Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R2022

    2022/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2022/2006 tat- 22 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2375/2002, ir-Regolament (KE) Nru 2377/2002, ir-Regolament (KE) Nru 2305/2003 u r-Regolament (KE) Nru 969/2006 li jiftħu u jipprovdu għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji Komunitarji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali

    ĠU L 384, 29.12.2006, p. 70–74 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 312M, 22.11.2008, p. 265–269 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/2022/oj

    22.11.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    265


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2022/2006

    tat-22 ta' Diċembru 2006

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2375/2002, ir-Regolament (KE) Nru 2377/2002, ir-Regolament (KE) Nru 2305/2003 u r-Regolament (KE) Nru 969/2006 li jiftħu u jipprovdu għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji Komunitarji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għall-importazzjoni għall-prodotti agrikoli amministrati minn sistema ta’ liċenzji għall-importazzjonijiet (2) japplika għal-liċenzji ta’ importazzjoni għall-perijodi ta’ kwoti tariffarji li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2007.

    (2)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1301/2006 jistipula b’mod partikolari l-arranġamenti dwar ir-rikjesti, il-kwalità ta’ min jagħmel ir-rikjesta, kif ukoll il-ħruġ tal-liċenzji. Dan ir-Regolament jillimita ż-żmien li fih il-liċenzji jkunu validi sal-aħħar jum tal-perijodu ta’ kwota tariffarja.

    (3)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2375/2002 tas-27 ta’ Diċembru 2002 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti [tariffarji] Komunitarji għal qamħ komuni ta' kwalità differenti minn dik superjuri oriġinanti minn pajjiżi terzi u li tidderoga mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (3), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2377/2002 tas-27 ta’ Diċembru 2002 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwota ta' tariffa tal-Komunità għax-xgħir tal-maltu minn pajjiżi terzi u li jieħu d-deroga minn Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1766/92 (4), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2305/2003 tas-29 ta’ Diċembru 2003 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota [tariffarja] għall-importazzjoni ta’ xgħir minn pajjiżi terzi (5), u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 969/2006 tad-29 ta’ Ġunju 2006 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti [tariffarji] Komunitarji għall-importazzjoni ta’ qamħirrum minn pajjiżi terzi (6), għandhom dispożizzjonijiet li huma differenti mir-regoli komuni li ġew stipulati mir-Regolament (KE) Nru 1301/2006. Għalhekk għandhom jiġu adattati r-Regolamenti hawn imsemmija sabiex jitneħħew ir-regoli diverġenti, biex jiġu speċifikati n-numri ta’ ordni ta’ kull kwota u sub-kwota u biex jerġgħu jiġu speċifikati meta jkun neċessarju r-regoli speċifiċi applikabbli, b’mod partikolari għat-twaqqif tar-rikjesti għal-liċenzji, il-ħruġ tagħhom, iż-żmien li fih ikunu validi u r-rapport tal-informazzjoni lill-Kummissjoni.

    (4)

    Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 japplikaw mingħajr ma jeffettwaw il-kundizzjonijet addizzjonali jew derogi li jistgħu jiġu stabbiliti fir-Regolamenti settorjali. B’mod partikolari, sabiex jiġi assigurat li jkun hemm provvista kontinwa fis-suq Komunitarju, għandha tinżamm ir-rata ta’ sejħa tal-offerti stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 2375/2002, ir-Regolament (KE) Nru 2377/2002, ir-Regolament (KE) Nru 2305/2003 u r-Regolament (KE) Nru 969/2006, u għalhekk issir deroga mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 fuq dan il-punt. Bl-istess mod, sabiex jiġi ggarantit aċċess ugwali għall-operaturi, għandha tinżamm is-sanzjoni għall-preżentazzjoni ta’ rikjesti multipli.

    (5)

    Sabiex jiġu ssimplifikati dawn ir-Regolamenti, għandhom jiġu jitħassru d-dispożizzjonijiet li huma diġà stabbiliti fir-Regolamenti orizzontali jew settorjali ta’ applikazzjoni, li huma, minbarra ir-Regolament (KE) Nru 1301/2006, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta’ Ġunju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' iffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (7), u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1342/2003 tat-28 ta’ Lulju 2003 li jistabbilixxi regoli speċjali u dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' ċereali u ross (8), u jitneħħew id-dispożizzjonijiet li ma japplikawx aktar.

    (6)

    Għalhekk għandhom jiġu emendati r-Regolament (KE) Nru 2375/2002, ir-Regolament (KE) Nru 2377/2002, ir-Regolament (KE) Nru 2305/2003 u r-Regolament (KE) Nru 969/2006.

    (7)

    Għandhom jiġu applikati dawn il-miżuri mill-1 ta’ Jannar 2007, id-data minn meta l-miżuri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1301/2006 japplikaw.

    (8)

    Għaldaqstant, il-perijodu meta jiġu ppreżentati l-ewwel rikjesti stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 2375/2002, ir-Regolament (KE) Nru 2305/2003 u r-Regolament (KE) Nru 969/2006 fl-2007 jaqa’ fi btala pubblika, u għalhekk għandu jiġi stabbilit li l-ewwel rikjesti jistgħu jiġu ppreżentati mill-operaturi mill-ewwel jum ta’ xogħol tas-sena 2007 biss u li dan l-ewwel perijodu ta’ preżentazzjoni ta’ rikjesti jintemm l-aktar tard it-Tnejn, 8 ta’ Jannar 2007. Minbarra dan, għandu jiġi speċifikat li r-rikjesti għal-liċenzji għall-importazzjoni ta’ dan l-ewwel perijodu għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni, l-aktar tard it-Tnejn, 8 ta’ Jannar 2007.

    (9)

    Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni taċ-ċereali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 2375/2002 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 3 li ġej huwa miżjud:

    “3.   Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1342/2003 (*) u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (**) japplikaw mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stabbliti f’dan ir-Regolament.

    (*)  ĠU L 189, 29.7.2003, p. 12."

    (**)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.”"

    (2)

    Fl-Artikolu 3, il-paragrafi 3 u 4 jiġu mibdula bit-test hawn taħt:

    “3.   Is-sub-kwota III hija mqassma f’erba’ sub-perijodi ta’ tliet xhur, li jkopru d-dati u l-kwantitajiet li ġejjin:

    (a)

    sub-perijodu Nru 1: mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu — 594 597 tunnellata;

    (b)

    sub-perijodu Nru 2: mill-1 ta’ April sat-31 ta’ Ġunju — 594 597 tunnellata;

    (c)

    sub-perijodu Nru 3: mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru — 594 597 tunnellata;

    (d)

    sub-perijodu Nru 4: mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru — 594 596 tunnellata.

    4.   Jekk il-kwantitajiet għal wieħed mis-sub-perijodi 1 għal 3 jispiċċaw, il-Kummissjoni tista’ tiftaħ qabel is-sub-perijodu li jmiss, b’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003.”

    (3)

    L-Artikolu 4 jitneħħa.

    (4)

    L-Artikolu 4b jitneħħa.

    (5)

    L-Artikolu 5 jiġi mibdul bit-test li ġej:

    “Artikolu 5

    1.   B’deroga mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-applikant jista’ jippreżenta rikjesta waħda biss għal-liċenzja għal kull numru ta’ ordni u fil-ġimgħa. Jekk issir aktar minn rikjesta waħda għall-istess persuna, ir-rikjesti kollha ma jkunux jistgħu jiġu aċċettati, u l-garanziji mogħtija mal-preżentazzjoni tar-rikjesti jintilfu favur l-Istat Membru kkonċernat.

    Ir-rikjesti għal-liċenzji għall-importazzjoni għandhom jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kull ġimgħa l-aktar tard nhar ta’ Tnejn fis-13.00, ħin ta’ Brussell.

    Għaldaqstant, għas-sena 2007, il-perijodu meta jiġu ppreżentati l-ewwel rikjesti jibda biss mill-ewwel jum ta’ xogħol tas-sena 2007 u jispiċċa l-aktar tard fit-8 ta’ Jannar 2007, u l-ewwel nhar ta’ Tnejn li fih isiru r-rapporti tar-rikjesti għal-liċenzji għall-importazzjoni lill-Kummissjoni, b’konfomità mal-paragrafu 3, huwa t-Tnejn it-8 ta’ Jannar 2007.

    2.   Kull rikjesta għal liċenzja tindika kwantità f’kilogrammi, mingħajr deċimali, li ma jistax jaqbeż:

    għas-sub-kwoti I u II, il-kwantità totali miftuħa għas-sena għas-sub-kwota kkonċernata,

    għas-sub-kwota III, il-kwantità totali miftuħa għas-sub-perijodu kkonċernat.

    Ir-rikjesta ta’ liċenzja għall-importazzjoni u l-liċenzja għall-importazzjoni jsemmu pajjiż ta’ oriġini wieħed biss.

    3.   L-aħhar jum meta jinġabru r-rikjesti għal-liċenzji, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirraportaw lill-Kummissjoni b’mezz elettroniku, l-aktar tard fis-18.00, ħin ta’ Brussell, notifika li turi, għal kull numru ta’ ordni, kull rikjesta bl-oriġini tal-prodott u l-kwantità rikjesta, inklużi n-notifiki ‘nulli’.

    4.   Il-liċenzji joħorġu fir-raba' jum ta’ xogħol wara r-rapport stabbilit fil-paragrafu 3.”

    (6)

    L-Artikolu 6 jiġi mibdul bit-test li ġej:

    “Artikolu 6

    Iż-żmien li fih tkun valida l-liċenzja huwa kkalkulat mill-ġurnata meta toħroġ b’mod effettiv, b’konformità mal-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000.”

    (7)

    L-Artikolu 7 jitneħħa.

    (8)

    L-Artikolu 8 jitneħħa.

    (9)

    L-Artikolu 9 jiġi mibdul bit-test li ġej:

    “Artikolu 9

    Ir-rikjesta ta’ liċenzja għall-importazzjoni u l-liċenzja għall-importazzjoni jindikaw, fil-kaxxa 8, l-isem tal-pajjiż ta’ oriġini tal-prodott u salib fil-kaxxa ‘iva’. Il-liċenzji huma validi biss għall-prodotti li ġejjin mill-pajjiż imsemmija fil-kaxxa 8.”

    (10)

    L-Anness jitneħħa.

    Artikolu 2

    Ir-Regolament (KE) Nru 2377/2002 jiġi mibdul kif ġej:

    (1)

    L-Artikolu 2 jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    Il-paragrafu 1 jiġi mibdul bit-test li ġej:

    “1.   Il-kwota tariffarja għall-importazzjoni ta’ 50 000 tunnellata ta’ xgħir tal-maltu tal-kodiċi SH (ex) 1003 00 li ser jintuża għall-produzzjoni tal-birra li tinżamm għad-distillazzjoni f’tankijiet tal-fagu hija miftuħa (numru tal-ordni 09.4061).”

    (b)

    Il-paragrafu 3 li ġej jiġi miżjud:

    “3.   Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1342/2003 (***) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (****) japplikaw mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.

    (***)  ĠU L 189, 29.7.2003, p. 12."

    (****)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.”"

    (2)

    L-Artikolu 3 jitneħħa.

    (3)

    Fl-Artikolu 6(2), il-paragrafu a) jiġi mibdul bit-test li ġej:

    “(a)

    il-prova jew il-provi stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006,”.

    (4)

    L-Artikolu 9 jiġi mibdul bit-test li ġej:

    “Artikolu 9

    1.   B’deroga mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-applikant jista’ jagħmel rikjesta għal liċenzja waħda biss kull xahar. Jekk issir aktar minn rikjesta waħda mill-istess persuna, ir-rikjesti kollha ma jkunux jistgħu jiġu aċċettati, u l-garanziji mogħtija mal-preżentazzjoni tar-rikjesti jintilfu favur l-Istat Membru kkonċernat.

    Ir-rikjesti għal-liċenzji għall-importazzjoni jingħataw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-aktar tard fit-tieni nhar ta’ Tnejn ta’ kull xahar fis-13.00, ħin ta’ Brussell.

    2.   Kull rikjesta għal liċenzja tindika kwantità f’kilogrammi, mingħajr deċimali.

    3.   L-aħhar jum meta jinġabru r-rikjesti għal-liċenzji, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirraportaw lill-Kummissjoni b’mezz elettroniku, l-aktar tard fis-18.00 ħin ta’ Brussell, notifika li turi kull rikjesta bil-kwantità rikjesta, inklużi n-notifiki ‘nulli’.

    4.   Il-liċenzji joħorġu fir-raba' jum ta’ xogħol wara r-rapport stabbilit fil-paragrafu 3.”

    (5)

    L-Artikolu 11 jitneħha.

    (6)

    L-Artikolu 12 jitneħha.

    (7)

    L-Artikolu 13 jiġi mibdul bit-test li ġej:

    “Artikolu 13

    Ir-rikjesta għal liċenzja għall-importazzjoni u l-liċenzja għall-importazzjoni jindikaw, fil-kaxxa 20, l-isem tal-prodott ipproċessat li għandu jsir miċ-ċereali kkonċernati.”

    (8)

    L-Anness II jitneħha.

    Artikolu 3

    Ir-Regolament (KE) Nru 2305/2003 jiġi emendat kif jidher hawn taħt:

    (1)

    Fl-ewwel Artikolu, il-paragrafu 3 li ġej huwa miżjud:

    “3.   Id-Dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1342/2003 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (*****) japplikaw mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.

    (*****)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.”"

    (2)

    L-Artikolu 2 jitneħha.

    (3)

    L-Artikolu 3 jiġi mibdul bit-test li ġej:

    “Artikolu 3

    1.   B’deroga mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-applikant jista’ jagħmel rikjesta għal liċenzja waħda biss kull ġimgħa. Jekk issir aktar minn rikjesta waħda mill-istess persuna, ir-rikjesti kollha ma jkunux jistgħu jiġu aċċettati, u l-garanziji mogħtija mal-preżentazzjoni tar-rikjesti jintilfu favur l-Istat Membru kkonċernat.

    Ir-rikjesti għal-liċenzji għall-importazzjoni għandhom jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kull ġimgħa l-aktar tard it-Tnejn fis-13.00, ħin ta’ Brussell.

    Għaldaqstant, għas-sena 2007, il-perijodu meta jinġabru l-ewwel rikjesti jibda biss mill-ewwel jum ta’ xogħol tas-sena 2007 u jispiċċa l-aktar tard fit-8 ta’ Jannar 2007, u l-ewwel nhar ta’ Tnejn li fih isiru r-rapporti tar-rikjesti għal-liċenzji għall-importazzjoni lill-Kummissjoni, b’konfomità mal-paragrafu 3, huwa t-Tnejn it-8 ta’ Jannar 2007.

    2.   Kull rikjesta għal liċenzja tindika kwantità f’kilogrammi, mingħajr deċimali.

    3.   L-aħhar jum meta jinġabru r-rikjesti għal-liċenzji, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirraportaw lill-Kummissjoni b’mezz elettroniku, l-aktar tard fis-18.00 ħin ta’ Brussell, notifika li turi kull rikjesta bil-kwantità rikjesta, inklużi n-notifiki ‘nulli’.

    4.   Il-liċenzji joħorġu fir-raba' jum ta’ xogħol wara r-rapport stabbilit fil-paragrafu 3.”

    (4)

    L-Artikolu 4 huwa mibdul bit-test li ġej:

    “Artikolu 4

    Iż-żmien li fih tkun valida l-liċenzja huwa kkalkulat mill-ġurnata meta toħroġ b’mod effettiv, b’konformità mal-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000.”

    (5)

    L-Artikolu 5 jitneħha.

    (6)

    L-Artikolu 6 jitneħha.

    (7)

    L-Artikolu 7 jitneħha

    (8)

    L-Anness jitneħħa.

    Artikolu 4

    Ir-Regolament (KE) Nru 969/2006 jiġi emendat kif ġej:

    (1)

    Fl-ewwel Artikolu, il-paragrafu 3 li ġej huwa miżjud:

    “3.   Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1342/2003 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (******) japplikaw mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijet stabbiliti f’dan ir-Regolament.

    (******)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.”"

    (2)

    L-Artikolu 2 jiġi mibdul bit-test li ġej:

    “Artikolu 2

    1.   Il-kwota hija mqassma f’żewġ sub-perijodi ta’ sitt xhur, li jkopru d-dati u l-kwantitajiet li ġejjin:

    (a)

    sub-perijodu Nru 1: mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju — 121 037 tunnellata;

    (b)

    sub-perijodu Nru 2: mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta' Diċembru — 121 037 tunnellata.

    2.   Jekk il-kwantitajiet għas-sub-perijodu 1 jispiċċaw, il-Kummissjoni tista’ tiftaħ qabel is-sub-perijodu li jmiss, b’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003.”

    (3)

    L-Artikolu 3 jitneħha.

    (4)

    L-Artikolu 4 jiġi mibdul bit-test li ġej:

    “Artikolu 4

    1.   B’deroga mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-applikant jista’ jagħmel rikjesta għal liċenzja waħda biss kull ġimgħa. Jekk issir aktar minn rikjesta waħda mill-istess persuna, ir-rikjesti kollha ma jkunux jistgħu jiġu aċċettati, u l-garanziji mogħtija mal-preżentazzjoni tar-rikjesti jintilfu favur l-Istat Membru kkonċernat.

    Ir-rikjesti għal-liċenzji għall-importazzjoni għandhom jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kull ġimgħa l-aktar tard it-Tnejn fis-13.00, ħin ta’ Brussell.

    Għaldaqstant, għas-sena 2007, il-perijodu meta jingħataw l-ewwel rikjesti jibda biss mill-ewwel jum ta’ xogħol tas-sena 2007 u jispiċċa l-aktar tard fit-8 ta’ Jannar 2007, u l-ewwel nhar ta’ Tnejn li fih isiru r-rapporti tar-rikjesti għal-liċenzji għall-importazzjoni lill-Kummissjoni, b’konfomità mal-paragrafu 3, huwa t-Tnejn it-8 ta’ Jannar 2007.

    2.   Kull rikjesta għal liċenzja tindika kwantità f’kilogrammi, mingħajr deċimali.

    Ir-rikjesta għal-liċenzja għall-importazzjoni u l-liċenzja għall-importazzjoni jsemmu pajjiż wieħed ta’ oriġini biss.

    3.   L-aħhar jum meta jinġabru r-rikjesti għal-liċenzji, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirraportaw lill-Kummissjoni b’mezz elettroniku, l-aktar tard fis-18.00, ħin ta’ Brussell, notifika li turi kull rikjesta bl-oriġini tal-prodott u l-kwantità mitluba, inklużi n-notifiki ‘nulli’.

    4.   Il-liċenzji joħorġu fir-raba' jum ta’ xogħol wara r-rapport stabbilit fil-paragrafu 3.”

    (5)

    L-Artikolu 5 jiġi mibdul bit-test li ġej:

    “Artikolu 5

    Iż-żmien li fih tkun valida l-liċenzja huwa kkalkulat mill-ġurnata meta toħroġ b’mod effettiv, b’konformità mal-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000.”

    (6)

    L-Artikolu 6 jitneħha.

    (7)

    L-Artikolu 7 jitneħha.

    (8)

    L-Artikolu 8 jiġi mibdul bit-test li ġej:

    “Artikolu 8

    Ir-rikjesta għal-liċenzja għall-importazzjoni u l-liċenzja għall-importazzjoni jindikaw, fil-kaxxa 8, l-isem tal-pajjiż ta’ oriġini tal-prodott u salib fil-kaxxa ‘iva’. Il-liċenzji huma validi biss għall-prodotti li ġejjin mill-pajjiż imsemmi fil-kaxxa 8.”

    (9)

    Fl-Artikolu 10, it-tieni sentenza titneħħa.

    (10)

    L-Artikolu 11 jitneħha.

    (11)

    L-Annessi I u II jitneħħew.

    Artikolu 5

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ mill-[…] jum wara li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Japplika mill-1 ta’ Jannar 2007.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha

    Magħmul fi Brussell, 22 ta' Diċembru 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

    (2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

    (3)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 88. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 971/2006 (ĠU L 176, 30.6.2006, p. 51).

    (4)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 95. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 777/2004 (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 50).

    (5)  ĠU L 342, 30.12.2003, p. 7. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 970/2006 (ĠU L 176, 30.6.2006, p. 49).

    (6)  ĠU L 176, 30.6.2006, p. 44.

    (7)  ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 410/2006 (ĠU L 71, 10.3.2006, p. 7).

    (8)  ĠU L 189, 29.7.2003, p. 12. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 945/2006 (ĠU L 173, 27.6.2006, p. 12).


    Top