Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0107

    2009/107/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 23 ta' Jannar 2009 li temenda d-Deċiżjonijiet 2006/861/KE u 2006/920/KE dwar speċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabilità marbuta mas-sottosistemi tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (notifikata bid-dokument Nru C(2009) 38) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 45, 14.2.2009, p. 1–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Impliċitament imħassar minn 32013R0321

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/107(1)/oj

    14.2.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 45/1


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-23 ta' Jannar 2009

    li temenda d-Deċiżjonijiet 2006/861/KE u 2006/920/KE dwar speċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabilità marbuta mas-sottosistemi tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea

    (notifikata bid-dokument Nru C(2009) 38)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2009/107/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (Riformulazzjoni) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

    Wara li kkunsidrat ir-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji dwar ir-reviżjoni tat-TSI-ERA-03-2008-REC) għall-vaguni tal-merkanzija tas-27 ta' Ottubru 2008,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jeħtieġ li l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (minn hawn 'il quddiem “l-Aġenzija”) għandha tiżgura illi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabilità (“TSIs”) jiġu addattati għall-progress tekniku u x-xejriet tas-suq u għall-ħtiġijiet soċjali u tipproponi lill-Kummissjoni l-emendi għat-TSIs li tikkunsidra meħtieġa.

    (2)

    Bid-Deċiżjoni C(2007)3371 tat-13 ta' Lulju 2007, il-Kummissjoni tat mandat ta' qafas lill-Aġenzija biex twettaq ċerti attivitajiet taħt id-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE tat-23 ta' Lulju 1996 fuq l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea (3) u d-Direttiva 2001/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2001 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (4). Skont it-termini ta' dan il-mandat ta' qafas, l-Aġenzija ntalbet twettaq ir-reviżjoni tat-TSI Rolling Stock – Freight wagon, adottata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/861/KE tat-28 ta' Lulju 2006 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabilità marbuta mas-sottosistema tal-vettura ferrovjarja [dokument mhux disponibbli bil-Malti] (5), kif ukoll biex tipprovdi opinjonijiet tekniċi dwar żbalji kritiċi u tippubblika lista ta' żbalji minuri nnutati.

    (3)

    Id-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni l-ġdida dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) tal-1999 fl-1 ta' Lulju 2006 daħħal regoli ġodda li jirregolaw l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi applikabbli għall-vaguni. Il-Ftehim RIV li kien hemm qabel bejn l-impriżi ferrovjarji ġie parzjalment sostitwit minn ftehim ġdid privat u volontarju, il-Kuntratt Ġenerali tal-Użu (General Contract of Use) (GCU) (6) bejn l-impriżi ferrovjarji u s-sidien tal-vaguni, kif ukoll mid-Deċiżjoni 2006/81/KE.

    (4)

    Filwaqt li l-vaguni rreġistrati taħt il-ftehim RIV ħtieġu biss awtorizzazzjoni waħda mill-Impriza Ferrovjarja reġistranti, id-Direttiva 2001/16/KE ħtieġet awtorizzazzjoni għal kull Stat Membru. Din il-problema ġiet proviżorjament solvuta mit-taqsima 7.6 tal-Annnes għad-Deċiżjoni 2006/81/KE li tipprovdi li darba li ċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza jew l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz jingħataw għall-vaġuni fi grupp fi Stat Membru wieħed, iċ-ċertifikazzjoni jew l-awtorizzazzjoni trid tkun rikonoxxuta reċiprokament mill-Istati Membri kollha sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-verifiki tas-sikurezza u tal-interoperabilità mill-Awtoritajiet tas-Sikurezza. Tipprovdi wkoll li safejn id-Deċiżjoni 2006/861/KE fiha punti miftuħa, l-awtorizzazzjonijiet għas-servizz se jiġu reċiprokament aċċettati, ħlief kif indikat fl-Anness JJ għal dik id-Deċiżjoni. Madankollu, safejn l-Anness JJ ma jidentifikax b'mod ċar il-kundizzjonijiet li taħthom awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz ta' vagun fi Stat Membru wieħed għandha tiġi rikonoxxuta reċiprokament fi Stati Membri oħra, l-applikazzjoni tat-taqsima 7.6 tal-Anness għad-Deċiżjoni 2006/861/KE wasslet għal interpretazzjonijiet li jvarjaw. Dan irriżulta f'inċertezza ġuridika u diffikultajiet għall-industrija li sejħet għal azzjoni immedjata mill-Kummissjoni.

    (5)

    Il-problema issa tista' tiġi solvuta billi l-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2008/57/KE jipprovdi li vetturi li jkunu konformi b'mod sħiħ mat-TSIs li jkopru l-aspetti kollha tas-sotto-sistemi rilevanti mingħajr każijiet speċifiċi u mingħajr kwistjonijiet pendenti marbuta strettament mal-kompatibilità teknika bejn il-vettura u n-netwerk, m'għandhomx ikunu suġġetti għal awtorizzazzjoni addizzjonali għat-tqegħid fis-servizz, sakemm jaħdmu fuq netwerks konformi mat-TSIs fl-Istati Membri l-oħra jew bil-kundizzjonijiet speċifikati fit-TSIs korrispondenti.

    (6)

    Id-Deċiżjoni 2006/861/KE fiha għadd ta' punti miftuħa u żbalji tekniċi. Filwaqt li r-Regoli Tekniċi Nazzjonali jistgħu japplikaw sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali marbuta mal-punti miftuħa, mhemmx ċertezza ġuridika li dawn is-soluzzjonijiet nazzjonali jiġu aċċettati minn Stati Membri oħra. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/57/KE, il-proċedura x-xierqa fil-każ ta' żbalji kbar jew kritiċi hija li l-ispeċifikazzjonijiet TSi rilevanti jiġu emendati minnufih.

    (7)

    Sabiex terġa' tiddaħħal l-interoperabilità sħiħa tal-vaguni tal-merkanzija għat-trasport internazzjonali, hija meħtieġa reviżjoni immedjata tad-Deċiżjoni 2006/861/KE sabiex jiġu ċċarati l-kundizzjonijiet li taħthom awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz ta' vagun konformi mat-TSI għandha tkun valida fl-Istati Membri l-oħra kollha.

    (8)

    Il-vaguni li ġew awtorizzati jitqiegħdu fis-servizz skont l-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2008/57/KE u li huma pprovduti b'awtorizzazzjoni valida fl-Istati Membri kollha skont l-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2008/57/KE għandhom ikunu mmarkati b'marki alfabetiċi li jkunu ċari u li jintgħarfu faċilment. Jeħtieġ għalhekk li jiġi emendat l-Anness P. 5 għat-TSI marbut mas-sottosistema Operazzjoni u Ġestjoni tat-Traffiku tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea adottata taħt id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/920/KE (7).

    (9)

    Id-Deċiżjonijiet 2006/861/KE u 2006/920/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

    (10)

    Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma fi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2008/57/KE,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Emendi għad-Deċiżjoni 2006/861/KE

    Id-Deċiżjoni 2006/861/KE hija emendata kif ġej:

    (a)

    L-Artikolu segwenti qed jiġi miżjud:

    “Artikolu 1a

    Dokumenti Tekniċi

    1.   L-Aġenzija Ewropew tal-Ferroviji (ERA) għandha tippubblika fuq il-websajt tagħha l-kontenut tal-Anness LL bħala Dokument Tekniku tal-ERA.

    2.   L-ERA għandha tippubblika fuq il-websajt tagħha l-lista tal-brake-blocks ta' materjal kompost approvati bis-sħiħ għat-trasport internazzjonali msemmija fl-Annessi P u JJ bħala Dokument Tekniku tal-ERA.

    3.   L-Aġenzija għandha tippubblika fuq il-websajt tagħha l-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali marbuta mad-draw gear imsemmi fl-Anness JJ bħala Dokument Tekniku tal-ERA.

    4.   Il-Kummissjoni għandha żżomm aġġornati d-Dokumenti Tekniċi msemmija fil-paragrafi 1 sa 3 u tgħarraf lill-Kummissjoni b'kull verżjoni riveduta. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri permezz tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2008/57/KE. Jekk il-Kummissjoni jew Stat Membru jqisu li Dokument Tekniku ma jilħaqx ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2008/57/KE jew ta' kwalunkwe leġiżlazzjoni Komunitarja oħra, il-kwistjoni tiġi diskussa fil-Kumitat. Abbażi tad-deliberazzjonijiet tal-Kumitat u fuq talba tal-Kummissjoni, id-Dokumenti Tekniċi għandhom jiġu rtirati jew immodifikati mill-Aġenzija.”

    (b)

    L-Annessi huma emendati kif stipulat fl-Anness I.

    Artikolu 2

    Emenda għad-Deċiżjoni 2006/920/KE

    L-Anness P. 5 għad-Deċiżjoni 2006/920/KE huwa emendat kif stipulat fl-Anness II.

    Artikolu 3

    Jekk il-marka “TEN” tal-vaguni tal-merkanzija li tqiegħdu fis-servizz qabel id-dħul fis-seħħ ta' dik id-Deċiżjoni ma jkunux konformi mat-tifsira speċifikata fl-Anness II, dik il-marka għandha titneħħa sal-31 ta' Diċembru 2010.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tibda tapplika mill-1 ta' Lulju 2009.

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Jannar 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Antonio TAJANI

    Viċi President


    (1)  ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.

    (2)  ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1, kif ikkoreġut bil-ĠU L 220, 21.6.2004, p. 3.

    (3)  ĠU L 235, 17.9.1996, p. 6.

    (4)  ĠU L 110, 20.4.2001, p. 1.

    (5)  ĠU L 344, 8.12.2006, p. 1.

    (6)  Il-websajt tal-GCU: http://www.gcubureau.org

    (7)  ĠU L 359, 18.12.2006, p. 1.


    ANNESS I

    L-Annessi tad-Deċizjoni 2006/861/KE huma emendati kif ġej:

    1)

    L-Anness huwa emendat kif ġej:

    (a)

    It-taqsima 4.2.3.3.2 tiġi mibdula b'dan li ġej:

    “Dan jibqa' punt miftuħ ħlief għall-vaguni li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fit-taqsima 7.6.4.”

    (b)

    Fit-taqsima 4.2.3.4.2.1, it-tieni inċiż dwar il-forzi Y/Q jiġi mibdul b'dan li ġej:

    “—

    Forzi Y/Q

    Sabiex jiġi llimitat ir-riskju tal-irkib tar-rota fuq il-binarju, il-kwozjent tal-forza laterali Y u t-tagħbija vertikali Q ta' rota m'għandhomx jaqbżu

    (Y/Q)lim = 0,8 għal testijiet dinamiċi fuq il-linja

    (Y/Q)lim = 1,2 għal testijiet stazzjonarji”

    (ċ)

    Fit-taqsima 4.2.3.4.2.2, l-ewwel sentenza tiġi sostitwita minn dan li ġej:

    “Il-vaguni jkunu jistgħu jiġru fuq binarji mgħawġa meta (Y/Q) għat-testijiet stazzjonarji ma jaqbiżx il-limitu mogħti fit-taqsima 4.2.3.4.2.1 f'kurva ta' raġġ R = 150 m u għal binarju mgħawweġ partikolari:”

    (d)

    It-taqsima li jmiss tiddaħħal wara t-taqsima 6.2.3.2.1.3:

    “6.2.3.2.1.4.   Eżenzjonijiet minn testijiet stazzjonarji

    Il-vaguni tal-merkanzija huma ezentati mit-testijiet stazzjonarji msemmija fit-taqsima 4.2.3.4.2.1 jekk jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-fuljett UIC leaflet 530-2 (Mejju 2006).”

    (e)

    It-taqsima 7.6 tiġi mibdula b'dan li ġej

    “7.6.   AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SERVIZZ TA' VAGUNI KONFORMI MAT-TSI

    7.6.1.

    Fi qbil mal-Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2008/57/KE, meta tkun intlaħqet il-konformità mat-TSIs u tinħareġ Dikjarazzjoni ta' Verifika KE fi ħdan Stat Membru wieħed għall-vaguni tal-merkanzija, dan għandu jkun rikonoxxut reċiprokament mill-Istati Membri kollha.

    7.6.2.

    Meta jkunu qegħdin jintalbu awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-servizz skont l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2008/57/KE, l-applikanti jistgħu jitolbu għal awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-servizz ta' vaguni fi grupp. Il-vaguni jistgħu jitqiegħdu fi grupp (numru ta' vetturi) skont is-serje, f'liema każ japplika l-Artikolu 21(13) tad-Direttiva 2008/57/KE, jew skont it-tip, f'liema każ japplika l-Artikolu 26 ta' dik id-Direttiva.

    7.6.3.

    Skont l-Artikolu 21(5) tad-Direttiva 2008/57/KE, l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz mogħtija minn Stat Membru wieħed għandha tkun valida fl-Istati Membri kollha, sakemm ma jintalbux awtorizzazzjonijiet addizzjonali. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jużaw din il-possibbiltà biss taħt il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikoli 23 u 25 ta' dik id-Direttiva. Skont l-Artikolu 23(4) tad-Direttiva 2008/57/KE, waħda mill-kundizzjonijiet li tippermetti lil Stat Membru jitlob għal proċedura ta' ‘awtorizzazzjoni addizzjonali’ hija l-każ tal-punti miftuħa relatati mal-kompatibilità teknika bejn l-infrastruttura u l-vetturi. Għal dan il-għan, l-Anness JJ jistipula l-lista ta' punti miftuħa kif mitlub fl-Artikolu 5(6) ta' dik id-Direttiva u jidentifika wkoll dawk il-punti miftuħa li jistgħu jkunu jeħtieġu verifiki addizzjonali għall-iżgurar tal-kompatibilità teknika bejn l-infrastruttura u l-vetturi.

    7.6.4.

    Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz maħruġa minn Stat Membru għandha tkun valida fl-Istati Membri kollha skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    il-vagun ikun awtorizzat skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2008/57/KE, abbażi ta' din it-TSI, inkluż il-verifiki marbuta mal-punti miftuħa identifikati fl-Anness JJ parti 1;

    (b)

    il-vagun ikun kompatibbli mal-wsia' bejn il-wiċċ ta' ġewwa tal-binarji ta' 1453 mm;

    (ċ)

    il-vagun ikollu profil GI, kif speċifikat fl-Anness C3;

    (d)

    il-vagun ikollu distanza bejn il-fusien li ma taqbiżx 17 500 mm bejn żewġ fusien maġenb xulxin;

    (e)

    il-vagun ikun jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Anness JJ parti 2.

    7.6.5.

    Anki jekk vagun ġie awtorizzat biex jitqiegħed fis-servizz, hemm bżonn li jiġi żgurat li jkun operat fuq infrastrutturi kompatibbli; dan jista' jsir permezz tal-użu tar-reġistri tal-Infrastruttura u l-Vetturi Ferrovjarji.”

    2)

    L-Anness B huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-punt B.3, rimarka 4) tiġi sostitwita b'dan li ġej:

    “4)

    Vaġuni eżistenti li jistgħu jitmexxew bl-istess tagħbijiet bħal tat-traffiku-S b’120 km/h, huma diġà mmarkati bis-sinjal ‘**’ ippustjat fuq il-lemin tal-marki tat-tagħbija massima; l-ebda vagun adizzjonali ma jista' jizdied ma' din il-kategorija.”

    (b)

    Ir-rimarka li ġejja hija miżjuda fil-punt B.3:

    “5)

    Vaġuni ġodda bir-rendiment tal-ibbrekjar tal-vaguni ‘S2’ skont it-tabella fit-taqsima 4.2.4.1.2.2, li jistgħu jitmexxew bl-istess tagħbijiet bħal tat-traffiku-S b’120 km/h skont speċifikazzjonijiet partikolari elenkati fl-Anness Y, għandhom ikollhom is-sinjal ‘***’ ippustjat fuq il-lemin tal-marki tat-tagħbija massima.”

    (ċ)

    punt B.32 huwa sostitwit bit-test li ġej:

    “B.32.   L-IMMARKAR TAL-PROFIL TAL-VAGUNI

    (1)

    Il-vaguni mibnija għall-profil G1 se jkunu mmarkati kif ġej:

    Image

    (2)

    Il-vaguni mibnija skont profil GA, GB jew GC se jkunu mmarkati kif ġej:

    Image

    3.

    Fl-Anness L, punt L.1.4.2.1, l-aħħar sentenza tiġi mibdula b'dan li ġej:

    “Meta roti monoblokk jiġu armati fuq vaguni li huma 100 % tread braked, għandhom jitqiesu l-parametri li ġejjin:

    Firxa tad-dijametru tar-rota

    f'(mm)

    1 000 sa 920

    u

    920 to 840

    840 sa 760

    760 sa 680

    Qawwa

    50 kW

    42,5  kW

    38 kW

    Ħin ta' applikazzjoni

    45 min

    45 min

    45 min

    Veloċità tal-ġiri

    60 km/h

    60 km/h

    60 km/h

    Nota: Għal tipi speċifiċi ta' trasport tal-merkanzija, il-valuri għall-qawwa u/jew il-ħin tal-applikazzjoni u/jew il-veloċità tal-ġiri u/jew it-tagħbijiet tal-fus u/jew id-dijametri tar-roti jistgħu jiġu mmodifikati fuq l-imġiba termomekkanika ta' dawn ir-roti fil-kuntest ta' utilizzazzjoni limitata.”

    4.

    Fl-Anness P, il-punt P.1.10 “Brake Blocks” jiġi mibdul b'dan li ġej:

    “P.1.10   Brake Blocks

    Il-proċedura tat-test għall-valutazzjoni tad-disinn li għandha tintuża brake blocks li huma Komponenti tal-Interoperabilità għandha ssir skont l-ispeċifikazzjoni fl-Anness I taqsima I.10.2. Din l-ispeċifikazzjoni għadha punt miftuħ għall-brake blocks ta' materjal kompost.

    Brake blocks ta' materjal kompost li ġa qed jintużaw għaddew mill-valutazzjoni skont p. 2.10. Il-lista tal-brake blocks ta' materjal kompost approvati bis-sħiħ għat-trasport internazzjonali qiegħda mniżżla f'Dokument Tekniku li għandu jiġi ppubblikat mill-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji fuq il-websajt tagħha.”

    5.

    L-Anness JJ għandu jinbidel b'dan li ġej:

    “ANNESS JJ

    JJ.1.   LISTA TA’ PUNTI MIFTUĦA

    It-tabella hawn taħt tagħti fil-qosor il-punti miftuħa ta’ din it-TSI u tikklassifika kull waħda minnhom jekk relatati (il-kolonna ‘IVA’) jew le (il-kolonna ‘LE’) mal-kompatibilità teknika bejn l-infrastruttura u l-vetturi.

    Referenza fit-TSI

    Titlu

    IVA

    LE

    4.2.3.3.2

    Lokalizzazzjoni tal-hot axle box

    X

     

    4.2.6.2

    Effetti aerodinamiċi

     

    X

    4.2.6.3

    Irjieħ trasversali

    X

     

    4.3.3

    Sottosistema tat-tħaddim u l-ġestjoni tat-traffiku:

     

    X

    6.1.2.2

    Il-valutazzjoni tal-ġonot tal-iwweldjar għandha ssir skont ir-regoli nazzjonali

    X

     

    6.2.2.1

    Il-valutazzjoni tal-ġonot tal-iwweldjar għandha ssir skont ir-regoli nazzjonali

    X

     

    6.2.2.3

    Valutazzjoni tal-Manutenzjoni

    X

     

    6.2.3.4.2

    Effetti aerodinamiċi

     

    X

    6.2.3.4.3

    Irjieħ trasversali

    X

     

    Anness E

    Wiċċ ir-roti jibqa’ punt miftuħ sakem jiġi ppubblikat l-EN.

    X

     

    Anness L

    L-ispeċifikazzjoni tar-roti tal-azzar fondut hija punt miftuħ. Qed jinta lab EN ġdid.

    X

     

    Anness P

     

     

     

    P.1.1

    Distributur

     

    X

    P.1.2

    Valv relay għal tagħbija varjabbli u għall-bdil awtomatiku tat-‘tagħbija vojta’.

     

    X

    P.1.3

    Mezz ta’ protezzjoni miż-żerżieq tar-roti

     

    X

    P.1.7

    Valvi għall-waqfien (end cocks)

     

    X

    P.1.10

    Brake blocks – Valutazzjoni tad-disinn

    X

     

    P.1.11

    Valv tal-aċċellerazzjoni

     

    X

    P.1.12

    Apparat għall-issensjar awtomatiku tat-tagħbija varjabbli u għall-bdil awtomatiku tat-‘tagħbija vojta’.

     

    X

    P.2.10

    Brake blocks – Valutazzjoni tal-prodott

    X

     

    JJ.2.   SOLUZZJONI TAL-PUNTI MIFTUĦA U SPEĊIFIKAZZJONIJIET ADDIZZJONALI FIL-KAŻ TAL-VAGUNI MSEMMIJA FIT-TAQSIMA 7.6.4

    1.   Għeluq ta’ punti miftuħa

    Għall-vaguni identifikati fit-taqsima 7.6 ta’ din it-TSI, il-punti miftuħa identifikati fil-kolonna ‘IVA’ tal-Anness JJ-1 huma magħluqa f’din it-taqsima.

    1.1.   Lokalizzazzjoni tal-Hot Axle Box

    Il-punt miftuħ identifikat fit-taqsima 4.2.3.3.2 ta’ din it-TSI huwa magħluq jekk il-vagun jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tad-Dokument Tekniku tal-ERA relatat.

    1.2.   Irjieħ trasversali

    Il-punt miftuħ identifikat fit-taqsimiet 4.2.6.3 u 6.2.3.4.3 ta’ din it-TSI huwa magħluq mingħajr ebda dispożizzjoni obbligatorja dwar disinn tal-vagun. Jistgħu japplikaw xi miżuri operattivi.

    1.3.   Valutazzjoni tal-ġonot tal-iwweldjar

    Il-punt miftuħ identifikat fit-taqsimiet 6.1.2.2 u 6.2.21 ta’ din it-TSI huwa magħluq bl-applikazzjoni ta’ EN 15085-5 ta’ Ottubru 2007.

    1.4.   Valutazzjoni tal-manutenzjoni

    Il-punt miftuħ identifikat fl-Anness D ta’ din it-TSI huwa magħluq kif ġej: Kull pjan ta’ manutenzjoni

    (a)

    li ġie applikat minn membru preċedenti reġistranti ta’ impriża ferrovjarja membru tal-RIV fil-waqt tar-revoka tal-RIV, jew

    (b)

    li ġie approvat bi qbil ma’ regoli nazzjonali jew internazzjonali

    u li wkoll jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ din it-TSI huwa validu. Il-prestazzjonijiet waqt is-servizz huma meqjusa bħala sodisfaċenti.

    1.5.   L-uċuħ tar-roti

    Il-punt miftuħ identifikat fl-Anness E ta’ din it-TSI huwa magħluq kif ġej: id-difetti fuq wiċċ ir-rota se jitqiesu fl-ambitu tal-manutenzjoni.

    1.6.   Roti tal-azzar fondut

    Il-punt miftuħ identifikat fl-Anness L ta’ din it-TSI huwa magħluq kif ġej: ir-roti tal-azzar fondut mhumiex awtorizzati sakemm jiġi ppublikat standard Ewropew.

    1.7.   Disinn u Valutazzjoni tal-brake blocks ta’ materjal kompost

    Il-punt miftuħ identifikat fl-Annessi p. 1.10 u p. 2.10 ta’ din it-TSI huwa magħluq bid-dokument tekniku relatat li huwa ppubblikat fuq il-websjat tal-ERA.

    2.   Speċifikazzjonijiet addizzjonali

    L-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali li ġejjin huma wkoll meħtieġa għall-vaguni identifikati fit-taqsima 7.6.4.

    2.1.   Inġizzi u draw gears

    Minbarra l-ispeċifikazzjonijiet tat-taqsima 4.2.2.1.2.1 ta’ din it-TSI, huwa meħtieġ li l-inġizzi tal-vaguni jkunu armati b’mezz ta’ gwida għall-plunger li jżomm lil dan tal-aħħar milli jdur ħieles madwar l-assi lonġitudinali tiegħu. It-tolleranza permessa għar-rotazzjoni hija ± 2o għall-inġizzi meta ġodda.

    Minbarra l-ispeċifikazzjonijiet tat-taqsima 4.2.2.1.2.2 ta’ din it-TSI, huwa wkoll meħtieġ:

    (a)

    L-apparat intermedju tal-ġbid ta’ kull sett ta’ vaguni permanentament magħquda (jew vaguni multipli) għandu jkollu saħħa tal-ibbrejkjar fil-ġibda li tkun akbar minn dak tal-apparat tal-ġbid tat-tarf.

    (b)

    Id-Dokument Tekniku tal-ERA dwar speċifikazzjonijiet addizzjonali applikabbli għad-draw gear marbut ma’ dawn li ġejjin japplika wkoll (il-prEN 15551 mistenni jiġi ppubblikat f’April 2009).

    kapaċità tal-enerġija dinamika;

    affarijiet armati u mwaħħla;

    it-tefgħa u mezz kontra r-rotazzjoni

    reżistenza mekkanika;

    karatteristiċi elastiċi;

    marki;

    il-kalkolu tas-sovrappożizzjoni tal-inġiżż u l-materjal tal-pjanċa tal-inġiżż;

    id-dijametru tal-iżbarra tal-ġbid;

    (ċ)

    Għar-reżistenza mekkanika tal-assemblaġġi, id-draw gear (minbarra mezz elastiku), ganċi tal-ġbid u l-apparat tat-tqabbid għandhom jiġu ddisinjati għal ħajja ta’ tletin sena. Jista’ jintlaħaq qbil għal għoxrin sena fuq talba tal-klijent.

    (d)

    It-tabella li ġejja turi l-firxa ta’ forzi u l-għadd ta’ ċikli li għandhom jiġu applikati għat-test tat-tip dinamiku.

    Kundizzjonijiet għat-testijiet tat-tip dinamiku

    Rekwiżiti operattivi

    Firxa ta’ forzi li għandha tiġi applikata

    Ċiklu ta’ ħajja

    (snin)

    Probabbiltà ta’ sopravivenza

    ( %)

    Fattur ta’ sikurezza

    (fN)

    Tismija

    Pass Nru. 1

    Pass Nru. 2

     

     

     

    1MN

    ΔF1 = 200 kN

    ΔF2 = 675 kN

     

     

     

    1,2 MN

    ΔF1 = 240 kN

    ΔF2 = 810 kN

     

     

     

    1,5 MN

    ΔF1 = 300 kN

    ΔF2 = 1015 kN

     

     

     

     

    N1 in cycles

    N2 in cycles

    20

    97,5

    1,7

    All

    106

    1,45  × 103

    30

    97,5

    1,7

    All

    1,5  × 106

    2,15  × 103

    It-testijiet tat-tip dinamiku għandhom isiru fuq tliet draw gears mingħajr mezz elastiku. It-tliet kampjuni għandhom jgħaddu mit-testijiet mingħajr ma juru ebda ħsara. M’għandhomx juru xquq, u l-forza tensili ma tistax tinżel taħt l-1 000 kN.

    2.2.   Is-saħħa tal-istruttura ewlenija tal-vettura

    Minbarra l-ispeċifikazzjonijiet tat-taqsima 4.2.2.3.1 ta’ din it-TSI, huwa wkoll meħtieġ li:

    għandhom jiġu aċċettati biss testijiet u kalkoli li għalihom ġew ivvalidati simulazzjonijiet numeriċi;

    il-pjan ta’ manutenzjoni għandu jqis li ġej: l-użu ta’ azzar termomekkaniku rrumblat jeħtieġ miżuri speċjali fir-rigward tas-sħana (fit-trattament).

    2.3.   Iġġakkjar

    Minbarra l-ispeċifikazzjonijiet tat-taqsima 4.2.2.3.2.4 ta’ din it-TSI, il-konformità tal-iġġakkjar mal-grafika ta’ hawn taħt hija meħtieġa wkoll:

    Grafika

    Relevage sur la voie / Rerailing

    Image

    2.4.   Fus

    Minbarra l-ispeċifikazzjonijiet tat-taqsima 5.4.2.4 u l-Anness M 1.4 ta’ din it-TSI, l-istandards li ġejjin japplikaw għall-istressijiet massimi permissibbli: EN 13103 taqsima 7, EN 13260 taqsima 3.2.2 u EN 13261 taqsima 3.2.3

    2.5.   L-imġiba dinamika tal-vettura

    Minbarra l-ispeċifikazzjonijiet tat-taqsima 4.2.3.4 ta’ din it-TSI, huwa meħtieġ li għall-każi partikolari tal-bogies mhux elenkati fl-Anness Y, japplikaw EN 14363 jew il-fuljett UIC 432.

    Minbarra l-ispeċifikazzjonijiet tat-taqsima 4.2.3.4.2.4 ta’ din it-TSI dwar is-sikurezza kontra l-iżvijjar waqt il-ġiri fuq binarji mgħawġa:

    Japplika wieħed mit-tliet metodi mogħtija f’EN 14363;

    Il-vaguni tal-merkanzija huma eżentati minn dawn it-testijiet jekk jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-fuljett UIC 530-2.

    2.6.   Forza kompressiva lonġitudinali

    Minbarra l-ispeċifikazzjonijiet tat-taqsima 4.2.3.5 u l-Anness R ta’ din it-TSI, hija meħtieġa wkoll il-konformità mat-taqsima 3.2 tal-fuljett UIC 530-2, għajr għar-rekwiżiti għall-komunikazzjoni ma’ u biex jiġi rċevut il-ftehim mill-Grupp ta’ Studju UIC (SG) 2.

    2.7.   Ibbrejkjar

    2.7.1.   Ħżin tal-enerġija

    Minbarra l-ispeċifikazzjonijiet tat-taqsima 4.2.4.1.2.4 ta’ din it-TSI, huwa meħtieġ li l-ħżin tal-enerġija jkun iddisinjat b’tali mod li wara applikazzjoni tal-brejk (bil-pressjoni massimu taċ-ċilindru tal-brejk u t-tefgħa massima possibbli taċ-ċilindru tal-vagun fi kwalunkwe stat ta’ tagħbija), il-pressjoni fir-reservoir awżiljari għandha tkun ≥ 0,3 bar mill-pressjoni taċ-ċilindru tal-brejk mingħajr iż-żieda ta’ aktar enerġija.

    2.8.   Vaguni b’żewġ fusien

    Minbarra l-ispeċifikazzjonijiet tat-taqsima 4.2.3.4.2.4 ta’ din it-TSI, l-applikazzjoni tal-fuljett UIC 517 hija obbligatorja għall-kalkolu tas-sospensjoni tal-vaguni b’żewġ fusien.

    2.9.   Interferenza elettrika jew elettromanjetika

    Il-vaguni armati b’sors ta’ enerġija li jista’ jikkawża l-interferenza elettrika għandhom jiġu eżaminati skont il-fuljetti UIC 550-2 u 550-3. Il-firma elettromanjetika tal-kompożizzjonijiet ferrovjarji massimi trid tiġi vvalidata.

    2.10.   Tipi speċjali ta’ vaguni

    Għal kull wieħed mit-tipi ta’ vaguni li ġejjin, japplikaw l-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali relatati:

    għall-vaguni armati b’magna b’kombustjoni interna: il-fuljett UIC 538;

    għal vaguni multipli u artikolati: il-fuljett UIC 572;

    għal vaguni għall-ġarr tal-kontejners, swap bodiesmovable units mgħobbija orizzontalment: il-fuljett UIC 571-4;

    għal vaguni iżolati mis-sħana u refriġerati: il-fuljett UIC 554-2;

    għal semi trailers fuq bogies: il-fuljett UIC 597.

    2.11.   Vaguni deħlin fir-Renju Unit

    Il-vaguni deħlin fir-Renju Unit għandhom ukoll jikkonformaw mal-fuljett UIC 503 relatati mal-kundizzjonijiet speċifiċi tar-Renju Unit.”

    6.

    L-Anness ġdid li ġej jiddaħħal wara l-Anness KK:

    “ANNESS LL

    DOKUMENT TA' REFERENZA GĦAL-LOKALIZZAZZJONI TAL-HOT AXLE BOX

    Nota: dan l-Anness huwa wkoll ippubblikat bħala Dokument Tekniku tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji u se jkompli jinżamm skont l-Artikolu 1a(4).

    1.   TERMINI U DEFINIZZJONIJIET

    Għall-għanijiet ta' dan l-Anness, it-termini u t-tifsiriet li ġejjin japplikaw:

    Bearing tal-fus: bearing jew assemblaġġ ta' bearing fuq fus ta' vettura ferrovjarja li jittrażmetti proporzjon tal-piż tal-vettura ferrovjarja direttament għal fuq is-sett tar-rota.

    Axle box: l-istruttura, li tkun tinkludi pereżemoju cartridge bearing adaptor, li fih ikollu, jew ikun f'kuntatt mal-axle journal bearing u jipprovdi konnessjoni bejn l-arranġemaent tal-bogie jew tas-sospensjonijiet.

    Lokalizzatur tat-tisħin fil-kaxxa tal-fus (HABD):

    Żona fil-mira: żona definita fuq qiegħ tal-kaxxa tal-fus li ddisinjata sabiex ikollha t-temperatura tagħha mmonitorjata minn HABD

    Erja fil-mira: il-qisien skont il-pjan XY taż-żona fil-mira

    Żona projbittiva: żona fejn l-għejun tas-sħana, bħall-egżosts, li jistgħu jinfluwenzaw l-imġiba ta' HABD, huma esklużi jew għandhom ilqugħ mis-sħana.

    Koordinati tal-vetturi ferrovjarji: il-koordinati tal-vetturi ferrovjarji, grafika 1, huma bbażati fuq is-sistema tal-koordinati Karteżjani skont ir-regola tal-id tal-lemin, fejn l-assi-X pożittiva (loġitudinali) jgħaddi tul il-vettur fid-direzzjoni tal-moviment, l-assi-Z jitla”“l fuq vertikalment, u l-oriġini qiegħed fiċ-ċentru tal-fus tas-sett tar-roti. L-assi-Y huwa l-assi laterali.

    Grafika 1

    Koordinati tal-Vetturi Ferrovjarji

    Image

    Is-sett tar-roti unità li tinkludi: fus, żewġ roti u l-axle bearings tagħhom, jew par roti indipendenti li jkunu fl-istes pożizzjoni lonġitudinali u l-bearings tagħhom.

    Sors tas-sħana: parti mill-vetturi ferrovarji li jista' jkollha temperatura ogħla mit-temperatura tal-operazzjoni ma' qiegħ il-kaxxa tal-fus, bħal tagħbija sħuna jew pajp tal-egżost.

    2.   SIMBOLI U TAQSIRIET

    Għall-għanijiet ta' dan l-Anness, it-termini u t-tifsiriet li ġejjin japplikaw:

    HABD

    Lokalizzazzjoni tat-tisħin fil-kazza tal-fus

    IM

    Amministratur tal-Infrastruttura (kif definit fit-TSIs)

    LPZ

    Tul lonġitudinali f'mm taż-żona projbittiva

    LTA

    Tul lonġitudinali f'mm tal-erja fil-mira

    PZ

    Żona projbita

    RST

    Vetturi ferrovjarji (rolling stock) (kif definit fit-TSIs)

    RU

    Impriża ferrovjarja (kif definit fit-TSIs)

    TA

    Erja fil-mira:

    TSI

    Speċifikazzjoni Teknika għall-Interoperabilità.

    WPZ

    Wisa' lonġitudinali f'mm taż-żona projbittiva

    WTA

    Wisa' laterali f'mm taż-żona projbittiva

    YPZ

    Pożizzjoni laterali f'mm taċ-ċentru taż-żona projbittiva fir-rigward tal-linja taċ-ċentru tal-vettura

    XTA

    Pożizzjoni lonġitudinali taċ-ċentru tal-erja fil-mira fir-rigward tal-linja taċ-ċentru tal-vettura

    YTA

    Pożizzjoni laterali taċ-ċentru tal-erja fil-mira fir-rigward tal-linja taċ-ċentru tal-vettura

    3.   REKWIŻITI GĦALL-VETTURI FERROVJARJI

    Din it-taqsima fiha r-rekwiżiti għan-naħa tal-vetturi ferrovjarji tal-interfaċċa HABD.

    3.1.   Żona fil-mira

    Iż-żona fil-mira hija żona fuq il-wiċċ ta' qiegħ il-kaxxa tal-fus deskritta mill-intersezzjoni tal-kaxxa tal-fus ma' kubojde virtwali li għandu erja orizzontali meta maqsum minn tulu mogħtija mill-qisien XTA u YTA bl-użu tal-koordinati tal-vetturi ferrovjarji. L-erja orizzontali meta maqsum minn tulu tal-kubojde virtwali hija għalhekk kongruwenti mal-erja tal-pjan (i.e. il-pjan XY) taż-żona fil-mira, hawnhekk imsemmija l-erja fil-mira.

    3.2.   Erja fil-mira:

    L-erja fil-mira għandha postha fl-ispazju fir-rigward tal-qisien tal-fus, u tiddefinixxi erja li fiha HABD tista' tiffoka biex timmonitorja t-temperatura ta' axle box. Il-grafika 2 turi l-pożizzjoni u l-qisien minimi tal-erja fil-mira bl-użu tal-koordinati tal-vetturi ferrovjarji.

    Grafika 2

    Qisien u pożizzjoni tal-erja fil-mira (TA) fil-pjan XY (kif tarah minn taħt)

    Image

    3.3.   Qisien tal-Erja fil-Mira

    Jekk jitqiesu t-tolleranzi mekkaniċi, l-erja fil-mira għandha:

    jkollha wisa' laterali, WTA, akbar minn jew ta' 50 mm

    jkollha tul lonġitudinali, LTA, akbar minn jew ta' 100 mm

    3.4.   Il-Pożizzjoni tal-Erja fil-Mira fil-pjan XY

    Fil-pjan XY, iċ-ċentru tal-erja fil-mira għandu jkun ippożizzjonat distanza laterali, YTA, relattiva għaċ-ċentru tal-fus (jew iċ-ċentru ta' par roti fl-istess pożizzjoni), fejn 1 065 mm huwa inqas jew daqs il-YTA u l-YTA hija inqas jew daqs 1 095 mm. Fl-assi loġitudinali, iċ-ċentru tal-erja fil-mira għandu jkun kongruwenti mal-linja taċ-ċentru tal-fus.

    3.5.   Rekwiżiti tal-viżibilità għall-Erja fil-Mira

    Il-vetturi ferrovjarji għandhom ikunu ddisinjati mingħajr ebda ostruzzjoni bejn iż-żona fil-mira u l-HABD li tista' xxekkel jew iżżomm lill-HABD milli jiffoka fuq iż-żona fil-mira u b'hekk jonqos milli jkun hemm kejl tar-radjazzjoni termali tiegħu.

    Nota

    :

    Id-disinn tal-axle box tal-vettura ferrovjarja għandhu jkollu l-għan li jilħaq distribuzzjoni omoġenea tat-temperatura fi ħdan iż-żona fil-mira.

    4.   REKWIŻITI OĦRA TAD-DISINN MEKKANIKU

    Sabiex jitnaqqas iċ-ċans li HABD jikkalkula temperatura minn sors tas-sħana li mhuwiex il-kaxxa tal-fus, il-vetturi ferrovjarji jridu jiġu ddisinjati b'mod li sorsi oħra tas-sħana, perżempju merkanzija sħuna jew egżost, ma jkunux eżatt maġenb jew direttament fuq il-pożizzjoni tal-erja fil-mira. Sabiex jiġi ffaċilitat dan, ebda sors tas-sħana m'għandu jkun mqiegħed fiż-żona projbittiva definuta f'dan id-dokumentt.

    Nota 1

    :

    Jekk, minħabba d-disinn tal-vetturi ferrovjarji, ikun possibbli/inevitabbli għal sors tas-sħana li mhuwiex il-kaxxa tal-fus li jkun fi ħdan iż-żona projbittiva, dak is-sors tas-sħana għandu jkun milqugħ mis-sħana sabiex ma jkunx hemm kalkoli żbaljati tat-temperatura minn HABD li jkun qed ikejjillu r-radjazzjoni termali.

    Nota 2

    :

    Iż-żona projbittiva għandha tinżamm għall-vetturi ferrovjarji kollha, inkluż pereżempju għall-vetturi ferrovjarji b'inboard bearings

    4.1.   Żona projbittiva:

    Iż-żona projbita hija definita minn erja rettangolari, li tinkludi l-erja fil-mira, u li hija estiża vertikalment biex tifforma kubojde vertikali. Il-qisien tal-kubojde huma LPZ u WPZ fil-pjan XY u HPZ fil-assi vertikali. Il-grafika 3 turi pożizzjoni possibbli tal-erja fil-mira fiż-żona projbittiva bl-użu tal-koordinati tal-vetturi ferrovjarji.

    Il-qisien tal-kubojde taż-żona projbittiva, filwaqt li jitqiesu t-tolleranzi mekkaniċi, għandhom ikunu:

    wisa' laterali, WPZ, akbar minn jew ta' 100 mm;

    tul lonġitudinali, LPZ, akbar minn jew ta' 500 mm;

    it-tul vertikali, HPZ, jibda f'punt fil-pjan XY immedjatament fuq l-HABD u jintemm jew mal-għoli tal-erja fil-mira, l-għoli ta' lqugħ termali jew l-għoli tal-vettura.

    Il-pożizzjoni taċ-ċentru taż-żona projbittiva fil-pjan X-Y għandu jkun:

    fid-direzzjoni laterali, YPZ = 1 080 mm ± 5 mm imkejjel relattiv għaċ-ċentru tal-fus (jew iċ-ċentru ta' par roti fl-istess pożizzjoni);

    fid-direzzjoni lonġitudinali għandu jkun kongruenti mal-linja taċ-ċentru tal-fus ± 5 mm.

    Figura 3

    Qisien taż-żona projbittiva (PZ) fil-pjan XY (kif tarah minn taħt) li juri pożizzjoni possibbli taż-żona fil-mira.

    Image

    5.   TABELLA TA' KORRELAZZJONI

    Għall-għanijiet tat-traċċabbiltà, hija inkluża tabella ta' korrelazzjoni marbuta ma' dan id-dokument bil-prEN 15437 oriġinali.

    Ref. Taqsima tad-Dokument

    Ref. Taqsima prEN15437

    1

    3.0

    2

    4.0

    3

    5

    3.1

    5.1

    3.2

    5.1.1

    3.3

    5.1.2

    3.4

    5.1.3

    3.5

    5.1.4

    4

    5.2

    4.1

    5.2.1”


    ANNEX II

    L-Anness 5 tad-Deċiżjoni Nru 2006/920/KE hu mibdul b'dan li ġej:

    “ANNESS P. 5

    IMMARKAR ALFABETIKU TAL-KAPAĊITÀ TAL-INTEROPERABILITÀ

    ‘TEN’

    :

    Vettura li tkun konformi mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

    tikkonforma mat-TSIs kollha rilevanti li jkunu fis-seħħ fil-waqt tat-tqegħid fis-servizz u li ġew awtorizzati biex jitqiegħdu fis-servizz skont l-Artikolu 221(1) tad-Direttiva 2008/57/KE.

    ikollha awtorizzazzjoni valida għall-Istati Membri kollha skont l-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2008/57/KE jew, bħala alternattiva, tkun irċeviet awtorizzazzjonijiet individwali mill-Istati Membri kollha.

    ‘PPV/PPW’

    :

    Vagun li jikkonforma mal-ftehim PPV/PPV (ġewwa Stati OSJD) (oriġinali: ППВ (Правила пользования вагонами в международном сообщении)

    Noti:

    (a)

    Vetturi mmarkati TEN jikkorrispondu għall-kodaġġ 0 sa 3 tal-ewwel ċifra fin-numru tal-vettura speċifikat fl-Anness P6.

    (b)

    Vetturi li mhumiex awtorizzati għall-operazzjoni fl-Istati Membri kollha jeħtieġu marka li tindika l-Istati Membri fejn ġew awtorizzati. Il-lista ta' Stati Membri li jawtorizzaw għandhom ikunu mmarkati skont waħda mit-tpinġijiet li ġejjin, fejn D tfisser l-Istat Membru li ħareġ l-ewwel awtorizzazzjoni (fl-eżempju mogħti, il-Ġermanja) u F tfisser it-tieni Stat Membru li jawtorizza (fl-eżempju mogħti, Franza). L-Istati Membri huma kkodifikati skont l-Anness P4. Dawn jistgħu jkopru vetturi li huma jew mhumiex konformi mat-TSI. Dawn il-vetturi jikkorrispondu għall-kodaġġ 4 sa 8 tal-ewwel ċifra fin-numru tal-vettura speċifikat fl-Anness P6.

    Image


    Top