This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D1016
Council Decision of 22 December 2009 repealing Decision 2009/473/EC concerning the conclusion of an Agreement in the form of an Exchange of Letters on the provisional application of the Fisheries Partnership Agreement between the European Community and the Republic of Guinea
Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 22 ta’ Diċembru 2009 li tirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/473/KE dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fl-għamla ta’ skambju ta’ ittri dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta’ sħubija dwar is-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea
Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 22 ta’ Diċembru 2009 li tirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/473/KE dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fl-għamla ta’ skambju ta’ ittri dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta’ sħubija dwar is-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea
ĠU L 348, 29.12.2009, p. 53–54
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
29.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 348/53 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-22 ta’ Diċembru 2009
li tirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/473/KE dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fl-għamla ta’ skambju ta’ ittri dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta’ sħubija dwar is-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea
(2009/1016/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 43(2), flimkien mal-Artikolu 218(5) u (8) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Il-protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea, li ġie inizjalizzat fl-20 ta’ Diċembru 2008, ilu jiġi applikat fuq bażi proviżorja mill-1 ta’ Jannar 2009, kif miftiehem mill-Partijiet permezz ta’ skambju ta’ ittri approvat bid-Deċiżjoni 2009/4783/KE (1), soġġett għall-konklużjoni tal- Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd (FSS) bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea. |
(2) |
Il-Kummissjoni ddeċidiet li tirtira l-proposta tagħha għal Regolament tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-FSS fid-dawl tal-avvenimenti traġiċi tat-28 ta’ Settembru 2009, meta forzi tal-Gvern fetħu n-nar fuq folol ta’ protestanti, li rriżultaw f’150 mewta. |
(3) |
Għalhekk huwa meħtieġ li tiġi revokata d-Deċiżjoni 2009/473/KE u li tiġi infurmata r-Repubblika tal-Ginea mill-aktar fis possibbli, f’isem l-Unjoni Ewropea, dwar it-terminazzjoni ta’ din l-applikazzjoni proviżorja f’konformità mal-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar il-Liġi tat-Trattati. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2009/473/KE dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fl-għamla ta’ skambju ta’ ittri dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea hija b’dan revokata.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jaħtar persuna/i, awtorizzata/i biex jinnotifikaw lir-Repubblika tal-Ginea, f’konformità mal-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar il-Liġi tat-Trattati, li l-Unjoni Ewropea m’għadx għandha intenzjoni ssir parti għall-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea li kien inizjalizzat fl-20 ta’ Diċembru 2008. Dik in-notifika għandha ssir fil-forma ta’ ittra.
It-test tal-ittra huwa anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
A. CARLGREN
(1) ĠU L 156, 19.6.2009, p. 31.
ANNESS
Sinjur,
B'riferiment għall-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea, li ġie inizjalizzat fl-20 ta’ Diċembru 2008, dwar l-applikazzjoni proviżorja tiegħu, kif maqbul mill-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea, permezz ta’ Skambju ta’ Ittri fit-28 ta’ Mejju 2009:
L-Unjoni Ewropea b’dan tinnotifika lir-Repubblika tal-Ginea li, f’konformità mal-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar il-Liġi tat-Trattati, hi m’għadx għandha intenzjoni li ssir parti għall-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd imsemmi hawn fuq.
Nitolbok taċċetta, Sinjur, l-assigurazzjoni tal-ogħla stima tiegħi.
F’isem l-Unjoni Ewropea,