Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D1008

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tas- 7 ta’ Diċembru 2009 li tawtorizza lir-Repubblika tal-Latvja biex testendi l-applikazzjoni ta’ miżura ta’ deroga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

ĠU L 347, 24.12.2009, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 23/12/2024

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2009/1008/oj

24.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 347/30


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

tas-7 ta’ Diċembru 2009

li tawtorizza lir-Repubblika tal-Latvja biex testendi l-applikazzjoni ta’ miżura ta’ deroga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

(2009/1008/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/112/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Permezz ta’ ittra rreġistrata mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni fit-3 ta’ Marzu 2009, ir-Repubblika tal-Latvija (minn hawn ‘il quddiem il-Latvja) talbet awtorizzazzjoni biex tkompli tapplika miżura ta’ deroga mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112/KE li jirregolaw lill-persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT lill-awtoritajiet tat-taxxa.

(2)

Skont l-Artikolu 395(2) tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri l-oħrajn bit-talba li saret mil-Latvja permezz ta’ ittra datata t-22 ta’ Settembru 2009. Permezz ta’ ittra datata l-24 ta’ Settembru 2009, il-Kummissjoni nnotifikat lil-Latvja li kellha l-informazzjoni kollha li kienet tqis neċessarju biex tikkunsidra t-talba.

(3)

Is-suq tal-injam fil-Latvja huwa ddominat minn kumpaniji lokali żgħar u minn fornituri individwali. In-natura tas-suq u n-negozji involuti ġġeneraw frodi fiskali li l-awtoritajiet tat-taxxa sabuha diffiċli jikkontrollaw. Għaldaqstant, fil-liġi tal-Latvja dwar il-VAT iddaħħlet dispożizzjoni speċjali li tistipula li, fir-rigward tat-transazzjonijiet fl-injam, il-persuna responsabbli li tħallas it-taxxa hija l-persuna taxxabbli li għaliha ssir il-provvista taxxabbli ta’ merkanzija u servizzi.

(4)

Il-miżura tidderoga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE u tistipula li, bis-sistema interna, il-persuna taxxabbli li tforni merkanzija jew servizzi hija normalment responsabbli għall-ħlas tat-taxxa.

(5)

Il-miżura ġiet awtorizzata preċedentement fl-Att tal-Adeżjoni (2), b’mod partikulari fil-Kapitolu 7, punt 1(b) tal-Anness VIII tiegħu, u permezz tad-Deċiżjoni 2006/42/KE tal-24 ta’ Jannar 2006 (3) taħt is-Sitt Direttiva 77/388/KE tas-17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (4), li kienet applikabbli dak iż-żmien.

(6)

Il-Kummissjoni tifhem li s-sitwazzjoni legali u fattwali li ġġustifikat l-applikazzjoni attwali tal-miżura ta’ deroga inkwistjoni ma nbidlitx u għadha teżisti. Il-Latvja għandha għalhekk tkun awtorizzata tapplika l-miżura matul perijodu limitat ieħor.

(7)

Id-deroga mhix ser ikollha impatt negattiv fuq ir-riżorzi proprji tal-Unjoni derivati mill-VAT,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B’deroga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Latvja hija awtorizzata li tissokta tispeċifika lir-riċevitur bħala l-persuna responsabbli biex tħallas il-VAT fil-każ tat-transazzjonijiet fl-injam.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2012.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Latvja.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

C. MALMSTRÖM


(1)   ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

(2)   ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33.

(3)   ĠU L 25, 28.1.2006, p. 31.

(4)   ĠU L 145, 13.6.1977, p. 1.


Top