Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R0591

    591/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 591/2006 tat- 12 ta' April 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti mill-ħalib u l-ftuħ ta' kwoti tariffarji

    ĠU L 104, 13.4.2006, p. 11–12 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 312M, 22.11.2008, p. 24–25 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Impliċitament imħassar minn 32020R0760

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/591/oj

    22.11.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    24


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 591/2006

    tat-12 ta' April 2006

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti mill-ħalib u l-ftuħ ta' kwoti tariffarji

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), b’mod partikolari l-Artikolu 29(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness III.A għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 (2) jistabbilixxi l-kwantità massima ta’ ġobon cheddar li joriġina fl-Awstralja li għandu jiġi importat għal kull perjodu ta' kwota.

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 267/2006 tat-30 ta’ Jannar 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet konklużi mill-KE wara negozjati fl-ambitu tal-qafas tal-Artikolu XXIV.6 tal-GATT 1994, li jemenda l-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (3), jipprovdi għall-allokazzjoni addizzjonali ta’ 461 tunnellata ta’ ġobon cheddar li joriġina fl-Awstralja taħt il-kwota tariffarja tal-importazzjoni annwali. Għalhekk huwa xieraq li l-kwantità ta’ ġobon taħt il-kwota Nru 09.4521 imsemmija fl-Anness III.A għar-Regolament (KE) Nru 2535/2001tiġi aġġustata.

    (3)

    Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

    (4)

    Peress li l-kwota tariffarja annwali konċernata tiftaħ fl-1 ta’ Jannar, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2006 u għandu jidħol fis-seħħ kemm jista’ jkun malajr.

    (5)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Ħalib u l-Prodotti mill-Ħalib,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fl-Anness III.A għar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 il-parti li tikkonċerna l-kwota numru 09.4521 qed tinbidel bit-test stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2006.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 12 ta' April 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

    (2)  ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 316/2006 (ĠU L 52, 23.2.2006, p. 22).

    (3)  ĠU L 47, 17.2.2006, p. 1.


    ANNESS

    Numru tal-kwota

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni

    Pajjiż tal-Oriġini

    Kwota annwali minn Jannar sa Diċembru (kwantitajiet f’tunnellati)

    Dazju tal-importazzjoni (EUR/100 kg piż nett)

    Regoli dwar kif jimtlew iċ-ċertifikati IMA 1

    “09.4521

    ex 0406 90 21

    Ġobnijiet cheddar sħaħ (tal-għamla ċilindrika ċatta konvenzjonali b’piż nett ta’ mhux inqas minn 33 kg iżda mhux iktar minn 44 kg u ġobnijiet fi blokok kubiċi jew f’għamla solida mdawra bil-parallelogrammi, ta’ piż nett ta’ 10 kg jew iktar) b’kontenut ta’ xaħam ta’ 50 % jew aktar skont il-piż f’materja niexfa, immaturati għal talanqas tliet xhur

    L-Awstralja

    3 711

    17,06

    Ara l-Anness XI(B)”


    Top