This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015D2288
Council Decision (EU) 2015/2288 of 30 November 2015 on the financial contributions to be paid by Member States to finance the European Development Fund, including the ceiling for 2017, the amount for 2016, the first instalment for 2016 and an indicative and non-binding forecast for the expected annual amounts for the years 2018 and 2019
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2288 tat-30 ta' Novembru 2015 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inkluż il-limitu massimu għall-2017, l-ammont għall-2016, l-ewwel ħlas parzjali għall-2016 u previżjoni indikattiva u mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija għas-snin 2018 u 2019
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2288 tat-30 ta' Novembru 2015 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inkluż il-limitu massimu għall-2017, l-ammont għall-2016, l-ewwel ħlas parzjali għall-2016 u previżjoni indikattiva u mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija għas-snin 2018 u 2019
ĠU L 323, 9.12.2015, pp. 8–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
9.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 323/8 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/2288
tat-30 ta' Novembru 2015
dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inkluż il-limitu massimu għall-2017, l-ammont għall-2016, l-ewwel ħlas parzjali għall-2016 u previżjoni indikattiva u mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija għas-snin 2018 u 2019
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta' għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perijodu mill-2014 sal-2020, skont il-ftehim ta' sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-pajjiżi u territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (1) (“il-Ftehim Intern”), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta' Marzu 2015 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (2) (“ir-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ”), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
F'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 21 sa 24 tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ, il-Kummissjoni se tippreżenta proposta li tispeċifika l-limitu massimu tal-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri għall-2017, l-ammont tal-kontribuzzjoni għall-2016, l-ammont tal-ewwel ħlas parzjali tal-kontribuzzjoni għall-2016, u previżjoni indikattiva u mhux vinkolanti għall-kontribuzzjonijiet għall-2018 u l-2019. |
|
(2) |
F'konformità mal-Artikolu 52 tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) bagħat lill-Kummissjoni l-estimi aġġornati tiegħu tal-impenji u l-ħlasijiet taħt l-istrumenti li huwa jiġġestixxi. |
|
(3) |
L-Artikolu 22(1) tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ jipprovdi għal sejħiet għal kontribuzzjonijiet sabiex l-ewwel jintużaw l-ammonti stabbiliti mill-FEŻ preċedenti. Għaldaqstant, għandha ssir sejħa għall-fondi taħt l-10 FEŻ. |
|
(4) |
Fl-10 ta' Novembru 2014, il-Kunsill adotta deċiżjoni li tistabbilixxi li l-limitu massimu tal-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet għall-FEŻ tal-Istati Membri għall-2016 jkun ta' EUR 3 350 000 000 għall-Kummissjoni, u ta' EUR 250 000 000 għall-BEI. |
|
(5) |
F'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/759/UE (3), il-kwoti tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri stabbiliti fl-Artikolu 1(2)(a) tal-Ftehimiet Interni tat-8, id-9 u l-10 FEŻ għandhom jitnaqqsu skont dik id-Deċiżjoni wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Intern tal-11-il FEŻ. It-tnaqqis ser ikollu impatt fuq il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri għall-2015, l-2016 u l-2017 skont l-opzjoni għal aġġustament magħżula minn kull Stat Membru, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-limitu massimu għall-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet għall-FEŻ tal-Istati Membri għall-2017 huwa b'dan stabbilit għal EUR 3 850 000 000 għall-Kummissjoni, u għal EUR 150 000 000 għall BEI.
Artikolu 2
L-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet għall-FEŻ tal-Istati Membri għall-2016 huwa b'dan stabbilit għal EUR 3 600 000 000. Huwa għandu jinqasam f'EUR 3 450 000 000 għall-Kummissjoni, u f'EUR 150 000 000 għall-BEI.
Artikolu 3
Il-kontribuzzjonijiet individwali għall-FEŻ li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u lill-BEI bħala l-ewwel ħlas parzjali għall-2016 huma stabbiliti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Il-ħlasijiet ta' dawk il-kontribuzzjonijiet jistgħu jiġu kkombinati ma' aġġustamenti fl-ambitu tal-implimentazzjoni tat-tnaqqis tal-fondi impenjati taħt id-Deċiżjoni 2013/759/UE, konsegwentement għal pjan ta' aġġustament ikkomunikat minn kull Stat Membru lill-Kummissjoni mal-adozzjoni tat-tielet ħlas parzjali għall-2015.
Artikolu 4
Il-previżjoni indikattiva għall-ammont annwali mistenni ta' kontribuzzjonijiet għall-2018 b'dan hija stabbilita għal EUR 4 150 000 000 għall-Kummissjoni, u għal EUR 250 000 000 għall-BEI, u dik għall-2019 hija stabbilita għal EUR 4 150 000 000 għall-Kummissjoni, u għal EUR 300 000 000 għall-BEI.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Novembru 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
É. SCHNEIDER
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/759/UE tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar miżuri ta' tranżizzjoni tal-ġestjoni tal-FEŻ mill-1 ta' Jannar 2014 sad-dħul fis-seħħ tal-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (ĠU L 335, 14.12.2013, p. 48).
ANNESS
|
STATI MEMBRI |
Sehem taħt l-10 FEŻ % |
L-ewwel ħlas parzjali tal-2016 |
||
|
imħallas lill-BEI taħt l-10 FEŻ |
imħallas lill-Kummissjoni taħt l-10 FEŻ |
Total |
||
|
AWSTRIJA |
2,41 |
0,00 |
42 175 000,00 |
42 175 000,00 |
|
BELĠJU |
3,53 |
0,00 |
61 775 000,00 |
61 775 000,00 |
|
BULGARIJA |
0,14 |
0,00 |
2 450 000,00 |
2 450 000,00 |
|
ĊIPRU |
0,09 |
0,00 |
1 575 000,00 |
1 575 000,00 |
|
REPUBBLIKA ĊEKA |
0,51 |
0,00 |
8 925 000,00 |
8 925 000,00 |
|
DANIMARKA |
2,00 |
0,00 |
35 000 000,00 |
35 000 000,00 |
|
ESTONJA |
0,05 |
0,00 |
875 000,00 |
875 000,00 |
|
FINLANDJA |
1,47 |
0,00 |
25 725 000,00 |
25 725 000,00 |
|
FRANZA |
19,55 |
0,00 |
342 125 000,00 |
342 125 000,00 |
|
ĠERMANJA |
20,50 |
0,00 |
358 750 000,00 |
358 750 000,00 |
|
GREĊJA |
1,47 |
0,00 |
25 725 000,00 |
25 725 000,00 |
|
UNGERIJA |
0,55 |
0,00 |
9 625 000,00 |
9 625 000,00 |
|
IRLANDA |
0,91 |
0,00 |
15 925 000,00 |
15 925 000,00 |
|
ITALJA |
12,86 |
0,00 |
225 050 000,00 |
225 050 000,00 |
|
LATVJA |
0,07 |
0,00 |
1 225 000,00 |
1 225 000,00 |
|
LITWANJA |
0,12 |
0,00 |
2 100 000,00 |
2 100 000,00 |
|
LUSSEMBURGU |
0,27 |
0,00 |
4 725 000,00 |
4 725 000,00 |
|
MALTA |
0,03 |
0,00 |
525 000,00 |
525 000,00 |
|
NETHERLANDS |
4,85 |
0,00 |
84 875 000,00 |
84 875 000,00 |
|
POLONJA |
1,30 |
0,00 |
22 750 000,00 |
22 750 000,00 |
|
PORTUGALL |
1,15 |
0,00 |
20 125 000,00 |
20 125 000,00 |
|
RUMANIJA |
0,37 |
0,00 |
6 475 000,00 |
6 475 000,00 |
|
SLOVAKKJA |
0,21 |
0,00 |
3 675 000,00 |
3 675 000,00 |
|
SLOVENJA |
0,18 |
0,00 |
3 150 000,00 |
3 150 000,00 |
|
SPANJA |
7,85 |
0,00 |
137 375 000,00 |
137 375 000,00 |
|
ŻVEZJA |
2,74 |
0,00 |
47 950 000,00 |
47 950 000,00 |
|
RENJU UNIT |
14,82 |
0,00 |
259 350 000,00 |
259 350 000,00 |
|
TOTAL UE-27 |
100,00 |
0,00 |
1 750 000 000,00 |
1 750 000 000,00 |