Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R1315

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1315/2014 tal- 10 ta' Diċembru 2014 li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill- 20 ta' Novembru 2014 sat- 30 ta' Novembru 2014 u li jiddeterminaw il-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill- 1 ta' Lulju 2015 sal- 31 ta' Diċembru 2015 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

    ĠU L 354, 11.12.2014, p. 41–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/1315/oj

    11.12.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 354/41


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1315/2014

    tal-10 ta' Diċembru 2014

    li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-20 ta' Novembru 2014 sat-30 ta' Novembru 2014 u li jiddeterminaw il-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju 2015 sal-31 ta' Diċembru 2015 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 (2) fetaħ kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib.

    (2)

    Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-20 ta' Novembru 2014 sat-30 ta' Novembru 2014 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar 2015 sat-30 ta' Ġunju 2015 huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli għal ċerti kwoti. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba, ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3).

    (3)

    Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-20 ta' Novembru 2014 sat-30 ta' Novembru 2014 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar 2015 sat-30 ta' Ġunju 2015 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli għal ċerti kwoti. Għaldaqstant, jixraq li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, u li dawn il-kwantitajiet jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu tal-kwota sussegwenti.

    (4)

    Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin skont ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar 2015 sat-30 ta' Ġunju 2015 għandhom jinħarġu skont il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    2.   Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni li ma tressqux skont ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta' Lulju 2015 sal-31 ta' Diċembru 2015, jidhru fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Diċembru 2014.

    Għall-Kummissjoni,

    F'isem il-President,

    Jerzy PLEWA

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 tal-14 ta' Diċembru 2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa (ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29).

    (3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).


    ANNESS

    I.A

    Numru tal-ordni

    Koeffiċjent ta' allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqa għas-subperjodu mill-1.1.2015 sat-30.6.2015

    (f'%)

    Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1.7.2015 sal-31.12.2015

    (f'kg)

    09.4590

    09.4599

    09.4591

    09.4592

    09.4593

    09.4594

    09.4595

    09.4596

    I.F

    Prodotti li joriġinaw mill-Iżvizzera

    Numru tal-ordni

    Koeffiċjent ta' allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqa għas-subperjodu mill-1.1.2015 sat-30.6.2015

    (f'%)

    Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1.7.2015 sal-31.12.2015

    (f'kg)

    09.4155

    8,841342

    I.H

    Prodotti li joriġinaw min-Norveġja

    Numru tal-ordni

    Koeffiċjent ta' allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqa għas-subperjodu mill-1.1.2015 sat-30.6.2015

    (f'%)

    Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1.7.2015 sal-31.12.2015

    (f'kg)

    09.4179

    2 642 100

    I.I

    Prodotti li joriġinaw mill-Iżlanda

    Numru tal-ordni

    Koeffiċjent ta' allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqa għas-subperjodu mill-1.1.2015 sat-30.6.2015

    (f'%)

    Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1.7.2015 sal-31.12.2015

    (f'kg)

    09.4205

    09.4206

    100,000000

    I.J

    Prodotti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Moldova

    Numru tal-ordni

    Koeffiċjent ta' allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqa għas-subperjodu mill-1.1.2015 sat-30.6.2015

    (f'%)

    Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1.7.2015 sal-31.12.2015

    (f'kg)

    09.4210

    750 000

    I.K

    Prodotti li joriġinaw min-New Zealand

    Numru tal-ordni

    Koeffiċjent ta' allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqa għas-subperjodu mill-1.1.2015 sat-30.6.2015

    (f'%)

    Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1.7.2015 sal-31.12.2015

    (f'kg)

    09.4514

    7 000 000

    09.4515

    4 000 000

    09.4182

    16 806 000

    09.4195

    20 540 500

    I.L

    Prodotti li joriġinaw mill-Ukraina

    Numru tal-ordni

    Koeffiċjent ta' allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqa għas-subperjodu mill-1.1.2015 sat-30.6.2015

    (f'%)

    Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1.7.2015 sal-31.12.2015

    (f'kg)

    09.4600

    4 000 000

    09.4601

    750 000

    09.4602

    750 000


    Top