Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1564

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1564/2007 tal- 21 ta’ Diċembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 979/2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja ta’ importazzjoni ta’ laħam tal-majjal li joriġina fil-Kanada

    ĠU L 340, 22.12.2007, p. 36–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/05/2009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1564/oj

    22.12.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 340/36


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1564/2007

    tal-21 ta’ Diċembru 2007

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 979/2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja ta’ importazzjoni ta’ laħam tal-majjal li joriġina fil-Kanada

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 979/2007 (2), jistipula li meta titressaq l-ewwel applikazzjoni għal subperjodu speċifiku tal-kwota tariffarja, l-applikanti jridu juru li matul kull perjodu msemmi f’dak l-Artikolu huma importaw jew esportaw mill-anqas 50 tunnellata prodotti li huma elenkati fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2759/75.

    (2)

    Jidher li hemm il-ħtieġa li jiġi ċċarat li jeħtieġ li l-prova dwar l-esperjenza preċedenti ta’ l-operatur tiġi ppreżentata flimkien ma’ l-ewwel applikazzjoni għall-perjodu annwali tal-kwota. L-ewwel applikazzjoni tista’ tiġi ppreżentata għal kwalunkwe mill-erba’ subperjodi tas-sena tal-kwota u jekk l-operatur japplika għal diversi subperjodi, il-prova trid tiġi pprovduta darba biss.

    (3)

    Ir-Regolament (KE) Nru 979/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skond dak li ntqal.

    (4)

    Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Amministrattiv għal-Laħam tal-Majjal,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 979/2007, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

    “1.   Għall-finijiet ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, min japplika għal liċenzja ta’ l-importazzjoni, meta jressaq l-ewwel applikazzjoni tiegħu għal perjodu partikolari annwali tal-kwota, għandu jagħti prova li matul kull wieħed miż-żewġ perjodi stipulati fl-imsemmi Artikolu 5, ikun importa jew esporta talanqas 50 tunnellata prodotti li huma elenkati fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2759/75.”

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Diċembru 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

    (2)  ĠU L 217, 22.8.2007, p. 12.


    Top