Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0478

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/478/PESK tas- 16 ta’ Awwissu 2012 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

ĠU L 219, 17.8.2012, pp. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 29/11/2012; Imħassar b' 32012D0739

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2012/478/oj

17.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 219/21


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2012/478/PESK

tas-16 ta’ Awwissu 2012

li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2011/782/PESK (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(1) tagħha,

Billi:

(1)

Fl-1 ta’ Diċembru 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK.

(2)

Għandha tiġi inkluża entità addizzjonali fil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2011/782/PESK,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-entità elenkata fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni hija b’dan miżjuda fil-lista li tinsab fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2011/782/PESK.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Awwissu 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)   ĠU L 319, 2.12.2011, p. 56.


ANNESS

ENTITÀ MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1

Entità

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Drex Technologies Holding S.A.

Irreġistrata fil-Lussemburgu taħt in-numru B77616, preċedentement stabbilita fl-indirizz li ġej: 17, rue Beaumont L-1219 Lussemburgu.

Is-sid benefiċjarju ta' Drex Technologies Holding S.A. huwa Rami Makhlouf, li huwa elenkat taħt is- sanzjonijiet tal-UE talli pprovda appoġġ finanzjarju lir-reġim Sirjan.

16.8.2012


Top