Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0422

    2008/422/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 5 ta' Ġunju 2008 dwar id-deklassifikazzjoni ta’ l-Anness 4 tal-Manwal SIRENE adottat mill-Kumitat Eżekuttiv stabbilit mill-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen ta’ l- 14 ta’ Ġunju 1985 ( Konvenzjoni ta’ Schengen ta’ l-1990 )

    ĠU L 149, 7.6.2008, p. 78–78 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/422/oj

    7.6.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 149/78


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tal-5 ta' Ġunju 2008

    dwar id-deklassifikazzjoni ta’ l-Anness 4 tal-Manwal SIRENE adottat mill-Kumitat Eżekuttiv stabbilit mill-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen ta’ l-14 ta’ Ġunju 1985 (“Konvenzjoni ta’ Schengen ta’ l-1990”)

    (2008/422/KE)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207, il-paragrafu (3) tiegħu,

    Billi,

    (1)

    Permezz tad-Deċiżjoni 2003/19/KE ta’ l-14 ta’ Ottubru 2002 dwar id-deklassifika ta’ ċerti partijiet mill-Manwal SIRENE adottat mill-Kumitat Eżekuttiv stabbilit mill-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen ta’ l-14 ta’ Ġunju 1985 (1), il-Kunsill iddeklassifika ċerti partijiet tal-Manwal SIRENE u ddegrada t-Taqsima 2.3 tal-Manwal SIRENE kif ukoll l-Annessi 1, 2, 3, 4, 5 u 6 tiegħu għal-livell ta’ klassikfikazzjoni “Restreint UE”.

    (2)

    L-aħħar verżjoni tal-Manwal SIRENE, hekk kif jinsab fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2006/757/KE (2) u 2006/758/KE tat-22 ta’ Settembru 2006 dwar l-emenda tal-Manwal SIRENE (3), ma fihiex dispożizzjoni ekwivalenti għat-Taqsima 2.3 hekk kif kienet meta saret l-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2003/19/KE.

    (3)

    Permezz tad-Deċiżjoni 2007/473/KE tal-25 ta’ Ġunju 2007 dwar id-deklassifika ta’ ċerti partijiet mill-Manwal SIRENE adottat mill-Kumitat Eżekuttiv stabbilit mill-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen ta’ l- 14 ta’ Ġunju 1985 (4), il-Kunsill iddeklassifika l-Annessi 2 u 5 tal-Manwal SIRENE.

    (4)

    Il-Kunsill huwa tal-parir li jigi ddeklassifikatat l-Anness 4 tal-Manwal SIRENE.

    (5)

    Il-klassifikazzjoni ta’ l-Annessi 1, 3 u 6 tal-Manwal SIRENE għandha tibqa’ “Restreint UE”,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-Anness 4 tal-Manwal SIRENE huwa b’dan deklassifikat.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fil-Lussemburgu, 5 ta’ Ġunju 2008.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    D. MATE


    (1)  ĠU L 8, 14.1.2003, p. 34.

    (2)  ĠU L 317, 16.11.2006, p. 1.

    (3)  ĠU L 317, 16.11.2006, p. 41.

    (4)  ĠU L 179, 7.7.2007, p. 52.


    Top