi

    (KE 3.2.1.4)

    Kompożizzjoni tal-addittiv

    Il-preparat tal-alfa-galaktożidażi (KE 3.2.1.22) prodott minn Saccharomyces cerevisiae (CBS 615.94) u tal-endo-1,4-beta-glukanażi (KE 3.2.1.4) prodott minn Aspergillus niger (CBS 120604), f'forma solida, b'attività minima ta':

    1 000 U (1) alfa-galaktożidażi/g:

    5 700 U (2) ta' endo-1,4-beta-glukanażi/g

    Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

    Alfa-galaktożidażi prodotta minn Saccharomyces cerevisiae (CBS 615.94) Endo-1,4-beta-glukanażi prodotta minn Aspergillus niger (CBS 120604)

    Metodu tal-analiżi  (3)

    Determinazzjoni:

    metodu kolorimetriku li jkejjel il-p-nitrofenol meħlus bl-azzjoni tal-alfa-galaktożidażi mis-substrat tal-p-nitrofenil-alfa-galaktopiranożid;

    metodu kolorimetriku li jkejjel il-kulur li jinħall fl-ilma rilaxxat permezz ta' azzjoni ta' endo-1,4-beta-glukanażi minn subtrat ta' glukan tax-xgħir iżraq imħallat.

    Tiġieġ imrobbija għall-bajd

    100 U ta' alfa-galaktożidażi

    1.

    Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, indika l-kundizzjonijiet tal-ħażna u tal-istabbiltà waqt il-proċess ta' tgerbib.

    2.

    Doża massima rrakkomandata:

    100 U ta' alfa-galaktożidażi/kg

    570 U ta' endo-1,4-beta-glukanażi/kg.

    3.

    Għas-sikurezza: għandhom jintużaw il-protezzjoni għan-nifs, in-nuċċalijiet u l-ingwanti waqt l-immaniġġjar.

    Is-7 ta' Jannar 2026

    Speċijiet minuri ta' tjur imrobbija għall-bajd

    570 U ta' endo-1,4-beta-glukanażi


    (1)  1 U huwa l-ammont ta' enzimi li jeħles 1 μmol ta' p-nitrolfenol kull minuta mill-p-nitrofenil-alfa-galaktopiranożid (pNPG) f'pH ta' 5,0 u 37 °C.

    (2)  1 U huwa l-ammont ta' enzimi li teħles 1 mg ta' zokkor riduċenti (l-ekwivalenti tal-glukożju) kull minuta mill-beta-glukan f'pH ta' 5,0 u 50 °C.

    (3)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports.


    Top