Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R2182

    2182/2005/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2182/2005 tat- 22 ta’ Diċembru 2005 li jemendaw ir-Regolament (KE) Nru 1973/2004 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 fir-rigward ta’ l-iskemi ta’ appoġġ stipulati fit-Titoli IV u IVa ta’ dak ir-Regolament u l-użu ta’ art imwarrba għall-produzzjoni ta’ materjal mhux raffinat

    ĠU L 347, 30.12.2005, p. 31–55 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 319M, 29.11.2008, p. 383–407 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/2182/oj

    29.11.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    383


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2182/2005

    tat-22 ta’ Diċembru 2005

    li jemendaw ir-Regolament (KE) Nru 1973/2004 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 fir-rigward ta’ l-iskemi ta’ appoġġ stipulati fit-Titoli IV u IVa ta’ dak ir-Regolament u l-użu ta’ art imwarrba għall-produzzjoni ta’ materjal mhux raffinat

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 145 u 155 tagħhom,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 99(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jipprovdi li l-ammont ta’ għajnuna għaż-żerriegħa mitluba m’għandux jaqbeż limitu stabbilit mill-Kummissjoni. Meta l-ammont totali ta’ l-għajnuna mitluba jaqbeż il-limitu stabbilit, l-għajnuna għal kull bidwi għandha titnaqqas proporzjonalment.

    (2)

    Il-Kapitolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1973/2004 (2) jipprovdi għall-kundizzjonijiet biex tkun irċevuta l-għajnuna għaż-żerriegħa. L-Artikolu 49 ta’ dak ir-Regolament jipprovdi li l-għajnuna għaż-żerriegħa trid tingħata biss jekk iż-żerriegħa tkun inbiegħet għaż-żrigħ mir-reċipjent sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ġunju tas-sena wara l-ħsad.

    (3)

    Il-bżonn li jiġi applikat koeffiċjent tat-tnaqqis eventwalment fl-istess sena jimplika diffikultà serja għall-implimentazzjoni ta’ l-iskema l-ġdida. Sabiex tiġi applikata l-applikazzjoni ta’ dak il-koeffiċjent ta’ tnaqqis l-alternattiva tkun biss li jingħataw il-pagamenti kollha prinċipalment meta ż-żerriegħa kollha tinbiegħ, jiġifieri meta l-kwantità totali ta’ żerriegħa tkun magħrufa. Minkejja dan, dan itawwal b’mod sinifikanti d-data tal-pagament lill-bdiewa u eventwalment jikkawżalhom problemi finanzjarji. Sabiex tiġi evitata din is-sitwazzjoni għandha tiddaħħal sistema ta’ pagamenti bil-quddiem għall-għajnuna għaż-żerriegħa.

    (4)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 864/2004 (3) jiddefinixxi r-regoli għall-appoġġ miżjud għall-qoton, iż-żejt taż-żebbuġa u t-tabakk mhux raffinat.

    (5)

    B’mod partikolari, il-Kapitolu 10a tat-titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jipprovdi għall-possibbiltà ta’ għajnuna diretta li tingħata għall-produzzjoni tal-qoton. Għalhekk jeħtieġ li jiġu stipulati regoli dettaljati fir-rigward ta’ l-għoti ta’ dik l-għajnuna.

    (6)

    L-Artikolu 10b(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jistipula li, sabiex ikun eliġibbli għall-għajnuna għal kull ettaru, il-bidwi jrid jiżra’ l-art tal-qoton b’varjetajiet awtorizzati u jkabbar il-qoton fuq art awtorizzata mill-Istati Membri. Il-kriterji ta’ l-awtorizzazzjoni jridu għalhekk jiġu speċifikati kemm għall-varjetajiet kif ukoll għall-artijiet tajba għall-produzzjoni tal-qoton.

    (7)

    Sabiex jirċievu l-għajnuna għal kull ettaru ta’ qoton, il-bdiewa jridu jiżirgħu artijiet awtorizzati. Iridu jiġu stabbiliti kriterji li jiddefinixxu “iż-żrigħ”. L-iffissar mill-Istati Membri tad-densità minima ta’ taħwil fuq dawn l-artijiet ibbażati fuq il-kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima u karatteristiċi reġjonali speċifiċi jrid ikun kriterju oġġettiv biex jiġi stabbilit jekk iż-żrigħ sarx kif suppost.

    (8)

    Jekk jinqabżu l-erjas bażi nazzjonali stipulati għall-qoton fl-Artikolu 110c(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, għandu jkun hemm tnaqqis fl-ammont ta’ għajnuna li trid titħallas għal kull ettaru eliġibbli. Fil-każ tal-Greċja, iżda, is-subdiviżjoni ta’ l-erja nazzjonali f’sub-erjas li għalihom japplikaw rati ta’ għajnuna differenti tfisser li l-metodu biex jiġi kkalkulat l-ammont imnaqqas għandu jkun speċifikat.

    (9)

    L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw organizzazzjonijiet li jipproduċu l-qoton ta’ bejn taqsima u oħra abbażi tal-kriterji oġġettivi marbuta ma’ l-iskala tagħhom, id-doveri u l-organizzazzjoni interna. L-iskala ta’ organizzazzjoni bejn taqsima u oħra trid tiġi stabbilita, billi jitqies ir-rekwiżit fuq il-membru tat-tfesdiq tal-qoton li jintrabat li jikkonsenja kwantitajiet suffiċjenti ta’ qoton bil-fosdqa. Peress li l-għan ewlieni ta’ l-organizzazzjoni bejn taqsima u oħra huwa li jtejjeb il-kwalità tal-qoton li jrid jiġi kunsinnat, trid tieħu miżuri adattati f’dawn il-linji għall-benefiċċji tal-membri tagħha.

    (10)

    Sabiex jiġu evitati kumplikazzjonijiet fit-tmexxija ta’ l-iskema ta’ għajnuna, produttur ma jistax ikun membru ta’ aktar minn organizzazzjoni waħda bejn taqsima u oħra. Għall-istess raġuni, meta produttur li jappartjeni għal organizzazzjoni bejn taqsima u oħra jintrabat li jissupplixxi l-qoton li jkun ipproduċa, jista’ jissupplixxih biss lill-intrapriża tat-tfesdiq tal-qoton li tappartjeni għall-istess organizzazzjoni.

    (11)

    Skond l-Artikolu 110e tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-organizzazzjonijiet ta’ bejn taqsima u oħra jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu differenza bejn l-għajnuna li għaliha l-membri huma intitolati. L-iskala ta’ differenzjazzjoni trid tikkonforma mal-kriterji marbuta b’mod partikolari mal-kwalità tal-qoton li jrid jiġi kunsinnat, iżda minbarra l-kriterji li jinvolvu produzzjoni miżjuda. Għal dan il-għan, l-organizzazzjonijiet ta’ bejn taqsima u oħra jridu jistabbilixxu kategoriji ta’ għelieqi ibbażati b’mod partikolari fuq il-kriterji marbuta mal-kwalità tal-qoton prodott fihom.

    (12)

    Sabiex ikun stabbilit l-ammont ta’ għajnuna li jrid jitħallas lill-produtturi li jappartjenu għall-organizzazzjonijiet ta’ bejn it-taqsimiet li jipproduċu l-qoton, l-iskala trid tipprovdi għal metodu li bih jiġi distribwit l-ammont globali ta’ għajnuna differenzjata fost il-kategoriji diversi ta’ għelieqi, il-proċeduri biex tiġi evalwata u kklassifikata kull għalqa f’waħda minn dawk il-kategoriji, kalkolazzjoni ta’ l-ammont ta’ l-għajnuna għal kull ettaru eliġibbli ibbażat fuq il-baġit disponibbli għal kull kategorija u n-numru totali ta’ ettari f’kull kategorija.

    (13)

    Sabiex jiġu klassifikati l-għelieqi f’waħda mill-kategoriji stabbiliti mill-iskala l-qoton ikkunsinnat jista’ jkun analizzat fil-preżenza tal-partijiet kollha konċernati.

    (14)

    Peress li l-produttur membru mhux obbligat li jikkonsenja l-qoton tiegħu, hu għandu jkun intitolat talanqas għal parti mhux differenzjata ta’ l-għajnuna fejn il-qoton ma jiġix ikkunsinnat. L-iskala differenzjali trid tagħmel provvediment għal dan billi tistabbilixxi l-ammont minimu ta’ għajnuna għal kull ettaru eliġibbli meta ma jiġix kunsinnat.

    (15)

    Sabiex tiġi applikata l-iskala, u bil-għan li jkun hemm simplifikazzjoni, l-għelieqi kollha li jappartjenu għal produttur wieħed jistgħu jitqiesu li huma ta’ l-istess kategorija ta’ għelieqi li jipproduċi l-istess kwalità ta’ qoton.

    (16)

    Ladarba tkun irċeviet in-notifikazzjoni ta’ l-organizzazzjoni ta’ bejn taqsima u oħra ta’ l-ammonti ta’ għajnuna li jridu jitħallsu lill-produtturi tagħha, l-aġenzija għall-pagamenti trid tintrabat li tagħmel l-ispezzjonijiet meħtieġa u tħallas l-għajnuna.

    (17)

    L-iskala trid tiġi approvata mill-Istat Membru. Sabiex jgħarrfu lill-produtturi membri fil-ħin, għandha tiġi introdotta data ta’ skadenza sa liema l-Istat Membru jrid jiddeċiedi jekk għandux japprova jew ma japprovax l-iskala ta’ l-organizzazzjoni bejn taqsima u oħra, kif ukoll kull emenda li ssir għaliha sussegwentement. Peress li l-organizzazzjoni bejn taqsima u oħra mhix mitluba tadotta skala ta’ differenzjazzjoni, tista’ tiddeċiedi li tissospendi l-applikazzjoni ta’ l-iskala u tgħarraf lill-Istat Membru dwarha.

    (18)

    L-iskema ta’ għajnuna għall-qoton titlob lill-Istati Membri biex jibagħtu lill-produtturi tagħhom ċerta informazzjoni dwar it-tkabbir tal-qoton, bħall-varjetajiet awtorizzati, il-kriterji oġġettivi biex tiġi awtorizzata l-art u d-densità minima tal-pjanti. Sabiex jgħarraf lill-bdiewa fil-ħin, l-Istat Membru jrid jibgħatilhom din l-informazzjoni sa data speċifika.

    (19)

    Peress li l-Kummissjoni hi responsabbli biex tissorvelja l-applikazzjoni kif imiss tad-dispożizzjonijiet biex issir l-applikazzjoni għall-għajnuna speċifika għall-qoton, l-Istati Membri għandhom jagħtuha fil-ħin l-istess informazzjoni u l-informazzjoni dwar l-organizzazzjonijiet ta’ bejn taqsima u oħra.

    (20)

    L-introduzzjoni ta’ l-iskema ta’ għajnuna għall-qoton stipulata fir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 tagħmel żejjed ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1591/2001 tat-2 t’Awissu 2001 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ għajnuna għall-qoton (4). Dak ir-Regolament għandu għalhekk jitħassar.

    (21)

    Il-Kapitolu 10b tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jipprovdi għall-possibbiltà ta’ għajnuna diretta li tingħata għall-imsaġar taż-żebbuġ. Għalhekk jeħtieġ li jiġu stipulati regoli dettaljati fir-rigward ta’ l-għoti ta’ l-għajnuna.

    (22)

    L-Artikolu 110i tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jirrikjedi li l-Istati Membri jidentifikaw sa ħames kategoriji ta’ msaġar taż-żebbuġ u jistabbilixxi għajnuna għal kull ettaru ta’ GIS taż-żebbuġ għal kull waħda minn dawk il-kategoriji. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni trid tistabbilixxi qafas komuni ta’ kriterji soċjali u ambjentali, marbuta mal-karatteristiċi ta’ pajsaġġi ta’ tkabbir ta’ żebbuġ u tradizzjonijiet soċjali.

    (23)

    Sabiex jitjiebu l-kontrolli, l-informazzjoni dwar il-kategoriji ta’ l-imsaġar taż-żebbuġ li kull bidwi jkabbar għandha tiġi reġistrata fis-sistema ta’ informazzjoni ġeografika għat-tkabbir taż-żebbuġ. Għandu jsir provvediment ukoll biex il-kategoriji jiġu aġġustati darba fis-sena, biex iqisu kull tibdil fil-kundizzjonijiet ambjentali jew soċjali.

    (24)

    L-għajnuna għall-imsaġar taż-żebbuġ tingħata għal kull ettaru ta’ GIS taż-żebbuġ. B'riżultat ta’ dan, iż-żona eliġibbli għall-għajnuna trid tiġi kkalkulata għal kull bidwi permezz ta’ metodu komuni fejn l-unità ta’ l-erja tiġi mfissra bħala GIS-ha taż-żebbuġ. Sabiex jiġu faċilitati l-proċeduri amministrattivi, għandu jsir provvediment biex jiġu derogati l-miżuri kemm fir-rigward ta’ l-għelieqi b’daqs minimu li jrid jiġi determinat mill-Istati Membri kif ukoll l-għelieqi tat-tkabbir taż-żebbuġ b’daqs minimu li jrid jiġi determinat mill-Istati Membri u l-għelieqi tat-tkabbir taż-żebbuġ li jinsabu f’unità amministrattiva fejn l-Istat Membru stabbilixxa sistema alternattiva għall-GIS taż-żebbuġ.

    (25)

    Għall-fini ta’ ħlas tal-GIS-ha taż-żebbuġ u sabiex jgħarrfu lill-bdiewa fil-ħin, l-Istati Membri jridu l-ewwel jistabbilixxu fil-bidu ta’ kull sena ammont indikattiv ta’ għajnuna għall kull GIS-ha taż-żebbuġ għal kull kategorija ta’ imsaġar taż-żebbuġ. Dan l-ammont indikattiv irid jiġi kkalkulat abbażi tad-data disponibbli dwar in-numru ta’ bdiewa u żoni li jikkwalifikaw għall-għajnuna għall-imsaġar taż-żebbuġ; l-Istat Membru imbagħad jistabbilixxi l-ammont ta’ għajnuna billi juża' data aktar preċiża.

    (26)

    Wieħed mill-kriterji ta’ eliġibbiltà stabbiliti għall-għajnuna għall-imsaġar taż-żebbuġ jgħid li n-numru ta’ siġar taż-żebbuġ fl-imsaġar m’għandux ivarja b’aktar minn 10 % min-numru rekordjat fl-1 ta’ Jannar 2005. Sabiex tiġi vverifikata l-konformità ma’ din id-dispożizzjoni, l-Istati Membri jridu jistabbilixxu minn qabel l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi identifikata l-għalqa konċernat. Fil-każ ta’ Franza u l-Portugall, biex tiġi stabbilita l-informazzjoni dwar l-għelieqi konċernati trid tiġi postposta għal data aktar tard sabiex tqis iż-żoni mħawla bis-siġar taż-żebbuġ taħt il-programm approvat skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1638/98 ta’ l-20 ta’ Lulju 1998 li jemenda r-Regolament 136/66/KEE dwar it-twaqqif ta’ organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żjut u x-xaħmijiet (5).

    (27)

    Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivverifika li jiġu applikati sew id-dispożizzjonijiet biex titħallas l-għajnuna għall-imsaġar taż-żebbuġ, l-Istati Membri għandhom regolarment jgħaddu l-informazzjoni dwar iż-żoni li fihom is-siġar taż-żebbuġ jikkwalifikaw għall-għajnuna u dwar il-livell ta’ għajnuna li jrid jingħata għal kull kategorija ta’ msaġar taż-żebbuġ.

    (28)

    Il-Kapitolu 10c tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jipprovdi għall-possibbiltà li tingħata għajnuna diretta għall-produzzjoni tat-tabakk. Għalhekk jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dettaljati fir-rigward ta’ l-għoti ta’ għajnuna.

    (29)

    Għal raġunijiet ta’ ċarezza, jixraq li jkun hemm provdut għal ċerti definizzjonijiet.

    (30)

    Il-varjetajiet ta’ tabakk għandhom jiġu klassifikati fi gruppi skond il-metodu ta’ preservazzjoni u l-ispejjeż tal-produzzjoni, billi jitqiesu d-deskrizzjonijiet użati fil-kummerċ internazzjonali.

    (31)

    Minħabba l-irwol tagħhom bħala msieħba kuntrattanti, hi meħtieġa l-approvazzjoni ta’ l-ewwel intrapriżi ta’ l-ipproċessar awtorizzati biex jiffirmaw kuntratti ta’ kultivazzjoni. Dik l-approvazzjoni għandha tiġi irtirata meta r-regoli ma jkunux osservati u l-kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-ipproċessar tat-tabakk għandhom jiġu stipulati mill-Istati Membri.

    (32)

    Skond l-Artikolu 110k tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 iż-żoni ta’ produzzjoni rikonoxxuti għandhom jiġu stipulati għal kull grupp ta’ varjetajiet ta’ tabakk abbażi taż-żoni ta’ produzzjoni tradizzjonali bil-għan li tingħata l-għajnuna. L-Istati Membri għandhom jitħallew jillimitaw iż-żoni ta’ produzzjoni sabiex, b’mod partikolari, itejbu l-kwalità.

    (33)

    Sabiex ikunu jistgħu jsiru l-kontrolli u biex ikun imexxi b’mod effiċjenti l-pagament ta’ l-għajnuna, it-tabakk għandu jiġi magħmul taħt kuntratti ta’ tkabbir konklużi bejn il-bdiewa u l-ewwel proċessuri. L-elementi ewlenin li għandhom jidhru fil-kuntratt ta’ tkabbir għal kull ħsad għandhom jiġu speċifikati. Id-dati finali għall-konklużjoni u r-reġistrazzjoni ta’ kuntratti għandhom jiġu stabbiliti kmieni biżżejjed, sabiex jiggarantixxu, mill-bidunett tas-sena tal-ħsad, kemm stabbilimenti stabbli għall-bdiewa għall-ħsad li jkun ġej kif ukoll provvisti regolari lill-proċessuri.

    (34)

    Meta jsir kuntratt ta’ tkabbir ma’ organizzazzjoni tal-produtturi, id-dettalji essenzjali ta’ kull bidwi individwali għandhom jiġu notifikati sabiex ikunu jistgħu jsiru l-kontrolli effettivi. Sabiex ma jkunx hemm tfixkil fil-kompetizzjoni u diffikultajiet ta’ monitoraġġ, l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi m’għandhomx jitħallew jieħdu sehem fl-ewwel ipproċessar. Sabiex jiġu mħarsa l-istrutturi tas-suq, għandu jiġi stipulat li bidwi jista’ jkun membru ta’ assoċjazzjoni waħda tal-produtturi biss.

    (35)

    It-tabakk mhux raffinat eliġibbli għall-għajnuna għandu jkun ta’ kwalità tajba, ġusta u li tinbiegħ u m’għandux ikun fih ċerti karatteristiċi li jipprevjenu l-bejgħ normali.

    (36)

    Minħabba l-partikularitajiet ta’ l-iskema ta’ għajnuna, għandu jsir provvediment biex kull tilwim jiġi riżolt permezz ta’ kumitati konġunti.

    (37)

    Sabiex ikun jista’ jiġi mmaniġjat il-vot finanzjarju għat-tabakk mhux raffinat, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu ammont ta’ għajnuna indikattiv skond il-varjetà u l-gruppi tal-varjetà fil-bidu tas-sena tal-ħsad u ammont ta’ għajnuna finali wara li jkun ġie kkunsinnat kollu. L-ammont finali ta’ għajnuna m’għandux jaqbeż il-livell ta’ primjum ta’ l-2005.

    (38)

    Biex isir titjib tal-kwalità u l-valur tal-produzzjoni tat-tabakk, l-Istati Membri għandhom jitħallew jagħmlu differenza bejn l-ammont ta’ għajnuna stabbilit għal kull varjetà jew grupp ta’ varjetà b’rabta mal-kwalità ta’ tabakk li jiġi kkunsinnat.

    (39)

    L-għajnuna għandha titħallas għall-kwantità ta’ weraq tat-tabakk imwassla mill-bdiewa lill-ewwel proċessuri, dejjem jekk ir-rekwiżiti tal-kwalità minima jintlaħqu. L-għajnuna għandha tiġi aġġustata meta l-kontenut ta’ umdità tat-tabakk li jiġi kkunsinnat ikun differenti mill-kontenut ta’ umdità stabbilit għal kull grupp ta’ varjetajiet abbażi tar-rekwiżiti ta’ kwalità raġonevoli. Sabiex jiġu simplifikati l-ispezzjonijiet dwar il-konsenjar, għandhom jiġu stabbiliti l-livelli ta’ teħid ta’ kampjuni u l-frekwenza flimkien mal-metodu biex jiġi kkalkulat il-piż aġġustat biex ikun determinat il-kontenut ta’ umdità.

    (40)

    Il-perjodu ta’ konsenjar tat-tabakk lill-proċessuri għandu jkun limitat sabiex ma jittieħedx minn ħsad għall-ieħor b’mod frodulenti. F’diversi Stati Membri l-ispezzjonijiet isiru fil-post li fih jiġi kkunsinnat aktar milli fejn jiġi pproċessat. Il-postijiet li fihom irid jiġi kkunsinnat it-tabakk u l-ispezzjonijiet li jridu jsiru għandhom jiġu speċifikati; l-Istati Membri għandhom japprovaw dawk iċ-ċentri tax-xiri.

    (41)

    Il-kundizzjonijiet li jirregolaw il-ħlas ta’ l-għajnuna għandhom ikunu stipulati biex jipprevjenu l-frodi. Minkejja dan, hija responsabbiltà ta’ l-Istati Membri biex jiddeterminaw aktar l-arranġamenti ta’ tmexxija u kontroll.

    (42)

    L-għajnuna tista’ tingħata biss wara li ssir spezzjoni fuq il-konsenjar tat-tabakk kollu prodott fi Stat Membru, biex jiġi garantit li l-operazzjonijiet konċernati fil-fatt saru. Minkejja dan, il-ħlas ta’ pagamenti bil-quddiem lill-produtturi ta’ 50 % ta’ l-ammont ta’ għajnuna indikattiv għandu jiġi provdut dejjem jekk tiġi depożitata sigurtà adegwata.

    (43)

    Għal raġunijiet amministrattivi, l-għajnuna għandha, f’kull Stat Membru, tingħata biss fir-rigward ta’ dawk il-prodotti li jintgħamlu fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru. Id-dispożizzjonijiet huma meħtieġa biex iqisu l-każijiet fejn it-tabakk hu pproċessat fi Stati Membri oħra minn dak l-Istati Membru li fih intgħamlu. F’dawk il-każijiet il-kwantità ta’ tabakk mhux maħdum konċernat għandha tittieħed mill-Istat Membru li fih jintgħamel, għall-benefiċċju tal-produtturi f’dak l-Istat Membru

    (44)

    Riżultat tar-riforma tal-politika tat-tabakk, il-programm ta’ xiri lura għall-kwoti tat-tabakk se jieqaf japplika. Minkejja dan, dawk il-produtturi li pparteċipaw fil-programm fl-2002 u fl-2003 se jibqgħu jirċievu l-pagamenti tal-prezz tax-xiri lura sa l-2007 u l-2008, rispettivament. Bħalissa, il-prezz tax-xiri lura huwa ffissat bħala persentaġġ tal-primjum tat-tabakk f’sena ta’ ħsad partikolari. Is-sistema ta’ primjum tat-tabakk preżenti mhix se teżisti aktar mill-1 ta’ Jannar 2006, fejn ikun meħtieġ li tiġi stabbilita, bħala miżura transizzjonali, bażi ġdida biex ikun ikkalkulat l-prezz tax-xiri lura tal-kwota. Il-livelli ta’ primjum għat-tabakk mhux maħdum ma nbidlux matul is-snin ta’ ħsad 2002 sa l-2005. Fl-interess tal-kontinwità jixraq li għalhekk jiġi applikat il-livell ta’ primjum ta’ l-2005 bħala bażi biex ikun ikkalkulat il-prezz tax-xiri lura.

    (45)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2848/98 tat-22 ta’ Diċembru 1998 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2075/92 fir-rigward ta’ l-iskema tal-primjum, il-kwoti tal-produzzjoni u l-għajnuna speċifikata li trid tingħata lill-gruppi ta’ produtturi fis-settur tat-tabakk mhux raffinat (6) jista’ jitħassar, wara li jitneħħa l-livell ta’ garanzija u s-sistema ta’ primjum stipulata fir-Regolament (KEE) Nru 2075/92 (7). Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) 85/93 tad-19 ta’ Jannar 1993 li jikkonċernaw l-aġenziji ta’ kontroll fis-settur tat-tabakk (8) m’għadhomx tajbin u għalhekk jistgħu jitħassru.

    (46)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1973/2004 għalhekk għandu jiġi emendat skond il-bżonn.

    (47)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija għal Pagamenti Diretti,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 1973/2004 hu emendat kif ġej:

    1.

    Fl-Artikolu 1(1), il-punti li ġejjin huma miżjuda:

    “(q)

    pagament speċifiku ta’ l-uċuh tar-raba’ għall-qoton kif stipulat fil-Kapitolu 10a tat-Titolu IV ta’ dak ir-Regolament;

    (r)

    għajnuna għall-imsaġar taż-żebbuġ stipulati fil-Kapitolu 10b tat-Titolu IV ta’ dak ir-Regolament;

    (s)

    għajnuna għat-tabakk kif stipulata fil-Kapitolu 10c tat-Titolu IV ta’ dak ir-Regolament.”

    2.

    Fl-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 3, il-punt (a) hu sostitwit b’dan li ġej:

    “(a)

    sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Settembru tas-sena konċernata: id-data disponibbli dwar iż-żoni, jew il-kwantitajiet fil-każ tal-primjum tal-ħalib, pagamenti addizzjonali, żrieragħ u tabakk, stipulati fl-Artikoli 95, 96, 99 u 110k tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, li għalihom ġiet mitluba l-għajnuna għal dik is-sena kalendarja, fejn il-każ jista’ jiġi subdiviż skond iż-żona sub-bażi;”

    3.

    Fl-Artikolu 21, il-paragrafu 1 hu sostitwit b’dan li ġej:

    “1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-għajnuna għal-lamtu tal-patata għandha titħallas, mill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tinsab l-intrapriża li tikkonsenja l-patata għall-fabbrikazzjoni tal-lamtu tal-patata, għal kull bidwi la darba jkunu ġew ikkunsinnati l-kwantitajiet kollha tiegħu għas-sena ta’ bejgħ lill-intrapriża li tipproduċi l-lamtu fi żmien erba’ xhur mid-data li fiha ngħatat il-prova msemmija fl-Artikolu 20 ta’ dan ir-Regolament u l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament ġew rispettati.”

    4.

    L-Artikolu 49a li ġej hu mdaħħal:

    “Artikolu 49a

    Pagamenti bil-quddiem

    L-Istati Membri jistgħu jagħtu pagamenti bil-quddiem lill-kabbara taż-żrieragħ mill-1 ta’ Diċembru tas-sena ta’ bejgħ. Dak il-pagament għandu jkun proporzjonali mal-kwantità ta’ żrieragħ li diġà nbiegħu għaż-żrigħ fl-iskop ta’ l-Artikolu 49 dejjem jekk ikun hemm konformità mal-kundizzjonijiet kollha tal-Kapitolu 10.”

    5.

    Il-Kapitolu 17a li ġej hu inserit:

    “KAPITOLU 17a

    PAGAMENTI SPEĊIFIĊI GĦALL-UĊUH TAR-RABA’ GĦALL-QOTON

    Artikolu 171a

    Awtorizzazzjoni ta’ art agrikola għall-produzzjoni tal-qoton

    L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kriterji oġġettivi abbażi ta’ liema l-art hi awtorizzata għall-pagament ta’ l-uċuh tar-raba’ speċifiku għall-qoton stipulat fl-Artikolu 110a tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

    Dawn il-kriterji għandhom ikunu ibbażati fuq waħda jew iktar minn dawn li ġejjin:

    (a)

    l-ekonomija agrikola ta’ dawk ir-reġjuni fejn il-qoton hu wiċċ tar-raba’ maġġuri;

    (b)

    il-ħamrija u l-klima fiż-żoni konċernati;

    (c)

    l-immaniġjar ta’ l-ilma tat-tisqija;

    (d)

    sistemi ta’ rotazzjoni u metodi ta’ tkabbir li għandhom tendenza li jħarsu l-ambjent.

    Artikolu 171aa

    Awtorizzazzjoni tal-varjetajiet għaż-żrigħ

    L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw il-varjetajiet reġistrati fil-katalgu tal-Komunità li huma adattati għall-bżonnijiet tas-suq.

    Artikolu 171ab

    Rekwiżiti dwar l-eliġibbiltà

    Iż-żrigħ taż-żoni msemmija fl-Artikolu 110b(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu jsir billi tinkiseb id-densità minima tal-pjanti, li trid tiġi stabbilita abbażi tal-kundizzjonijiet tal-ħamrija u tat-temp u l-karatteristiċi reġjonali speċifiċi, fejn jixraq.

    Artikolu 171ac

    Prassi agronomiċi

    L-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati biex jistabbilixxu regoli speċifiċi dwar il-prassi agronomiċi meħtieġa biex l-uċuh tar-raba’ jinżammu taħt kundizzjonijiet normali ta’ tkabbir, minbarra l-operazzjonijiet ta’ ħsad.

    Artikolu 171ad

    Kalkolazzjoni ta’ l-ammont ta’ għajnuna għal kull ettaru eliġibbli

    1.   Minkejja l-Artikolu 171ag ta’ dan ir-Regolament, fil-każ ta’ Spanja u Portugall, jekk iż-żona taħt il-qoton eliġibbli għall-pagament ta’ l-għajnuna taqbeż l-erja bażi nazzjonali stabbilita fl-Artikolu 110c(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-ammont ta’ għajnuna stipulat fil-paragrafu 2 ta’ dak l-Artikolu għandu jiġi multiplikat permezz ta’ koeffiċjent ta’ tnaqqis, miksub billi tiġi diviża l-erja bażi bl-erja eliġibbli.

    2.   Minkejja l-Artikolu 171ag ta’ dan ir-Regolament, fil-każ tal-Greċja, jekk iż-żona bil-qoton eliġibbli għall-pagament ta’ l-għajnuna taqbeż it-300 000 ettaru, l-ammont ta’ għajnuna pagabbli għal kull ettaru għandha tinkiseb billi jiġu multiplikati EUR 594 bit-300 000 ettaru, billi jiġi miżjud ammont addizzjonali multiplikat bl-erja li taqbeż it-300 000 u mbagħad billi dik is-somma tiġi diviża bl-erja totali eliġibbli.

    L-ammont addizzjonali msemmi fl-ewwel paragrafu għandu jkun:

    EUR 342.85 jekk l-erja eliġibbli taqbeż it-300 000 iżda hi ugwali għal jew inqas minn 370 000 ettaru;

    EUR 342.85 multiplikati b’koeffiċjent ta’ tnaqqis ugwali għal 70 000 diviżi bin-numru ta’ ettari eliġibbli li jaqbżu t-300 000, jekk l-erja eliġibbli taqbeż it-370 000 ettaru.

    Artikolu 171ae

    Awtorizzazzjoni ta’ organizzazzjonijiet bejn taqsima u oħra

    Qabel il-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw għas-sena ta’ wara lil kull organizzazzjoni ta’ bejn taqsima u oħra li tipproduċi l-qoton li tapplika għall-pjanti tal-qoton u li:

    (a)

    tkopri erja totali ta’ mill-anqas 10 000 ha kif stabbilit mill-Istat Membru u tilħaq il-kriterji ta’ awtorizzazzjoni stipulati fl-Artikolu 171bis, u li tinkludi talanqas intrapriża waħda tat-tfesdiq tal-qoton;

    (b)

    twettaq il-miżura identifikata b’mod ċar li hi immirata b’mod partikolari lejn:

    it-titjib tal-valur kummerċjali tal-qoton bil-fosdqa prodott,

    it-titjib fil-kwalità ta’ qoton bil-fosdqa li jilħaq il-bżonnijiet ta’ min ineħħiħ mill-fosdqa,

    l-użu ta’ metodi ta’ produzzjoni li huma sensittivi għall-ambjent;

    (c)

    adottat regoli ta’ tħaddim intern, b’mod partikolari dwar:

    il-kundizzjonijiet u l-miżati tas-sħubija, skond ir-regoli u r-regolamenti nazzjonali u Komunitarji;

    fejn jixraq, skala li tagħmel differenza bejn l-għajnuna skond il-kategorija ta’ l-għalqa, stabbilita b’mod partikolari abbażi tal-kwalità ta’ qoton bil-fosdqa li jrid jiġi fornut.

    Għal 2006, iżda, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw lill-organizzazzjonijiet ta’ bejn taqsima u oħra li jipproduċu l-qoton sat-28 ta’ Frar 2006.

    Artikolu 171af

    L-obbligazzjonijiet tal-produtturi

    1.   Produttur m’għandux ikun membru ta’ aktar minn organizzazzjoni waħda ta’ bejn taqsima u oħra.

    2.   Produttur li huwa membru ta’ organizzazzjoni ta’ bejn taqsima u oħra għandu jwassal il-qoton tiegħu lil min ineħħiħ mill-fosdqa li jappartjeni għal dik l-istess organizzazzjoni.

    3.   Il-parteċipazzjoni ta’ produtturi f’organizzazzjoni approvata bejn taqsima u oħra trid tkun riżultat ta’ sħubija volontarja.

    Artikolu 171ag

    Differenza fl-għajnuna

    1.   Billi tiġi inkluża ż-żieda stipulata fl-Artikolu 110f(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-iskala msemmija fl-Artikolu 110e ta’ dak ir-Regolament (minn issa ‘l quddiem ‘l-iskala’) għandha tistabbilixxi:

    (a)

    l-ammonti ta’ għajnuna għal kull ettaru eliġibbli li produttur membru hu eliġibbli biex jirċievi abbażi tal-klassifikazzjoni ta’ l-għelieqi tiegħu fil-kategoriji stabbiliti msemmija fil-paragrafu 2;

    (b)

    il-metodu għal kull kategorija ta’ għalqa, skond il-paragrafu 2, biex tkun allokata s-somma sħiħa riżervata biex issir differenza bejn l-għajnuna.

    Għall-finijiet li jiġi applikat il-punt (a) l-ammont bażiku għandu jkun talanqas ekwivalenti għall-parti mhux differenzjata ta’ l-għajnuna eliġibbli għal kull ettaru stipulata fl-Artikolu 110c(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, adattata, kif jixraq, skond il-paragrafu 3 ta’ dak l-Artikolu.

    Il-kalkolazzjoni msemmija fil-punt (a) għandha wkoll tapplika fil-każijiet fejn l-ebda qoton ma jiġix ikkunsinnat lil dak li jneħħih mill-fosdqa. F’dak il-każ l-għajnuna minima għal kull ettaru eliġibbli li l-produttur membru jrid jirċievi għandha tkun talanqas ekwivalenti għall-parti mhux differenzjata ta’ l-għajnuna għal kull ettaru eliġibbli stipulat fl-Artikolu 110c(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, adattat, jekk jixraq, skond il-paragrafu 3 ta’ dak l-Artikolu.

    2.   L-għelieqi għandhom jiġu klassifikati f’diversi kategoriji, stabbiliti mill-organizzazzjonijiet ta’ bejn taqsima u oħra abbażi ta’ mill-anqas waħda mill-kriterji ta’ kwalità li ġejjin:

    (a)

    it-tul tal-fibra tal-qoton prodotta;

    (b)

    il-kontenut ta’ umdità tal-qoton;

    (c)

    il-kontenut medju ta’ impurità tal-qoton.

    L-iskala għandha tistabbilixxi l-proċeduri biex tiġi evalwata kull għalqa skond il-kriterji u biex tiġi kklassifikata f’waħda mill-kategoriji stabbiliti.

    Fl-ebda każ m’għandha l-iskala tinkludi kriterji marbuta ma’ żieda fil-produzzjoni jew fit-tqegħid tal-qoton fis-suq.

    Sabiex tiġi applikata l-iskala, l-għelieqi kollha li jappartjenu għal produttur wieħed jistgħu jitqiesu li huma ta’ l-istess kategorija medja ta’ għalqa u li jipproduċu l-istess kwalità ta’ qoton.

    3.   Jekk hemm bżonn, sabiex jiġi klassifikat il-qoton bil-fosdqa fl-iskala skond il-kategorija ta’ għalqa, għandu jiġi analizzat abbażi ta’ kampjuni rappreżentattivi malli jaslu għand l-intrapriża tat-tfesdiq tal-qoton, fil-preżenza tal-partijiet kollha konċernati.

    4.   L-organizzazzjoni ta’ bejn taqsima u oħra għandha tgħarraf lill-aġenzija tal-pagamenti bl-ammont li jrid jitħallas lil kull wieħed mill-produtturi tagħha, abbażi ta’ l-applikazzjoni ta’ l-iskala. L-aġenzija tal-pagamenti għandha tħallas il-pagament la darba tkun iċċekkjat il-konformità u l-eliġibbiltà ta’ l-ammonti ta’ għajnuna konċernati.

    Artikolu 171ah

    Approvazzjoni u emenda ta’ l-iskala

    1.   L-iskala għandha tiġi notifikata għall-ewwel darba lill-Istat Membru konċernat, bil-għan li jiġi approvat sat-28 ta’ Frar 2006 għall-istaġun taż-żrigħ 2006.

    L-Istat Membru għandu jiddeċiedi li japprova jew jirrifjuta l-iskala fi żmien xahar mindu tintbagħat.

    2.   Qabel il-31 ta’ Jannar, l-organizzazzjonijiet ta’ bejn taqsima u oħra għandhom jgħarrfu lill-Istat Membru konċernat bl-emendi magħmula fl-iskala għaż-żrigħ fis-sena preżenti.

    L-emendi magħmula fl-iskala għandhom jitqiesu approvati, sakemm l-Istat Membru ma jirċevix xi oġġezzjonijiet fi żmien xahar mid-data stipulata fl-ewwel paragrafu.

    Jekk l-emendi magħmula fl-iskala ma jiġux approvati, l-għajnuna pagabbli għandha tkun dik kalkulata abbażi ta’ l-iskala li ġiet approvata fil-fatt, mingħajr ma tqisu l-emendi mhux approvati.

    3.   Jekk l-organizzazzjoni ta’ bejn taqsima u oħra tiddeċiedi li tissospendi l-applikazzjoni ta’ l-iskala, għandha tgħarraf lill-Istat Membru b’dan il-mod. Is-sospensjoni għandha sseħħ mill-istaġun taż-żrigħ tas-sena ta’ wara.

    Artikolu 171ai

    Komunikazzjonijiet lill-produtturi u lill-Kummissjoni

    1.   Qabel il-31 ta’ Jannar tas-sena konċernata, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-kabbara tal-qoton u l-Kummissjoni dwar:

    (a)

    il-varjetajiet approvati; iżda, il-varjetajiet approvati skond l-Artikolu 171aa wara dik id-data jridu jiġu notifikati lill-kabbara qabel il-15 ta’ Marzu ta’ l-istess sena;

    (b)

    il-kriterji biex tiġi approvata l-art;

    (c)

    id-densità minima tal-pjanti tal-qoton imsemmija fl-Artikolu 171ab;

    (d)

    il-prassi agronomiċi meħtieġa.

    2.   Fejn l-approvazzjoni għal varjetà tiġi irtirata, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-kabbara mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar għall-finijiet ta’ l-istaġun ta’ żrigħ tas-sena ta’ wara.

    3.   L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja:

    (a)

    mhux aktar tard mit-30 t’April tas-sena konċernata, l-ismijiet ta’ l-organizzazzjonijiet approvati bejn taqsima u oħra u l-karatteristiċi ewlenin tagħhom fir-rigward ta’ l-erja ta’ l-art tagħhom, il-potenzjal ta’ produzzjoni, in-numru ta’ kabbara, in-numru ta’ dawk li jneħħu mill-fosdqa u l-potenzjal ta’ tfesdiq tal-qoton;

    (b)

    mhux aktar tard mill-15 ta’ Settembru tas-sena konċernata, l-erja mħawla bil-qoton li għaliha saru l-applikazzjonijiet għall-pagament tal-wiċċ tar-raba’ speċifiku tal-qoton;

    (c)

    mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju tas-sena ta’ wara, id-data finali li tikkorrispondi ma’ l-erjas jew il-kwantitajiet imħawla li għalihom l-għajnuna speċifika għall-qoton fil-fatt tħallset għas-sena konċernata, wara, fejn japplika, sar it-tnaqqis tat-tiċkin fl-erja stipulata fil-Parti II, it-Titolu IV, il-Kapitolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004.”

    6.

    Il-Kapitolu 17b li ġej hu mdaħħal:

    “KAPITOLU 17b

    GĦAJNUNA GĦALL-IMSAĠAR TAŻ-ŻEBBUĠ

    Artikolu 171b

    Kategoriji ta’ imsaġar taż-żebbuġ

    1.   L-Istati Membri għandhom jidentifikaw l-imsaġar taż-żebbuġ eliġibbli għall-għajnuna stipulata fl-Artikolu 110g tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u għandhom jikklassifikawhom f’massimu ta’ ħames kategoriji abbażi tal-kriterji magħżula minn fost dawn li ġejjin:

    (a)

    kriterji ambjentali:

    (i)

    diffikultà ta’ aċċess għall-għelieqi,

    (ii)

    riskju ta’ degradazzjoni fiżika ta’ l-art,

    (iii)

    imsaġar taż-żebbuġ b’karatteristiċi speċjali: siġar xjuħ, valur kulturali jew valur għall-pajsaġġ, art fuq għolja, varjetajiet tradizzjonali jew rari, jew li jinsabu f’żoni naturali protetti;

    (b)

    kriterji soċjali:

    (i)

    żoni li għandhom dipendenza ekonomika kbira fuq it-tkabbir taż-żebbuġ,

    (ii)

    żoni bi tradizzjoni ta’ tkabbir taż-żebbuġ,

    (iii)

    żoni b’indikaturi ekonomiċi negattivi,

    (iv)

    intrapriżi li qegħdin f’riskju li jabbandunaw l-imsaġar taż-żebbuġ,

    (v)

    id-daqs ta’ l-imsaġar taż-żebbuġ f’intrapriża,

    (vi)

    żoni b’karatteristiċi speċjali bi produzzjoni ta’ PDO jew PGI, biedja organika jew integrata.

    2.   L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw, għal kull bidwi konċernat, f’liema mill-kategoriji mniżżla fil-paragrafu 1 taqa’ kull għalqa ta’ tkabbir taż-żebbuġ eliġibbli għall-għajnuna. Din l-informazzjoni għandha titniżżel fil-GIS taż-żebbuġ.

    3.   L-Istati Membri jistgħu jaġġustaw il-kategoriji ta’ l-imsaġar taż-żebbuġ identifikati taħt il-paragrafu 1 darba f’sena.

    Fejn l-aġġustamenti tal-kategoriji jwassal għal klassifikazzjoni mill-ġdid ta’ l-imsaġar taż-żebbuġ, il-klassifikazzjoni l-ġdida għandha tapplika mis-sena ta’ wara li fiha jsir l-aġġustament.

    Artikolu 171ba

    Kalkolazzjoni ta’ l-erjas

    1.   L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw għal kull produttur iż-żona eliġibbli għall-għajnuna permezz tal-metodoloġija komuni stipulata fl-Anness XXIV.

    Iż-żoni għandhom jiġu dikjarati fil-GIS-ha taż-żebbuġ sa żewġ postijiet deċimali.

    2.   Minkejja l-paragrafu 1, il-metodoloġija komuni stipulata fl-Anness XXIV m’għandhiex tapplika meta:

    (a)

    l-għalqa tat-tkabbir taż-żebbuġ hija ta’ daqs minimu, li jrid jiġi determinat mill-Istat Membru iżda li ma jaqbiżx l-0,1 ettaru;

    (b)

    l-għalqa tat-tkabbir taż-żebbuġ tinsab f’unità amministrattiva li ma tidhirx fid-database ta’ referenza tal-GIS taż-żebbuġ.

    F’dan il-każ, l-Istat Membru għandu jiddetermina ż-żona ta’ tkabbir taż-żebbuġ abbażi tal-kriterji oġġettivi u b’mod li jassigura t-trattament ugwali tal-bdiewa.

    Artikolu 171bb

    Ammont ta’ għajnuna

    1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu qabel il-31 ta’ Jannar ta’ kull sena l-ammont indikattiv ta’ għajnuna għal kull GIS-ha għal kull kategorija ta’ imsaġar taż-żebbuġ.

    2.   L-Istati Membri, għandhom jistabbilixxu, qabel il-31 t’Ottubru tas-sena konċernata, l-ammont ta’ għajnuna għal kull GIS-ha taż-żebbuġ għal kull kategorija ta’ imsaġar taż-żebbuġ.

    Dan l-ammont għandu jiġi kkalkulat billi jiġi multiplikat l-ammont indikattiv imsemmi fil-paragrafu 1 permezz ta’ koeffiċjent li jikkorrispondi ma’ l-ammont massimu ta’ għajnuna stipulata fl-Artikolu 110i(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, billi jitqies, fejn japplika, it-tnaqqis stipulat fil-paragrafu 4 ta’ dak l-Artikolu, diviż bis-somma ta’ l-ammonti prodotti billi jiġi multiplikat l-ammont ta’ għajnuna indikattiv imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, stipulat f’kull kategorija, permezz ta’ l-erja korrispondenti.

    3.   L-Istati Membri jistgħu japplikaw il-paragrafi 1 u 2 fuq bażi reġjonali.

    Artikolu 171bc

    Iffissar tad-data bażika

    1.   Bil-għan li jiġi applikat l-Artikolu 110h(c) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Istati Membri għandhom jużaw id-data mill-GIS taż-żebbuġ u d-dikjarazzjonijiet tal-bdiewa biex jistabbilixxu fl-1 ta’ Jannar 2005 l-informazzjoni li ġejja għal kull għalqa tat-tkabbir taż-żebbuġ: numru u post tas-siġar taż-żebbuġ eliġibbli, numru u post tas-siġar taż-żebbuġ ineliġibbli, iż-żona tat-tkabbir taż-żebbuġ u ż-żona eliġibbli ta’ l-għalqa tat-tkabbir taż-żebbuġ kif ukoll il-kategorija rilevanti msemmija fl-Artikolu 171b.

    2.   Fil-każ taż-żoni mħawla bis-siġar taż-żebbuġ taħt programmi ġodda ta’ taħwil fi Franza u l-Portugall, approvati mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1638/98 (*), u rreġistrati fil-GIS taż-żebbuġ qabel l-1 ta’ Jannar 2007, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, fl-1 ta’ Jannar 2006 għall-għelieqi mħawla fl-2005 u fl-1 ta’ Jannar 2007 għall-għelieqi mħawla fl-2006. Din l-informazzjoni għandha tiġi notifikata lill-bdiewa mhux aktar tard mill-2007 fl-applikazzjoni unika.

    Artikolu 171bd

    Komunikazzjonijiet

    L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni kull sena:

    (a)

    mhux aktar tard mill-15 ta’ Settembru: l-informazzjoni dwar iż-żoni tat-tkabbir taż-żebbuġ li għalihom saret l-applikazzjoni għall-għajnuna fis-sena preżenti, skond il-kategorija,

    (b)

    mhux aktar tard mill-31 t’Ottubru:

    (i)

    l-informazzjoni dwar iż-żoni msemmija fil-punt (a) meqjusa eliġibbli għall-għajnuna, billi jitqiesu t-tnaqqis jew il-korrezzjonijiet stipulati fl-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004,

    (ii)

    l-ammont ta’ għajnuna li trid tingħata għal kull kategorija ta’ imsaġar taż-żebbuġ.

    (c)

    mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju: id-data finali dwar iż-żoni tat-tkabbir taż-żebbuġ li għalihom tħallset l-għajnuna fil-verità fis-sena ta’ qabel, skond il-kategorija.

    (*)  ĠU L 210, 28.7.1998, p. 32. Regolament imħassar bir-Regolament (KE) Nru 865/2004 (ĠU L 161, 30.4.2004, p. 97, verżjoni kkorreġuta fil-ĠU L 206, 9.6.2004, p. 37).”"

    7.

    Il-Kapitolu 17c li ġej hu inserit:

    “KAPITOLU 17c

    GĦAJNUNA GĦAT-TABAKK

    Artikolu 171c

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu:

    (a)

    ‘ikkunsinnar’ tfisser kull operazzjoni li ssir f’ġurnata partikolari li tinvolvi xi bidwi jew assoċjazzjoni tal-produtturi li tgħaddi t-tabakk mhux raffinat lil intrapriża ta’ l-ipproċessar taħt xi kuntratt tat-tkabbir;

    (b)

    ‘ċertifikat ta’ kontroll’ tfisser id-dokument maħruġ mill-korp ta’ kontroll kompetenti li jiċċertifika li l-kwantità ta’ tabakk konċernata ttieħdet f’idejn l-ewwel proċessur, li din il-kwantità twasslet taħt xi kuntratt reġistrat u li l-operazzjonijiet saru skond l-Artikoli 171cj u 171ck ta’ dan ir-Regolament;

    (c)

    ‘l-ewwel proċessur’ tfisser kull persuna naturali jew ġuridika approvata li tagħmel l-ewwel ipproċessar ta’ tabakk mhux raffinat permezz ta’ operazzjoni, f’ismu stess u minn jeddu, ta’ wieħed jew aktar mill-istabbilimenti ta’ l-ewwel proċessuri tat-tabakk li għandu t-tagħmir adattat għal dak il-għan;

    (d)

    ‘l-ewwwel ipproċessar’ tfisser l-ipproċessar tat-tabakk mhux raffinat ikkunsinnat minn bidwi fi stalla, il-prodott li jinħażen jitqiegħed f’balal uniformi jew pakketti ta’ kwalità li jilħqu r-rekwiżiti ta’ l-utent aħħari (fabbrikant);

    (e)

    ‘assoċjazzjoni tal-produtturi’ tfisser assoċjazzjoni li tirrappreżenta l-bdiewa li jipproduċu t-tabakk.

    Artikolu 171ca

    Gruppi tal-varjeta ta’ tabakk mhux maħdum

    Il-varjetajiet ta’ tabakk mhux maħdum għandhom jiġu klassifikati fil-gruppi li ġejjin:

    (a)

    preservati bid-duħħan: tabakk imnixxef fi fran b’ċirkolazzjoni ta’ l-arja kontrollata, temperatura kkontrollata u umdità kkontrollata;

    (b)

    preservati b’arja ħafifa: tabakk imnixxef bl-arja taħt għata;

    (c)

    preservati fid-dlam: tabakk imnixxef fl-arja taħt għata, fermentat qabel ma jinbiegħ;

    (d)

    preservati bin-nar: tabakk imnixxef bin-nar;

    (e)

    preservati bix-xemx: tabakk imnixxef fix-xemx;

    (f)

    Basmas (preservati bix-xemx);

    (g)

    Katerini (preservati bix-xemx);

    (h)

    Kaba-Koulak (klassiku) u simili (preservati bix-xemx).

    Il-varjetajiet f’kull grupp huma mniżżla fl-Anness XXV.

    Artikolu 171cb

    L-ewwel proċessuri

    1.   L-Istati Membri għandhom japprovaw l-ewwel proċessuri stabbiliti fit-territorju tagħhom u għandhom jistabbilixxu l-kundizzjonijiet adattati għal dik l-approvazzjoni.

    L-ewwel proċessur approvat hu awtorizzat biex jiffirma kuntratti ta’ tkabbir, dejjem jekk ibiegħ talanqas 60 % tat-tabakk mibjugħ tiegħu li jkun ta’ oriġni Komunitarja lill-intrapriżi ta’ fabbrikanti tat-tabakk jew direttament, jew indirettament mingħajr aktar ipproċessar.

    2.   L-approvazzjoni għandha tiġi irtirata mill-Istat Membru jekk l-ipproċessur, deliberatament jew minħabba negliġenza serja, jonqos milli jikkonforma mad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw it-tabakk mhux maħdum fil-livell Komunitarju jew fil-livell nazzjonali.

    Artikolu 171cc

    Żoni tal-produzzjoni

    Għal kull grupp ta’ varjetajiet, iż-żoni ta’ produzzjoni msemmija fl-Artikolu 110k il-punt (a) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandhom ikunu dawk stipulati fl-Anness XXVI ta’ dan ir-Regolament.

    L-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw żoni ta’ produzzjoni aktar ristretti, speċjalment fl-interess tal-kwalità. Iż-żoni ta’ produzzjoni ristretti m’għandhomx jaqbżu l-erja ta’ l-unità amministrattiva jew, fi Franza, ir-reġjun awtonomu.

    Artikolu 171cd

    Kuntratti ta’ tkabbir

    1.   Il-kuntratti tat-tkabbir imsemmija fl-Artikolu 110k il-punt (c) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandhom jiġu konklużi bejn l-ewwel proċessur, min-naħa, u bidwi jew assoċjazzjoni ta’ produtturi li tirrappreżentah min-naħa l-oħra, dejjem jekk l-assoċjazzjoni tal-produttur tkun rikonoxxuta mill-Istat Membru konċernat.

    2.   Il-kuntratti ta’ tkabbir għandhom jiġu konklużi minn varjetà jew grupp ta’ varjetajiet. Huma għandhom jorbtu lill-ewwel proċessur biex jikkunsinna l-kwantità ta’ weraq tat-tabakk stipulat fil-kuntratt u l-bidwi jew l-assoċjazzjoni ta’ produtturi li tirrappreżentah biex jikkunsinna l-kwantità lill-ewwel proċessur, sa fejn tagħti lok il-produzzjoni proprja tagħhom.

    3.   Għal kull ħsad, il-kuntratti ta’ tkabbir għandhom jinkludu talanqas id-dettalji li ġejjin:

    (a)

    l-ismijiet u l-indirizzi tal-partiijiet fil-kuntratt;

    (b)

    il-varjetà u l-grupp ta’ varjetajiet tat-tabakk kopert bil-kuntratt;

    (c)

    il-kwantità massima li trid tiġi kkunsinnata;

    (d)

    il-post eżatt fejn it-tabakk hu magħmul: iż-żona ta’ produzzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 171cc, il-provinċja, il-muniċipalità, identifikazzjoni ta’ l-għalqa skond is-sistema ta’ kontroll integrata;

    (e)

    l-erja ta’ l-għalqa konċernata, minbarra t-toroq ta’ servizz u l-għeluq ta’ l-artijiet;

    (f)

    il-prezz tax-xiri, skond il-kwalità tal-grad, minbarra l-għajnuna, kull dritt u taxxa fuq is-servizz;

    (g)

    ir-rekwiżiti minimi ta’ kwalità miftehma għal kull grad ta’ kwalità, b’minimu ta’ tliet gradi għal kull pożizzjoni fuq l-irfid, u rbit min-naħa tal-bidwi li jikkunsinna t-tabakk mhux raffinat lill-ipproċessur skond il-kwalità tal-grad li jilħaq talanqas dawk ir-rekwiżiti ta’ kwalità;

    (h)

    impenn mill-ewwel proċessur biex iħallas lill-bidwi l-prezz tax-xiri skond il-kwalità tal-grad;

    (i)

    il-limitu taż-żmien għall-pagament tal-prezz tax-xiri, li ma jistax jaqbeż 30 ġurnata mid-data li fiha jiġi kkunsinnat;

    (j)

    il-bidwi jintrabat li jerġa’ jħawwel it-tabakk fuq l-għalqa konċernata sa l-20 ta’ Ġunju tas-sena tal-ħsad.

    4.   Jekk it-taħwil mill-ġdid ikun ritardjat aktar mid-data ta’ l-20 ta’ Ġunju, il-bidwi għandu jgħarraf lill-proċessur u lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru b’dan permezz ta’ ittra reġistrata qabel dik id-data, billi jagħti r-raġunijiet għad-dewmien u jagħti d-dettalji ta’ kull bidla fl-għalqa.

    5.   Il-partijiet fil-kuntratt tat-tkabbir jistgħu, permezz ta’ emenda miktuba, iżidu l-kwantitajiet li kienu speċifikati fil-bidu fil-kuntratt. L-emenda għandha tintbagħat lill-awtorità kompetenti biex tiġi reġistrata sa mhux aktar tard mill-40 jum wara d-data ta’ skadenza għall-konklużjoni tal-kuntratti ta’ tkabbir imsemmija fl-Artikolu 171ce(1).

    Artikolu 171ce

    Konklużjoni u reġistrazzjoni ta’ kuntratti

    1.   Il-kuntratti ta’ tkabbir għandhom jiġu konklużi, minbarra f’każijiet ta’ force majeure, sat-30 t’April tas-sena ta’ ħsad. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu data qabel.

    2.   Minbarra f’każijiet ta’ force majeure, kuntratti ta’ tkabbir la darba jiġu konklużi għandhom jiġu sottomessi għar-reġistrazzjoni lill-korp kompetenti mhux aktar tard minn 15-il ġurnata wara d-data ta’ skadenza biex jikkonkluduhom kif imsemmi fil-paragrafu 1.

    Il-korp kompetenti għandu jkun dak ta’ l-Istat Membru li fih irid isir l-ipproċessar.

    Fejn l-ipproċessar irid isir fi Stat Membru barra dak li fih tkabbar it-tabakk, il-korp kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih irid isir l-ipproċessar għandu jibgħat minnufih kopja tal-kuntratt reġistrat lill-korp kompetenti ta’ l-Istat Membru produttur. Jekk dak il-korp ma jagħmilx hu stess l-ispezzjonijiet fuq is-sistema ta’ għajnuna, għandu jibgħat kopja tal-kuntratt reġistrat lill-korp ta’ kontroll kompetenti.

    3.   Jekk id-data ta’ skadenza għall-konklużjoni tal-kuntratti msemmija fil-paragrafu 1 jew għas-sottomissjoni ta’ kuntratti ta’ tkabbir stipulati fil-paragrafu 2 tinqabeż b’massimu ta’ 15-il ġurnata, l-għajnuna li trid titħallas għandha titnaqqas b’20 %.

    Artikolu 171cf

    Kuntratti ma’ assoċjazzjoni tal-produtturi

    1.   Meta jsir kuntratt ta’ tkabbir bejn l-ewwel proċessur u assoċjazzjoni tal-produtturi, għandu jkollu miegħu lista li fiha l-ismijiet tal-bdiewa konċernati u l-kwantità massima rispettiva tagħhom li trid tiġi kkunsinnata, il-post eżatt fejn tinsab l-għalqa u l-erja ta’ l-għelieqi konċernati, kif imsemmija fl-Artikolu 171cd(3), il-punti (c), (d) u (e).

    Dik il-lista għandha tiġi sottomessa għar-reġistrazzjoni lill-korp kompetenti mhux aktar tard mill-15 ta’ Mejju tas-sena ta’ ħsad.

    2.   L-assoċjazzjonijiet tal-produtturi msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu ma jagħmlux l-ewwel proċessar tat-tabakk.

    3.   Il-bdiewa li jipproduċu t-tabakk ma jistgħux jappartjenu għal aktar minn assoċjazzjoni waħda tal-produtturi.

    Artikolu 171cg

    Rekwiżiti minimi tal-kwalità

    It-tabakk li jitwassal lill-proċessuri għandu jkun tajjeb, ġust u ta’ kwalità li tinbiegħ u ma jkunx fih xi karatteristika minn dawk imniżżla fl-Anness XXVII. Jistgħu jiġu stabbiliti rekwiżiti ta’ kwalità aktar riġidi mill-Istat Membru jew jistgħu jiġu miftehma mill-partijiet kontraenti.

    Artikolu 171ch

    Nuqqas ta’ qbil

    L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li n-nuqqas ta’ qabil li jikkonċerna l-kwalità ta’ tabakk ikkunsinnat lill-ewwel proċessur għandu jitressaq quddiem il-korp ta’ l-arbitraġġ. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli li jirregolaw is-sħubija u l-proċeduri ta’ teħid ta’ deċiżjoni ta’ dawk il-korpi. Il-korpi ta’ l-arbitraġġ iridu jinkludu waħda jew aktar mir-rappreżentanti tal-produtturi u tal-proċessuri, b’numri ugwali.

    Artikolu 171ci

    Livell ta’ għajnuna

    Meta japplikaw l-Artikolu 110k il-punt (d) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-ammont ta’ għajnuna indikattiv għal kull kg skond il-varjetà tat-tabakk jew il-grupp ta’ varjetajiet qabel il-15 ta’ Marzu tas-sena tal-ħsad. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu differenza bejn il-livell ta’ għajnuna skond il-kwalità ta’ tabakk li jiġi kunsinnat. Għal kull varjetà jew grupp ta’ varjetajiet, il-livell ta’ għajnuna m’għandux jaqbeż l-ammont ta’ primjum skond il-grupp ta’ varjetajiet stabbiliti għall-ħsad ta’ l-2005 bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 546/2002 (**).

    L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-ammont ta’ għajnuna finali għal kull kg skond il-varjetà ta’ tabakk jew grupp ta’ varjetajiet fi żmien 15-il ġurnata xogħol wara l-ġurnata li fiha t-tabakk kollu għall-ħsad konċernat ikun ġie kunsinnat. Jekk l-ammont totali ta’ għajnuna li ssir applikazzjoni għalih f’xi Stat Membru jaqbeż il-limitu nazzjonali stabbilit fl-Artikolu 110l tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, kif aġġustat skond l-Artikolu 110m ta’ dak ir-Regolament, l-Istat Membru għandu jipproċedi għal tnaqqis lineari ta’ l-ammonti mħallsa lil kull bidwi.

    Artikolu 171cj

    Kalkolu tal-pagament ta’ għajnuna

    1.   L-għajnuna li trid titħallas lill-bdiewa għandha tiġi kkalkulata abbażi tal-piż tal-weraq tat-tabakk tal-varjetà jew grupp ta’ varjetajiet konċernati li jikkorrispondu mal-kwalità minima meħtieġa u meħuda mill-ewwel proċessur.

    2.   Fejn il-kontenut ta’ l-umdità jvarja mil-livell stipulat fl-Anness XXVIII għall-varjetà konċernata, il-piż għandu jiġi aġġustat għal kull punt ta’ persentaġġ tad-differenza, fi ħdan it-tolleranzi stipulati stipulati f’dak l-Anness.

    3.   Il-metodi biex ikun determinat il-kontenut ta’ l-umdità, il-livelli kampjunarji u l-frekwenza u l-metodu biex jiġi kalkulat il-piż aġġustat għandu jkun kif stipulat fl-Anness XXIX.

    Artikolu 171ck

    Kunsinnar

    1.   Minbarra l-każijiet ta’ force majeure, il-bdiewa għandhom jikkunsinnaw il-produzzjoni kollha lill-ewwel proċessur sat-30 t’April tas-sena wara s-sena tal-ħsad, u jekk jonqsu għandhom jitilfu l-intitolament tagħhom għall-għajnuna. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu data aktar kmieni.

    2.   Il-kunsinnar għandu jsir jew direttament lejn il-post fejn it-tabakk se jiġi proċessat jew, jekk l-Istat Membru jawtorizza hekk, lejn ċentru tax-xiri approvat. Il-korp ta’ kontroll kompetenti għandu japprova dawk iċ-ċentri tax-xiri, li għandhom il-faċilitajiet adattati, miżien u bini.

    3.   Jekk it-tabakk mhux proċessat ma twassalx fil-postijiet imsemmija fil-paragrafu 2, jew min iġorr li jikkunsinna l-kwantitajiet distinti ta’ tabakk miċ-ċentru tax-xiri lejn l-impjant ta’ l-ipproċessar m’għandux awtorizzazzjoni biex jagħmel il-ġarr, l-ewwel intrapriża ta’ l-ipproċessar li tirċievi t-tabakk konċernat għandha tħallas lill-Istat Membru somma ta’ flus ugwali għall-għajnuna għall-kwantità ta’ tabakk konċernat. Dan l-ammont għandu jittieħed mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (EAGGF).

    Artikolu 171cl

    Pagament

    Il-korp kompetenti ta’ l-Istat Membru għandu jħallas l-għajnuna lill-bdiewa abbażi ta’ ċertifikat ta’ kontroll maħruġ mill-korp ta’ kontroll kompetenti li jiċċertifika li t-tabakk ġie kunsinnat.

    Artikolu 171cm

    Pagamenti bil-quddiem

    1.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004, l-Istati Membri jistgħu japplikaw sistema ta’ pagamenti bil-quddiem fuq l-għajnuna tat-tabakk mogħtija lill-bdiewa.

    2.   L-applikazzjonijiet tal-bdiewa għall-pagament bil-quddiem jistgħu jiġu sostitwiti wara s-16 ta’ Settembru tas-sena tal-ħsad. Huma għandu jkollhom magħhom id-dokumenti li ġejjin, ħlief fejn Stat Membru jipprovdi mod ieħor dejjem jekk ikunu diġà f’idejhom:

    (a)

    kopja tal-kuntratt tat-tkabbir jew in-numru ta’ reġistrazzjoni tiegħu;

    (b)

    dikjarazzjoni bil-miktub mill-bidwi konċernat li tispeċifika l-kwantitajiet ta’ tabakk li hu kapaċi jikkunsinna matul is-sena preżenti.

    3.   Il-pagament tal-ħlas bil-quddiem, l-ammont massimu ta’ liema għandu jkun ugwali għal 50 % ta’ l-ammont ta’ għajnuna pagabbli, ibbażat fuq il-livell ta’ għajnuna indikattiv stabbilit skond l-Artikolu 171ci għandu jkun soġġett għad-depożitu ta’ sigurtà ugwali għall-ammont tal-pagament bil-quddiem flimkien ma’ 15 % ta’ l-ammont tal-pagament bil-quddiem.

    Is-sigurtà għandha tiġi rilaxxata meta l-ammont ta’ għajnuna totali jkun tħallas skond l-Artikolu 19 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85.

    4.   Il-pagament bil-quddiem għandu jitħallas mis-16 t’Ottubru tas-sena tal-ħsad u fi żmien 30 ġurnata mindu tintefa’ l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 u ta’ prova li s-sigurtà msemmija fil-paragrafu 3 tkun ġiet iddepożitata.

    Il-pagament bil-quddiem imħallas għandu jitnaqqas mill-ammont ta’ għajnuna għat-tabakk pagabbli skond l-Artikolu 171cl.

    5.   L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kull kundizzjoni oħra li tirregola l-għoti pagamenti bil-quddiem, u b’mod partikolari d-data finali għat-tfigħ ta’ l-applikazzjonijiet. Il-bdiewa jistgħu ma jitfgħux applikazzjoni għal pagament bil-quddiem la darba jkunu bdew jikkunsinnaw.

    Artikolu 171cn

    Ipproċessar bejn fruntiera u oħra

    1.   L-għajnuna għandha titħallas jew tingħata bil-quddiem mill-Istat Membru li fih intgħamel it-tabakk.

    2.   Meta t-tabakk jiġi proċessat fi Stat Membru ieħor barra dak li fih ġie prodott, l-Istat Membru li jipproċessa għandu, wara li jagħmel l-ispezzjonijiet meħtieġa, jipprovdi lill-Istat Membru produttur bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex ikun jista’ jħallas l-għajnuna jew jeħles is-sigurtà.

    Artikolu 171co

    Notifikazzjonijiet lill-Kummissjoni

    1.   Kull Stat Membru konċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar ta’ kull sena ta’ ħsad dwar:

    (a)

    l-ismijiet u l-indirizzi tal-korpi responsabbli għar-reġistrazzjoni tal-kuntratti ta’ tkabbir;

    (b)

    l-ismijiet u l-indirizzi ta’ l-intrapriżi ta’ l-ewwel ipproċessar approvati.

    Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista tal-korpi responsabbli għar-reġistrazzjoni tal-kuntratti ta’ tkabbir u ta’ l-intrapriżi approvati ta’ l-ewwel ipproċessar fis-serje ‘Ċ’ tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    2.   Kull Stat Membru konċernat għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni dwar il-miżuri nazzjonali meħuda biex japplika dan il-Kapitolu.

    Artikolu 171cp

    Miżura transizzjonali

    Mingħajr preġudizzju għal kull emenda li ssir fil-futur, il-produtturi li l-kwoti tal-produzzjoni tat-tabakk tagħhom kienu nxtraw lura matul il-ħsad ta’ l-2002 u l-2003 skond l-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2075/92 għandhom ikunu intitolati mill-1 ta’ Jannar 2006, għall-bqija tal-ħames snin ta’ ħsad wara s-sena li fiha l-kwota tagħhom tinxtara lura, biex jirċievu ammont ekwivalenti għal persentaġġ tal-primjum mogħti fir-rigward tal-ħsad ta’ l-2005, kif indikat fit-tabelli fl-Anness XXX. Dawn l-ammonti għandhom jitħallsu qabel il-31 ta’ Mejju ta’ kull sena.

    (**)  ĠU L 84, 28.3.2002, p. 4”"

    8.

    L-Artikolu 172 hu emendat kif ġej:

    (a)

    Il-paragrafi 3a u 3b li ġejjin huma mdaħħlin:

    “3a.   Ir-Regolament (KE) Nru 1591/2001 b’dan qed jiġi mħassar. Minkejja dan, għandu jibqa’ japplika għas-sena ta’ bejgħ 2005/06.

    3b.   Ir-Regolamenti (KEE) Nru 85/93 u (KE) Nru 2848/98 huma mħassra b’effett mill-1 ta’ Jannar 2006. Minkejja dan għandhom jibqgħu japplikaw fir-rigward tal-ħsad ta’ l-2005.”

    (b)

    Il-paragrafu 4 hu sostitwit b’dan li ġej:

    “4   Referenzi għall-atti mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament minbarra r-Regolament. (KEE) Nru 85/93.”

    9.

    It-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hu miżjud bħala Annessi XXIV sa XXX.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Hu għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2006 minbarra l-punt 4 ta’ l-Artikolu 1 li għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2005.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Diċembru 2005.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 118/2005 (ĠU L 24, 27.1.2005, p. 15).

    (2)  ĠU L 345, 20.11.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1044/2005 (ĠU L 172, 5.7.2005, p. 76).

    (3)  ĠU L 161, 30.4.2004, p. 48, Corrigendum fil-ĠU L 206, 9.6.2004, p. 20.

    (4)  ĠU L 210, 3.8.2001, p. 10. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1486/2002 (ĠU L 223, 20.8.2002, p. 3).

    (5)  ĠU L 210, 28.7.1998, p. 32. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 865/2004 (ĠU L 161, 30.4.2004, p. 97, kif korretta bil-ĠU L 206, 9.6.2004, p. 37).

    (6)  ĠU L 358, 31.12.1998, p. 17. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1809/2004 (ĠU L 318, 19.10.2004, p. 18).

    (7)  ĠU L 215, 30.7.1992, p. 70. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1679/2005 (ĠU L 279, 15.10.2005, p. 1).

    (8)  ĠU L 12, 20.1.1993, p. 9.


    ANNESS

    "ANNESS XXIV

    Metodoloġija komuni biex tkun ikkalkulata l-erja taż-żebbuġ fil-GIS-ha taż-żebbuġ

    Il-metodoloġija komuni hi bbażata fuq algoritmu (1) li jnissel l-erja taż-żebbuġ mill-pożizzjoni tas-siġar taż-żebbuġ permezz ta’ l-ipproċessar awtomatiku bbażat fuq il-GIS.

    1.   DEFINIZZJONIJIET

    Għall-finijiet ta’ dan l-Anness:

    (a)

    “għalqa tat-tkabbir taż-żebbuġ” tfisser biċċa art kontinwa koperta bis-siġar taż-żebbuġ eliġibbli fil-produzzjoni li kull waħda minnhom hija inqas minn distanza massima speċifikata minn siġra oħra taż-żebbuġ eliġibbli;

    (b)

    “siġra taż-żebbuġ eliġibbli” tfisser siġra taż-żebbuġ imħawla qabel l-1 ta’ Mejju 1998, jew il-31 ta’ Diċembru 2001 fil-każ ta’ Ċipru u Malta, jew siġra taż-żebbuġ ta’ sostituzzjoni jew kull siġra taż-żebbuġ imħawla taħt xi programm approvat mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1638/98 liema eżistenza tagħhom tiġi reġistrata fis-sistema ta’ informazzjoni ġeografika;

    (c)

    “siġra taż-żebbuġ eliġibbli” mferrxa tfisser siġra taż-żebbuġ fil-produzzjoni li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet meħtieġa biex tikkostitwixxi grupp ta’ siġar f’għalqa tat-tkabbir taż-żebbuġ;

    (d)

    “siġar taż-żebbuġ eliġibbli fil-produzzjoni” tfisser siġra taż-żebbuġ ħajja eliġibbli ta’ speċi klassifikata bħala domestika, stabbilita b’mod permanenti, minkejja l-età jew il-kundizzjoni, li possibilment jista’ jkollha diversi friegħi minn waħda għall-oħra separati minn xulxin b’inqas minn żewġ metri.

    2.   STADJI TA’ L-ALGORITMU GĦALL-GĦAJNUNA GĦALL-IMSAĠAR TAŻ-ŻEBBUĠ

    Stadju 1: Analiżi tal-viċinanzi

    Il-parametru ta’ l-analiżi tal-viċinanzi (P1) jiddefinixxi distanza massima ta’ qrubija bejn is-siġar taż-żebbuġ eliġibbli, li jgħid jekk humiex mifruxa jew jekk jappartjenux għall-istess għalqa tat-tkabbir taż-żebbuġ. P1 huwa r-rejdjus li joriġina mis-siġra taż-żebbuġ eliġibbli u jiddefinixxi ċirku li fih is-siġar taż-żebbuġ l-oħra eliġibbli jridu jaqgħu biex jitqiesu li jappartjenu għall-istess “perimetru tat-tkabbir taż-żebbuġ”.

    P1 huwa ssettjat għal 20 metru, li jikkorrispondi għall-valur massimu agronomiku f’ħafna mir-reġjuni. F’ċerti reġjuni li jkunu kultivati ħafna, li jridu jiġu identifikati mill-Istati Membri, fejn id-distanzi tat-taħwil huma aktar minn 20 metru, l-Istat Membru jista’ jiddeċiedi li jistabbilixxi P1 bħala darbtejn id-distanza tat-taħwil reġjonali medja. F’dan il-każ, l-Istat Membru jrid iżomm id-dokumenti li jiġġustifikaw l-applikazzjoni ta’ din l-eċċezzjoni.

    Is-siġar taż-żebbuġ eliġibbli li jappartjenu għall-imsaġar taż-żebbuġ b’distanzi tat-taħwil akbar minn P1 huma meqjusa bħala siġar taż-żebbuġ eliġibbli mifruxa.

    Jekk jgħaddu l-ewwel mill-parametru P1 jiddetermina l-qrubija tas-siġar taż-żebbuġ eliġibbli. Jitqiegħed buffer madwar il-punti kollha (il-bariċentri tas-siġar taż-żebbuġ), il-poligoni maħluqa minħabba li jiġu mħallta, u tiftixa fuq id-daqs tal-poligonu mbagħad jiddetermina s-siġar taż-żebbuġ eliġibbli mifruxa.

    Stadju 2: Għoti ta’ erja standard lis-siġar taż-żebbuġ eliġibbli mifruxa

    Wara li jiġi applikat P1, is-siġar taż-żebbuġ eliġibbli huma maqsuma f’żewġ klassijiet:

    siġar taż-żebbuġ eliġibbli li jappartjenu għal perimetru tat-tkabbir taż-żebbuġ,

    siġar taż-żebbuġ eliġibbli mifruxa.

    L-erja mogħtija lil siġra taż-żebbuġ eliġibbli mifruxa, P2, hi stabbilita għal 100 m2, jiġifieri bħala ċirku b’rejdjus ta’ 5.64 m ċentrat fuq is-siġra taż-żebbuġ mifruxa eliġibbli.

    Stadju 3: Applikazzjoni tal-buffer intern P3

    Trid tiġi determinata erja għall-perimetru u l-poligonu tat-tkabbir taż-żebbuġ, id-daqs ta’ liema jirrappreżenta l-imsaġar taż-żebbuġ.

    L-ewwelnett, jinħoloq netwerk ta’ linji li jgħaqqad is-siġar taż-żebbuġ kollha eliġibbli fil-grupp li d-distanza tagħhom minn siġra għall-oħra huwa inqas mid-distanza P1.

    Imbagħad l-erja definita bħala “buffer intern” hi sovrapożizzjonata fuq kull wieħed minn dawn il-linji. Il-buffer intern hu definit bħala s-sett ta’ punti li d-distanza tagħhom min-netwerk ta’ linji huwa inqas minn jew ugwali għall-valur definit bħala “l-wisa' tal-buffer intern”. Sabiex ikun evitat li jiffurmaw gżejjer li jiġu kklassifikati bħala “ġonna mhux taż-żebbuġ” f’ġonna taż-żebbuġ li titħawwel regolarment, il-wisa’ tal-buffer intern irid ikun nofs id-distanza P1.

    It-taħlita tal-buffers kollha interni jikkostitwixxi qrubija preliminari ta’ l-erja li trid tingħata lill-grupp ta’ siġar taż-żebbuġ, jiġifieri l-erja ta’ l-imsaġar taż-żebbuġ.

    Stadju 4: Applikazzjoni tal-buffer estern P4

    L-erja finali ta’ l-imsaġar taż-żebbuġ u d-daqs finali tal-poligonu li jirrappreżenta dik l-erja, huma mogħtija permezz ta’ buffer ieħor magħruf bħala “l-buffer estern”.

    Buffer estern” jiġi applikat b’mod estern fuq in-netwerk ta’ linji li jgħaqqdu s-siġar taż-żebbuġ kollha li jdawru l-masġar taż-żebbuġ. Il-buffer estern huwa s-sett ta’ punti li d-distanza tagħhom mil-linja li tiċċirkonda tan-netwerk hija inqas minn jew ugwali għall-valur definit bħala l-“wisa’ tal-buffer estern”. Il-buffer estern hu applikat biss fuq il-ġenb ta’ barra ta’ kull linja li tiċċirkonda n-netwerk, filwaqt li l-buffer intern jibqa’ japplika għal-lat intern.

    Il-buffer“estern” hu definit bħala nofs il-medja tad-distanza tat-taħwil ta’ l-għalqa tat-tkabbir taż-żebbuġ (δ), b’livell minimu ta’ 2.5 m.

    Id-distanza tat-taħwil medja qalb is-siġar taż-żebbuġ tiġi kkalkulata permezz tal-formula li ġejja:

    Distanza tat-taħwil medja Formula

    Fejn A = l-erja tal-grupp ta’ siġar taż-żebbuġ u N = in-numru ta’ siġar taż-żebbuġ.

    Id-distanza tat-taħwil medja trid tiġi kkalkulata permezz ta’ iterazzjonijiet suċċessivi:

    L-ewwel distanza tat-taħwil medja δ1 tiġi kkalkulata permezz ta’ l-erja (A1) miksuba billi jiġi applikat biss P3 (buffer intern).

    Erja ġdida A2 imbagħad tiġi kkalkulata billi jintuża’ l-buffer estern δ2 = δ1/2.

    An jinkiseb b’dan il-mod, meta d-differenza bejn An-1 u An ma titqiesx iktar sinifikanti.

    P4 għalhekk issir:

    P4 = mas [2,5 m; 1/2 δn]

    fejn Formula

    Stadju 5: Determinazzjoni ta’ l-erja tal-wiċċ

    —   Stadju 5a: Determinazzjoni tal-poligonu Voronoi

    Il-buffers esterni u interni (P3 u P4) huma mħallta biex jipproduċu r-riżultat finali. Ir-riżultat huwa saff grafiku, li minnu l-perimetru tat-tkabbir taż-żebbuġ u l-erja tat-tkabbir taż-żebbuġ iridu jiġu reġistrati fid-database GIS taż-żebbuġ.

    Inkella, jista’ jiġi konvertit għall-poligoni Voronoi li jagħtu erja għal kull siġra taż-żebbuġ eliġibbli. Il-poligonu Voronoi huwa definit bħala “poligonu li l-intern tiegħu hu magħmul mill-punti kollha fil-pjan li huma eqreb lejn punt tal-lattice partikolari minn kwalunkwe wieħed ieħor”.

    —   Stadju 5b: Esklużi l-erjas li jaqgħu barra l-konfini ta’ l-għalqa ta’ referenza

    L-ewwelnett il-perimetri tat-tkabbir taż-żebbuġ iridu jirkbu fuq xulxin fuq il-konfini ta’ l-għalqa ta’ referenza.

    Imbagħad, il-partijiet tal-perimetri tat-tkabbir taż-żebbuġ li jaqgħu barra l-konfini ta’ l-għalqa ta’ referenza jridu jiġu eliminati.

    —   Stadju 5c: Jiddaħħlu gżejjer iżgħar minn 100 m2

    Trid tiġi applikata tolleranza permezz ta’ livell massimu fuq id-daqs ta’ “gżejjer” (jiġifieri partijiet ta’ l-għalqa li mhumiex koperti bis-siġar taż-żebbuġ eliġibbli, la darba l-metodu jkun ġie applikat), sabiex jiġi evitat li jiffurmaw “gżejjer” insinifikanti. Il-“gżejjer” kollha inqas minn 100 m2 jistgħu jiddaħħlu. Il-“gżejjer” li jridu jitqiesu huma tnejn:

    il-“gżejjer interni” (fil-perimetru tat-tkabbir taż-żebbuġ ġenerat mill-OLIAREA) li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-parametri P1 u P3;

    il-“gżejjer esterni” (ġo l-għalqa ta’ referenza iżda barra l-għalqa tat-tkabbir taż-żebbuġ) li jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ P4 u l-intersezzjoni bejn l-għelieqi ta’ referenza u l-perimetri tat-tkabbir taż-żebbuġ.

    Stadju 6: Esklużi s-siġar taż-żebbuġ mhux eliġibbli

    Fejn ikun hemm siġar taż-żebbuġ ineliġibbli wkoll fuq l-għalqa tat-tkabbir taż-żebbuġ, l-erja miksuba wara l-5 pass trid tiġi multiplikata bin-numru ta’ siġar taż-żebbuġ eliġibbli u diviża bin-numru totali ta’ siġar taż-żebbuġ fl-għalqa tat-tkabbir taż-żebbuġ. L-erja kkalkulata b’dan il-mod tikkostitwixxi l-erja tat-tkabbir taż-żebbuġ eliġibbli għall-għajnuna għall-imsaġar taż-żebbuġ.

    3.   STADJI TA’ L-ALGORITMU GĦALL-ISKEMA TA’ PAGAMENT UNIKU

    Biex ikun determinat in-numru ta’ ettari li jrid jitqies għall-finijiet ta’ l-Artikolu (1) ta’ u l-Anness VII(H) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (determinazzjoni ta’ l-intitolamenti tal-pagament), il-passi 1 sa 5 ta’ l-algoritmu t’hawn fuq għandhom japplikaw, u pass 6 m’għandux japplika. L-erja tas-siġar taż-żebbuġ mifruxa msemmija fl-istadju 2 tista’ ma titqiesx, iżda.

    F’dan il-każ, fl-aħħar tal-pass 5, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jdaħħlu fil-gżejjer ta’ l-erja tat-tkabbir taż-żebbuġ ta’ art agrikola akbar minn 100 m2 li ma pproduċewx l-ebda intitolament, matul il-perjodu ta’ referenza, għall-pagamenti diretti mniżżla fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, minbarra l-erjas li għandhom uċuh tar-raba’ permanenti u foresti. Jekk jiddeċiedu li jagħmlu dan, dan il-provvediment għandu japplika għall-bdiewa kollha fl-Istat Membru.

    L-Istati Membri għandhom iżommu rekord ta’ din id-deroga u ta’ l-ispezzjonijiet li saru fil-GIS taż-żebbuġ.

    L-istess approċċ għandu japplika meta jiġi kkalkulat in-numru ta’ ettari eliġibbli skond l-Artikolu 44 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (Użu ta’ intitolamenti għall-pagamenti).

    4.   IMPLEMENTAZZJONI

    L-Istati Membri għandhom jimplimentaw dan l-algoritmu bħala funzjonalità tal-GIS taż-żebbuġ tagħhom, adattat għall-ambjent tas-sistema tagħhom stess. Ir-riżultati ta’ kull stadju ta’ l-algoritmu jridu jiġu reġistrati għal kull għalqatat-tkabbir taż-żebbuġ fil-GIS taż-żebbuġ.

    ANNESS XXV

    KLASSIFIKAZZJONI TAL-VARJETAJIET TAT-TABAKK

    kif imsemmija fl-Artikolu 171ca

    I.   IPPRESERVATI BID-DUĦĦAN

     

    Virginia

     

    Virginia D u l-ibridi tagħha

     

    Bright

     

    Wiślica

     

    Virginia SCR IUN

     

    Wiktoria

     

    Wiecha

     

    Wika

     

    Wala

     

    Wisła

     

    Wilia

     

    Waleria

     

    Watra

     

    Wanda

     

    Weneda

     

    Wenus

     

    DH 16

     

    DH 17

    II.   IPPRESERVATI B’ARJA ĦAFIFA

     

    Burley

     

    Badischer Burley u l-ibridi tagħha

     

    Maryland

     

    Bursan

     

    Bachus

     

    Bożek

     

    Boruta

     

    Tennessee 90

     

    Baca

     

    Bocheński

     

    Bonus

     

    NC 3

     

    Tennessee 86

    III.   IPPRESERVATI FID-DLAM

     

    Badischer Geudertheimer, Pereg, Korso

     

    Paraguay u l-ibridi tagħha

     

    Dragon Vert u l-ibridi tagħha

     

    Philippin

     

    Petit Grammont (Flobecq)

     

    Semois

     

    Appelterre

     

    Nijkerk

     

    Misionero u l-ibridi tagħha

     

    Rio Grande u l-ibridi tagħha

     

    Forchheimer Havanna IIc

     

    Nostrano del Brenta

     

    Resistente 142

     

    Goyano

     

    Hybrids of Geudertheimer

     

    Beneventano

     

    Brasile Selvaggio u varjetajiet simili

     

    Fermented Burley

     

    Havanna

     

    Prezydent

     

    Mieszko

     

    Milenium

     

    Małopolanin

     

    Makar

     

    Mega

    IV.   IPPRESERVATI BIN-NAR

     

    Kentucky u ibridi

     

    Moro di Cori

     

    Salento

     

    Kosmos

    V.   IPPRESERVATI BIX-XEMX

     

    Xanthi-Yaka

     

    Perustitza

     

    Samsun

     

    Erzegovina u varjetajiet simili

     

    Myrodata Smyrnis, Trapezous u Phi I

     

    Kaba Koulak (mhux klassiku)

     

    Tsebelia

     

    Mavra

    VI.   BASMAS

    VII.   KATERINI U VARJETAJIET SIMILI

    VIII.   KABA KOULAK (KLASSIKU)

     

    Elassona

     

    Myrodata Agrinion

     

    Zichnomyrodata

    ANNESS XXVI

    ŻONI TAL-PRODUZZJONI RIKONOXXUTI

    kif imsemmija fl-Artikolu 171cc

    Grupp ta’ varjetajiet skond l-Anness I

    Stat Membru

    Żoni tal-produzzjoni

    I.

    Ippreservati bid-duħħan

    Il-Ġermanja

    Schleswig-Holstein, Lower Saxony, Bavaria, Rheinland-Pfalz, Baden-Württemberg, Hessen, Saarland, Brandenburg, Mecklemburg-Pomerania, Saxony, Saxony-Anhalt, Thuringia

    Il-Greċja

     

    Franza

    Aquitaine, Midi-Pyrénées, Auvergne, Limousin, Champagne-Ardenne, Alsace, Lorraine, Rhône-Alpes, Franche-Comté, Provence-Alpes-Côte d'Azur, Loire Region, Centre, Poitou-Charentes, Brittany, Languedoc-Roussillon, Normandy, Burgundy, Nord-pas-de-Calais, Picardy, Île-de-France

    L-Italja

    Friuli, Veneto, Lombardy, Piedmont, Tuscany, Marche, Umbria, Lazio, Abruzzi, Molise, Campania, Basilicata, Calabria

    Spanja

    Extremadura, Andalusia, Castile-Leon, Castile-La Mancha

    Il-Portugall

    Beiras, Ribatejo Oeste, Alentejo, Ir-Reġjun Awtonomu ta’ l-Azores

    L-Awstrija

     

    II.

    Ippreservati b’arja ħafifa

    Il-Belġju

     

    Il-Ġermanja

    Rheinland-Pfalz, Baden-Württemberg, Hessen, Saarland, Bavaria, Brandenburg, Mecklenburg-Pomerania, Saxony, Saxony-Anhalt, Thuringia

    Il-Greċja

     

    Franza

    Aquitaine, Midi-Pyrénées, Languedoc-Roussillon, Auvergne, Limousin, Poitou-Charentes, Brittany, Loire Region, Centre, Rhône-Alpes, Provence-Alpes-Côte d'Azur, Franche-Comté, Alsace, Lorraine, Champagne-Ardenne, Picardy, Nord-Pas-de-Calais, Upper Normandy, Lower Normandy, Burgundy, Réunion, Île-de-France

    L-Italja

    Veneto, Lombardy, Piedmont, Umbria, Emilia-Romagna, Lazio, Abruzzi, Molise, Campania, Basilicata,, Sicily, Friuli, Tuscany, Marche

    Spanja

    Extremadura, Andalusia, Castile-Leon, Castile-La Mancha

    Il-Portugall

    Beiras, Ribatejo Oeste, Entre Douro e Minho, Trás-os-Montes, Ir-Reġjun Awtonomu ta’ l-Azores

    L-Awstrija

     

    III.

    Ippreservati fid-dlam

    Il-Belġju

     

    Il-Ġermanja

    Rheinland-Pfalz, Baden-Württemberg, Hessen, Saarland, Bavaria, Brandenburg, Mecklenburg-Pomerania, Saxony, Saxony-Anhalt, Thuringia

    Franza

    Aquitaine, Midi-Pyrénées, Languedoc-Roussillon, Auvergne, Limousin, Poitou-Charentes, Brittany, Loire Region, Centre, Rhône-Alpes, Provence-Alpes-Côte d'Azur, Franche-Comté, Alsace, Lorraine, Champagne-Ardenne, Picardy, Nord-Pas-de-Calais, Upper Normandy, Lower Normandy, Burgundy, Réunion

    L-Italja

    Friuli, Trentino, Veneto, Tuscany, Lazio, Molise, Campania, Sqallija

    Spanja

    Extremadura, Andalusia, Castile-Leon, Castile-La Mancha, Valencia (Autonomous Community), Navarre, Rioja, Catalonia, Madrid, Galicia, Asturia, Cantabria, iż-żona ta’ Compezo fil-Pajjiż Basque, La Palma (Canary Islands).

    L-Awstrija

     

    IV.

    Ippreservati bin-nar

    L-Italja

    Veneto, Tuscany, Umbria, Lazio, Campania, Marche

    Spanja

    Extremadura, Andalusia

    V.

    Ippreservati bix-xemx

    Il-Greċja

     

    L-Italja

    Lazio, Abruzzi, Molise, Campania, Basilicata,, Sqallija

    VI.

    Basmas

    Il-Greċja

     

    VII.

    Katerini u Varjetajiet Simili

    Il-Greċja

     

    L-Italja

    Lazio, Abruzzi, Campania, Basilicata,

    VIII.

    Kaba Koulak classic,

    Elassona, Myrodata Agrinion, Zichnomyrodata

    Il-Greċja

     

    ANNESS XXVII

    REKWIŻITI MINIMI TAL-KWALITÀ

    kif imsemmija fl-Artikolu 171cg

    It-tabakk eliġibbli għall-għajnuna msemmija fl-Artikolu 171ci irid ikun ta’ kwalità tajba u ġusta li jista’ jiġi negozjat wara li jkunu kkunsidrati l-karatteristiċi tipiċi tal-varjetà konċernata u ma jridx ikun fihom l-ebda waħda minn dawn li ġejjin:

    (a)

    biċċiet ta’ weraq;

    (b)

    weraq imtaqqbin ħafna bil-borra;

    (c)

    weraq li għandhom ħsara serja fuq aktar minn terz tal-wiċċ;

    (d)

    weraq morda jew attakkati minn insetti fuq aktar minn 25 % tal-wiċċ;

    (e)

    weraq immarkati bil-pestiċidi;

    (f)

    weraq li għadhom ma sarux jew li huma ta’ kulur aħdar sew;

    (g)

    weraq danneġġjati bin-nida;

    (h)

    weraq li attakkathom il-moffa jew it-taħsir;

    (i)

    weraq b’vini mhux ikkurati, umdi jew attakkati bit-taħsir jew bi zkuk umdi jew prominenti;

    (j)

    weraq minn żraġen jew li raħħsu mill-ġenb;

    (k)

    weraq li għandhom riħa mhux tas-soltu għall-varjetà konċernata;

    (l)

    weraq li jkun għad għandhom il-ħamrija mwaħħla miegħu;

    (m)

    weraq b’kontenut ta’ l-umdità li taqbeż it-tolleranzi stipulati fl-Anness XXVIII.

    ANNESS XXVIII

    KONTENUT TA’ UMDITA

    kif imsemmija fl-Artikolu 171cj

    Grupp ta’ varjetajiet

    Kontenut ta’ umdità (%)

    Tolleranzi (%)

    I.

    Ippreservati bid-duħħan

    16

    4

    II.   

    Ippreservati bl-arja ħafifa

    Il-Ġermanja, Franza, Il-Belġju, L-Awstrija, Il-Portugall — Ir-Reġjun Awtonomu ta’ l-Azores

    22

    4

    Stati Membri oħra u żoni oħra ta’ produzzjoni rikonoxxuti fil-Portugall

    20

    6

    III.   

    Dark air-cured

    Il-Belġju, il-Ġermanja, Franza, l-Awstrija

     

     

    Stati Membri Oħra

    26

    4

    IV.

    Fire-cured

    22

    6

    V.

    Ippreservati bix-xemx

    22

    4

    VI.

    Basmas

    16

    4

    VII.

    Katerini

    16

    4

    VIII.   

    Kaba Koulak classic,

    Elassona, Myrodata

    16

    4

    Agrinion, Zichnomyrodata

    16

    4

    ANNESS XXIX

    METODI KOMUNITARJI BIEX IKUN DETERMINAT IL-KONTENUT UMDU TA’ TABAKK MHUX RAFFINAT

    kif imsemmi fl-Artikolu 171cj

    I.   METODI LI JRIDU JINTUŻAW

    A.   Metodu Beaudesson

    1.   Apparat

    Beaudesson EM10 forn li jnixxef

    Dryer elettriku ta’ l-arja sħuna li fih l-arja tiġi mgħoddija fuq il-kampjun li jrid jitnixxef permezz ta’ konvezjoni sfurzata permezz ta’ fann ta’ ventilazzjoni speċjali. Il-kontenut ta’ l-umdità jiġi determinat billi jintiżen qabel u wara t-tnixxif, il-bilanċ jiġi kalibrat b’tali mod li l-qari mogħti bil-kwantità ta’ 10 g użata jikkorrispondi direttament għall-valur tal-kontenut ta’ umdità f’%.

    2.   Proċedura

    Kwantità ta’ 10 g jintiżen f’taġen b’bażi mtaqqba u mbagħad jitqiegħed f’kolonna tat-tnixxif, fejn tiġi appoġġjata b’ċirku spirali. Il-forn jinxtegħel għal ħames minuti, matul liema ħin l-arja sħuna ġġiegħel il-kampjun biex jinxef f’temperatura ta’ madwar 100 °C.

    Fl-aħħar tal-ħames minuti, timer awtomatiku jwaqqaf il-proċess. It-temperatura ta’ l-arja fl-aħħar tal-proċess tat-tnixxif tiġi reġistrata minn termometru intern. Il-kampjun jintiżen u l-kontenut ta’ umdità jinqara direttament u jiġi kkorreġut jekk ikun hemm bżonn billi jiżdied jew jitnaqqas 1 minn kull 10 ta’ persentaġġ skond il-qari tat-temperatura, permezz ta’ l-iskala li jkun hemm provduta ma’ l-apparat.

    B.   Metodu Brabender

    1.   Apparat

    Forn Brabender

    Dryer ta’ l-elettriku li jikkonsisti minn kamra ċilindrika b’termostat, li għandha ventilazzjoni permezz ta’ konvezjoni sfurzata, li fiha jitqiegħdu fl-istess waqt 10 taġnijiet tal-metall, kull wieħed fih 10 g tabakk. Dawn it-taġnijiet jitqiegħdu fuq mejda, li tista’ tiġi mdawra permezz ta’ rota ta’ l-idejn ċentrali f’10 pożizzjonijiet differenti, li jagħtu lok lil kull wieħed mit-taġnijiet, wara li jinxef, biex jitqiegħed f’pożizzjoni fejn jista’ jintiżen fl-apparat: sistema ta’ livers tagħti lok lil kull wieħed mit-taġnijiet wara xulxin biex jitqiegħdu fuq id-driegħ ta’ miżien intern, mingħajr ma jkollhom għalfejn jitneħħew il-kampjuni mill-kamra. Il-miżien għandu skala ottika li taqra, u li tagħti l-qari dirett għall-kontenut umdu.

    Miżien ieħor jiġi marbut ma’ l-apparat, li jintuża’ biss biex jiżen il-kwantitajiet tal-bidu.

    2.   Proċedura

    It-termostat jiġi ssettjat għal 110 °C.

    Il-kamra hi ssettjata fuq it-tisħin minn qabel: perjodu minimu ta’ 15-il minuta.

    10 kwantitajiet ta’ 10 g jintiżnu.

    Il-forn jimtela.

    Il-kampjuni jitnixxfu għal 50 minuta.

    Jittieħed l-użin biex ikun determinat il-kontenut gross ta’ l-umdità.

    C.   Metodi oħra

    L-Istati Membri jistgħu jużaw metodi oħra ta’ kejl, ibbażati b’mod partikolari fuq id-determinazzjoni tar-reżistenza elettrika jew il-karatteristiċi dielettriċi tal-kunsinna konċernata, dejjem jekk ir-riżultati jiġu kalibrati abbażi ta’ eżaminazzjoni ta’ kampjun rappreżentattiv permezz ta’ wieħed mill-metodi msemmija f’A u B.

    II.   TEĦID TA’ KAMPJUNI

    Il-proċedura li ġejja trid tiġi segwita għat-teħid ta’ kampjuni tal-weraq tat-tabakk biex ikun determinat il-kontenut ta’ umdità permezz ta’ wieħed mill-metodi msemmija f’I. A u B:

    1.   Għażla ta’ kampjuni

    Agħżel minn kull balla numru ta’ weraq proporzjonali ma’ l-użin. In-numru ta’ weraq magħżula għandu jkun biżżejjed biex ikun rappreżentattiv biżżejjed tal-balla sħiħa.

    Il-kampjun irid jinkludi kwantitajiet ugwali ta’ weraq minn barra l-balla, il-weraq miċ-ċentru u l-weraq minn pożizzjoni intermedjarja għal dawn.

    2.   Omoġenizzazzjoni

    Il-weraq kollha magħżula jitħalltu flimkien f’basket tal-plastik u diversi kilogrammi tagħhom jiġu mqatta’ (wisa’ tat-tqattigħ 0,4 sa 2 mm).

    3.   Sub-teħid ta’ kampjuni

    Wara li tqattagħhom, ħallat il-weraq imqatta’ sew u neħħi kampjun rappreżentattiv.

    4.   Kejl

    Il-kejl irid isir fuq dan il-kampjun kollu mnaqqas u għandhom jittieħdu prekwazjonijiet biex ikun assigurat li:

    ma jkun hemm l-ebda varjazzjonijiet fil-kontenut ta’ umdità (basket jew kontenut li ma toħroġx arja jew ilma minnu),

    l-omoġenità tal-kampjun mhux affettwat billi jiġi depożitat l-iskart.

    III.   LIVELLI KAMPJUNARJI U L-FREKWENZA U L-METODU BIEX IKUN IKKALKULAT IL-PIŻ AĠĠUSTAT

    in-numru ta’ kampjuni li jridu jittieħdu biex ikun determinat il-kontenut ta’ umdità tat-tabakk mhux raffinat irid ikun ugwali għal talanqas tlieta għal kull ikkunsinnar għal kull grupp ta’ varjetajiet. Il-bdiewa u l-ewwel proċessuri jistgħu jitolbu malli ssir il-kunsinna biex in-numru ta’ kampjuni meħuda jiżdiedu,

    il-piż tat-tabakk ikkunsinnat għal kull grupp ta’ varjetajiet waqt l-istess ġurnata jrid jiġi aġġustat skond il-kontenut ta’ umdità medju mkejjel. Jekk il-kontenut medju ta’ umdità huwa inqas minn punt ogħla jew ibaxx mill-kontenut ta’ umdità ta’ referenza, il-piż tat-tabakk eliġibbli għall-għajnuna m’għandux jiġi aġġustat,

    il-piż aġġustat huwa: il-piż nett totali tat-tabakk ikkonsenjat għal kull grupp ta’ varjetajiet waqt l-istess ġurnata x (100 — kontenut ta’ umdità medju)/(100 — kontenut ta’ umdità ta’ referenza għall-varjetà konċernata). Il-kontenut ta’ umdità medju jrid ikun numru sħiħ mogħti billi jiġi mqarreb ‘l isfel għal deċimali bejn 0,01 u 0,49 u mqarrba ‘l fuq għal deċimali bejn 0,50 u 0,99.

    ANNESS XXX

    KWOTA TA’ XIRI LURA GĦALL-ĦSAD TA’ L-2002 U L-2003

    kif imsemmija fl-Artikolu 171cp

    Produtturi bi kwota tal-produzzjoni ta’ inqas minn 10 tunnellati

    Grupp ta’ varjetajiet

    Sena

    1el

    2ni

    3et

    4ba’

    5es

    Kwoti tal-grupp I

    25  %

    25  %

    25  %

    15  %

    10  %

    Kwoti tal-grupp II

    25  %

    25  %

    25  %

    15  %

    10  %

    Kwoti tal-grupp III

    — 2002 ħsad

    40  %

    40  %

    25  %

    25  %

    20  %

    — 2003 ħsad

    75  %

    75  %

    50  %

    25  %

    25  %

    Kwoti tal-grupp IV

    25  %

    25  %

    25  %

    15  %

    10  %

    Kwoti tal-grupp V

    100  %

    100  %

    75  %

    50  %

    50  %

    Kwoti tal-grupp VI

    25  %

    25  %

    25  %

    15  %

    10  %

    Kwoti tal-grupp VII

    25  %

    25  %

    25  %

    15  %

    10  %

    Kwoti tal-grupp VIII

    25  %

    25  %

    25  %

    15  %

    10  %


    Produtturi bi kwota tal-produzzjoni ta’ 40 tunnellata jew aktar

    Grupp ta’ varjetajiet

    Sena

    1el

    2ni

    3et

    4ba’

    5es

    Kwoti grupp I

    25  %

    25  %

    20  %

    10  %

    10  %

    Kwoti grupp II

    25  %

    25  %

    20  %

    10  %

    10  %

    Kwoti grupp III

    — 2002 ħsad

    35  %

    35  %

    20  %

    20  %

    20  %

    — 2003 ħsad

    75  %

    50  %

    40  %

    20  %

    20  %

    Kwoti grupp IV

    25  %

    25  %

    20  %

    10  %

    10  %

    Kwoti grupp V

    90  %

    90  %

    50  %

    50  %

    50  %

    Kwoti grupp VI

    25  %

    25  %

    20  %

    10  %

    10  %

    Kwoti grupp VII

    25  %

    25  %

    20  %

    10  %

    10  %

    Kwoti grupp VIII

    25  %

    25  %

    20  %

    10  %

    10  %


    Produtturi bi kwota tal-produzzjoni ta’ 40 tunnellata jew aktar

    Grupp ta’ varjetajiet

    Sena

    1el

    2ni

    3et

    4ba’

    5es

    Kwoti grupp I

    20  %

    20  %

    20  %

    10  %

    10  %

    Kwoti grupp II

    20  %

    20  %

    20  %

    10  %

    10  %

    Kwoti grupp III

    — 2002 ħsad

    30  %

    30  %

    20  %

    15  %

    15  %

    — 2003 ħsad

    65  %

    65  %

    20  %

    20  %

    20  %

    Kwoti grupp IV

    20  %

    20  %

    20  %

    10  %

    10  %

    Kwoti grupp V

    75  %

    75  %

    40  %

    40  %

    40  %

    Kwoti grupp VI

    20  %

    20  %

    20  %

    10  %

    10  %

    Kwoti grupp VII

    20  %

    20  %

    20  %

    10  %

    10  %

    Kwoti grupp VII

    20  %

    20  %

    20  %

    10  %

    10  %


    (1)  Metodu magħruf bħala OLIAREA, żviluppat miċ-Ċentru ta’ Riċerka Konġunta tal-Kummissjoni Ewropea.


    Top