Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0487

    2007/487/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 6 ta’ Lulju 2007 dwar l-allokazzjoni lir-Renju Unit ta’ jiem addizzjonali fuq il-baħar fid-diviżjoni VIIe ta’ l-ICES (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3212)

    ĠU L 182, 12.7.2007, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/487/oj

    12.7.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 182/33


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-6 ta’ Lulju 2007

    dwar l-allokazzjoni lir-Renju Unit ta’ jiem addizzjonali fuq il-baħar fid-diviżjoni VIIe ta’ l-ICES

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3212)

    (It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

    (2007/487/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet ta’ ħut u gruppi ta’ ħażniet (stokkijiet) ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għal bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta’ qbid (1), u b’mod partikolari l-punt 9 ta’ l-Anness IIC, tiegħu,

    Wara li kkunsidrat it-talbiet magħmula mir-Renju Unit,

    Billi:

    (1)

    Il-punt 7 ta’ l-Anness IIC tar-Regolament (KE) Nru 41/2007 jispeċifika l-għadd massimu ta’ jiem fuq il-baħar (192) li fihom bastimenti Komunitarji ta’ tul kumplessiv massimu ta’ 10 metri jew aktar li jkollhom abbord xbieki tat-tkarkir bit-travu b’malji ta’ 80 mm jew akbar jew xbieki statiċi, fosthom għeżula, pariti u għeżula tat-tħabbil b’qies il-malji ta’ anqas minn 220 mm jistgħu jkunu preżenti fid-diviżjoni VIIe ta’ l-ICES mill-1 ta’ Frar 2007 sal-31 ta’ Jannar 2008.

    (2)

    Il-punt 9 ta’ dak l-Anness jippermetti lill-Kummissjoni talloka għadd addizzjonali ta’ jiem fuq il-baħar li fihom bastiment jista’ jkun preżenti f’dik iż-żona filwaqt li jkollu abbord xbieki tat-tkarkir bit-travu jew xbieki statiċi, abbażi ta’ waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd li jkunu seħħew mill-1 ta’ Jannar 2004.

    (3)

    Ir-Renju Unit ressaq data li turi li l-bastimenti, li jkunu waqfu mill-attivitajiet mill-1 ta’ Jannar 2004, kejlu tnaqqis ta’ 5.24 % fl-isforz tas-sajd eżerċitat fis-sena 2003, meħuda bħala perjodu ta’ referenza għal bastimenti preżenti fiż-żona u li kellhom abbord xbieki tat-tkarkir bit-travu b’malji ta’ 80 mm jew akbar.

    (4)

    Fid-dawl tad-data mressqa u bl-applikazzjoni tal-metodu previst taħt il-punt 9.1, għaxart ijiem addizzjonali fuq il-baħar għandhom jiġu allokati lir-Renju Unit għall-perjodu bejn l-1 ta’ Frar 2007 u l-31 ta’ Jannar 2008 għal bastimenti li jkollhom abbord xbieki tat-tkarkir bit-travu bħal dawn.

    (5)

    Għal raġunijiet ta’ ċarezza din id-deċiżjoni tirrifletti l-ammont totali ta’ jiem addizzjonali lir-Renju Unit u fiha jitqiesu t-tnax-il jum addizzjonali fuq il-baħar li qabel kienu allokati bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/461/KE tas-26 ta’ Ġunju 2006 dwar l-allokazzjoni lir-Renju Unit ta’ jiem addizzjonali ta’ sajd fid-diviżjoni VIIe ta’ l-ICES (2) peress li dawn il-jiem addizzjonali jibqgħu allokati fl-2007.

    (6)

    Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-għadd massimu ta’ jiem li bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera tar-Renju Unit u li jkollu abbord xbieki tat-tkarkir bit-travu b’malji ta’ 80 mm jew aktar jista’ jkun preżenti fid-diviżjoni VIIe ta’ l-ICES, kif stipulat fit-tabella I ta’ l-Anness IIC tar-Regolament (KE) Nru 41/2007 għandu jiġi emendat għal 214-il jum fis-sena.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

    Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Lulju 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Joe BORG

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Ir-Regolament kif modifikat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 643/2007 (ĠU L 151, 13.6.2007, p. 1).

    (2)  ĠU L 180, 4.7.2006, p. 25.


    Top