Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0572

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 572/2008 tad- 19 ta’ Ġunju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1238/95 fir-rigward tal-livell tal-piż annwali u l-piżijiet relatati ma’ eżami tekniku, li jridu jitħallsu lill-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti, u l-mod kif jitħallsu

ĠU L 161, 20.6.2008, p. 7–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/572/oj

20.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 161/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 572/2008

tad-19 ta’ Ġunju 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1238/95 fir-rigward tal-livell tal-piż annwali u l-piżijiet relatati ma’ eżami tekniku, li jridu jitħallsu lill-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti, u l-mod kif jitħallsu

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/92 tas-27 ta’ Lulju 1994 dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kunsill Amministrattiv ta’ l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1238/95 tal-31 ta’ Mejju 1995 li jistabbilixxi r-regoli ta’ l-implimentazzjoni sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 rigward il-piżijiet pagabbli lill-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (2), jistabbilixxi l-piżijiet li jridu jitħallsu lill-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (“l-Uffiċċju”), u l-livelli ta’ dawk il-piżijiet.

(2)

Ir-riserva finanzjarja ta’ l-Uffiċju laħqet livell li jeċċedi l-livell meħtieġ biex jissalvagwardja l-kontinwità ta’ l-operazzjonijiet tiegħu. Minħabba f'hekk traħħsu l-piż annwali u l-piżijiet relatati ma’ l-eżami tekniku. Ir-riserva finanzjarja ta’ l-Uffiċċju issa naqset għal livell xieraq u d-dħul għalhekk għandu jerġa' jiżdied għal livell li jkun suffiċjenti biex jibbilanċja l-baġit ta’ l-Uffiċċju. Biex dan jintlaħaq, il-piż annwali u l-piżijiet relatati ma’ l-eżami tekniku għandhom jogħlew.

(3)

Fir-rigward ta’ speċi ġodda, l-esperjenza miksuba mill-gruppi tal-piż għall-eżamijiet tekniċi ta’ l-ornamenti, urew li hemm bżonn li jiġu emendati xi wħud minn dawk il-gruppi ta’ piżijiet.

(4)

Biex jiġi ffaċilitat il-ħlas ta’ piżijiet u surcharges, ħlas permezz ta’ karti tal-ħlas għandu jkun permess bil-kundizzjonijiet u l-limitazzjonijiet li jridu jiġu determinati mill-President ta’ l-Uffiċċju.

(5)

Fl-istess waqt it-termini “ecu” u “ECU” iridu jinbidlu rispettivament bit-termini “ewro” u “EUR” fir-Regolament (KE) Nru 1238/95 kollu.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 1238/95 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar Drittijiet Komunitarji għal Varjetajiet ta’ Pjanti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1238/95 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1(2), il-kelma “ecu” tinbidel bil-kelma “ewro”;

(2)

Fl-Artikolu 3(2), il-punti (a) (b) u (ċ) jinbidlu b'dan li ġej:

“(a)

il-kunsinna jew għotja ta’ ċekkijiet li jitħallsu f'ewro lill-Uffiċċju;

(b)

it-trasferiment f'ewro f'kont ġiro miżmum mill-Uffiċċju;

(ċ)

il-ħlas f'kont miftuħ miżmum f'ewro mill-Uffiċċju; jew

(d)

ħlas permezz ta’ karta tal-ħlas.”

(3)

Fl-Artikoli 7(1), 8(1), 10(1)(a), (ċ) u (d), 11(1), 13(3) u 14(2) u (4), “ECU” tinbidel b'“EUR”;

(4)

L-Artikolu 9(1) jinbidel b’dan li ġej:

“1.   L-Uffiċċju għandu jimponi fuq pussessur ta’ dritt Komunitarju għal varjetà ta’ pjanta (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-pussessur) piż għal kull sena tal-perjodu taż-żmien tad-dritt Komunitarju għal varjetà ta’ pjanta (minn hawn 'il quddiem piż annwali) ta’ EUR 300 għas-sena 2009 u s-snin ta’ wara.”

(5)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1238/95 jinbidel bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 227, 1.9.1994, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 15/2008(ĠU L 8, 11.1.2008, p. 2).

(2)  ĠU L 121, 1.6.1995, p. 31. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2039/2005 (ĠU L 321M, 21.11.2006, p. 370).


ANNESS

L-Anness I jinbidel b’dan li ġej:

“ANNESS I

Piżijiet li għandhom x'jaqsmu ma’ eżamijiet tekniċi kif imsemmija fl-Artikolu 8

Il-piż li jrid jitħallas għall-eżami tekniku ta’ varjetà skond l-Artikolu 8 għandu jkun determinat skond it-tabella:

(f'EUR)

Grupp ta’ spiża

Piż

Grupp agrikolu

1

Uċuħ tar-raba' regolari

1 200

2

Uċuħ tar-raba' propagati b'mod veġetattiv

1 700

3

Ħxejjex li jagħtu ż-żejt

1 340

4

Ħaxix

1 970

5

Uċuh tar-raba' tal-pitravi

1 300

6

Uċuħ tar-raba' tal-fibra

1 160

7

Uċuħ tar-raba' b'arranġament speċjali għall-ittestjar

1 340

8

Uċuħ tar-raba' agrikoli oħrajn

1 340

Grupp ornamentali

9

Speċi bi ġbir ta’ referenza ħajja, test tas-serra, kultivazzjoni twila

1 700

9A

Speċi bi ġbir ta’ referenza ħajja, test tas-serra, kultivazzjoni twila u kundizzjonijiet fitosanitarji speċjali

2 140

10

Speċi bi ġbir ta’ referenza ħajja, test tas-serra, kultivazzjoni qasira

1 610

11

Speċi bi ġbir ta’ referenza ħajja, test ta’ barra, kultivazzjoni twila

1 430

12

Speċi bi ġbir ta’ referenza ħajja, test ta’ barra, kultivazzjoni qasira

1 300

13

Speċi mingħajr ġbir ta’ referenza ħajja, test tas-serra, kultivazzjoni twila

1 430

13A

Speċi mingħajr ġbir ta’ referenza ħajja, test tas-serra, kultivazzjoni twila b'pass ulterjuri ta’ propagazzjoni

2 140

14

Speċi mingħajr ġbir ta’ referenza ħajja, test tas-serra, kultivazzjoni qasira

1 160

15

Speċi mingħajr ġbir ta’ referenza ħajja, test ta’ barra, kultivazzjoni twila

1 250

16

Speċi mingħajr ġbir ta’ referenza ħajja, test ta’ barra, kultivazzjoni qasira

1 340

17A

Ornamenti, varjetajiet propagati biż-żerriegħa, test ta’ barra

1 450

18A

Ornamenti, varjetajiet propagati biż-żerriegħa, test tas-serra

2 000

17, 18 u 19

Imħassar

 

Grupp tal-ħxejjex

20

Speċi propagata biż-żerriegħa, test ta’ barra

1 430

21

Speċi propagata biż-żerriegħa, test tas-serra

1 790

22

Speċi propagata b'mod veġetattiv, test ta’ barra

1 970

23

Speċi propagata b'mod veġetattiv, test tas-serra

1 610

Grupp tal-frott

24

Siġar

1 790

24A

Speċi ta’ siġar bi ġbir ta’ referenza ħajja permanenti kbir

2 500

25

Sġajriet

1 790

26

Dwieli

1 790

27

Pjanti li jixxebilku

1 970 ”


Top